EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R0762

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 762/2003 tat- 30 ta' April 2003 jemenda r-Regolament (KE) Nru 2368/2002 li jimplimenta l-iskema ta' ċertifikazzjoni tal-Proċess Kimberley għall-kummerċ internazzjonali fid-djamanti ħorox

ĠU L 109, 1.5.2003, p. 10–11 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/762/oj

32003R0762



Official Journal L 109 , 01/05/2003 P. 0010 - 0011


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 762/2003

tat- 30 ta' April 2003

jemenda r-Regolament (KE) Nru 2368/2002 li jimplimenta l-iskema ta' ċertifikazzjoni tal-Proċess Kimberley għall-kummerċ internazzjonali fid-djamanti ħorox

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkonsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2368/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 li jimplimenta l-iskema ta' ċertifikazzjoni tal-Proċess Kimberley għall-kummerċ internazzjonali fid-djamanti ħorox [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 418/2003 [2], u partikolarment l-Artikolu 17 ta' l-imsemmi,

Billi:

(1) Il-Kummissjoni rċevit applikazzjonijiet mingħand l-Antwerpsche Diamantkring CV, Beurs voor Diamanthandel CV, Diamantclub van Antwerpen CV u Vrije Diamanthandel NV biex ikunu elenkati fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 2368/2002 (hawnhekk iżjed ‘il quddiem: ir-Regolament).

(2) L-Antwerpsche Diamantkring CV, Beurs voor Diamanthandel CV, Diamantclub van Antwerpen CV u Vrije Diamanthandel NV ipprovdu l-Kummissjoni b'informazzjoni biex jipprovaw li huma aderixxew mal-ħtiġijiet ta' l-Artikolu 17 tar-Regolament, u partikolarment bl-adozzjoni ta' Kodiċi ta' Ġestjoni li għandu jkun vinkolanti għall-membri kollha tagħhom.

(3) Fuq il-bażi ta' l-informazzjoni provduta, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li l-elenkar tal-Antwerpsche Diamantkring CV, Beurs voor Diamanthandel CV, Diamantclub van Antwerpen CV u Vrije Diamanthandel NV fl-Anness V tar-Regolament huwa ġustifikat.

(4) Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat nominat fl-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 2368/2002,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2368/2002 huwa emendat kif ġej:

It-test kontenut fl-Anness ta' dan ir-Regolament huwa miżjud ma' l-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 2368/2002.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-30 ta' April 2003.

Għall-Kummissjoni

Christopher Patten

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 358, tal-31.12.2002, p. 28.

[2] ĠU L 64, tas-7.3.2003, p. 13.

--------------------------------------------------

ANNESS

It-test li ġej huwa miżjud taħt it-titlu ta' l-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 2368/2002:

Antwerpsche Diamantkring CV

Hoveniersstraat 2 bus 515

B - 2018 Antwerpen

Beurs voor Diamanthandel

CV Pelikaanstraat 78

B - 2018 Antwerpen

Diamantclub van Antwerpen CV

Pelikaanstraat 62

B - 2018 Antwerpen

Vrije Diamanthandel NV

Pelikaanstraat 62

B - 2018 Antwerpen

--------------------------------------------------

Top