This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32003R0754
Commission Regulation (EC) No 754/2003 of 29 April 2003 amending Regulation (EC) No 174/1999 laying down detailed rules for the application of Council Regulation (EEC) No 804/68 as regards export licences and export refunds in the case of milk and milk products
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 754/2003 fit-29 ta’ April 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 174/1999 li jipprovdi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 fir-rigward ta’liċenzi ta’ esportazzjoni u rifużjonijiet ta’ esportazzjoni fil-każ ta’ ħalib u prodotti mill-ħalib
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 754/2003 fit-29 ta’ April 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 174/1999 li jipprovdi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 fir-rigward ta’liċenzi ta’ esportazzjoni u rifużjonijiet ta’ esportazzjoni fil-każ ta’ ħalib u prodotti mill-ħalib
ĠU L 107, 30.4.2003, p. 5–5
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2006; Impliċitament imħassar minn 32006R1282
Official Journal L 107 , 30/04/2003 P. 0005 - 0005
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 754/2003 fit-29 ta’ April 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 174/1999 li jipprovdi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 fir-rigward ta’liċenzi ta’ esportazzjoni u rifużjonijiet ta’ esportazzjoni fil-każ ta’ ħalib u prodotti mill-ħalib IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-ħalib u prodotti mill-ħalib [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 509/2002 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 31(3) miġjub fih, Billi: (1) Il-Memorandum ta’ Ftehim konkluż bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Dominikana, apporvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/486/KE [3], jipprovdi għal kwota ta’ trab tal-ħalib esportat lejn ir-Repubblika Dominikana. Billi l-prodotti esportati taħt din il-kwota huma suġġetti għal rata mnaqqsa ta’ dazju ta’ importazzjoni bis-saħħa tal-Memorandum tal-Ftehim, u l-operaturi nvoluti jibbenefikaw minn arranġamenti speċjali li jassigurawlhom xi stabilità fil-prezz, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 174/1999 [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 186/2003 [5], jippreskrivi rata aktar baxxa ta’ rifużjoni għal dawn il-prodotti minn dik applikabbli għall-prodotti esportati barra din il-kwota. (2) Id-differenza dejjem tikber fil-prezz tas-suq għal trab tal-ħalib fis-swieq interni u esterni u t-tkabbir fit-talba u l-prezzijiet fir-Repubblika Dominikana jeħtieġu li r-rati ta’ rifużjoni applikabbli għal din l-iskema jiġu emendati. (3) Ir-Regolament (KE) Nru 174/1999 għandu jiġi emendat bħala riżultat. (4) Il-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib ma tagħx opinjoni fiż-żmien iffissat mill-president tiegħu, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Artikolu 20a(8) tar-Regolament (KE) Nru 174/1999 huwa b’dan sostitwit b’dan li ġej: "8. Ir-rata ta’ rifużjoni għall-prodotti maħsuba għall-esportazzjoni lejn ir-Repubblika Dominikana taħt il-kwota msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun il-perċentwali li ġejjin tar-rata ffissata mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 31(3) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 u applikabbli fl-ewwel jum tal-perjodu ta’ depositu għall-applikazzjonijiet għall-liċewnzi msemmija fil-paragrafu 7: (a) 65 % għall-prodotti li jaqgħu fil-kodiċi NM 040210; (b) 80 % għall-prodotti li jaqgħu fil-kodiċi NM 040221 u 040229." Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2003. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fid-29 ta’ April 2003. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 48. [2] ĠU L 79, tat-22.3.2002, p. 15. [3] ĠU L 218, tas-6.8.1998, p. 45. [4] ĠU L 20, tas-27.1.1999, p. 8. [5] ĠU L 27, ta’ l-1.2.2003, p. 11. --------------------------------------------------