EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R0701

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 701/2003 tas-16 ta’ April 2003 li jippreskrivi regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2286/2002 rigward l-arranġamenti applikabbli għal importazzjonijiet ta’ ċertu laħam tat-tjur u prodotti mill-bajd li joriġinaw fl-Istati Afrikani, tal-Karibbew u tal-Paċifiku (Stati ACP)

ĠU L 99, 17.4.2003, p. 32–38 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 21/11/2014: This act has been changed. Current consolidated version: 01/01/2007

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/701/oj

32003R0701



Official Journal L 099 , 17/04/2003 P. 0032 - 0038


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 701/2003

tas-16 ta’ April 2003

li jippreskrivi regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2286/2002 rigward l-arranġamenti applikabbli għal importazzjonijiet ta’ ċertu laħam tat-tjur u prodotti mill-bajd li joriġinaw fl-Istati Afrikani, tal-Karibbew u tal-Paċifiku (Stati ACP)

IL-KUMMISJONI TA’ KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2771/75 tad-29 ta’ Ġunju 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-bajd [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 493/2002 [2], u partikolarment l-Artikolu 3 miġjub fih,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-laħam tat-tjur [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 493/2002, u partikolarment l-Artikolu 3 miġjub fih,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2286/2002 ta’ l-10 ta’ Diċembru 2002 dwar l-arraġamenti li japplikaw għall-prodotti u merkanzija agrikola li jirriżultaw mill-proċessar ta’ prodotti agrikoli li joriġinaw fl-Istati Afrikani, tal-Karibbew u tal-Paċifiku (Stati ACP) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1706/98 [4], u partikolarment l-Artikolu 5 miġjub fih,

Billi:

(1) Ir-Regolament (KE) Nru 2286/2002 jimplimenta l-emendi għall-arranġamenti għal importazzjonijiet mill-Istati ACP li saru bħala riżultat tal-Ftehim tas-Sħubija ACP-KE iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 [5]. L-Artikolu 1(3) ta’ dak ir-Regolament jintroduċi arranġamenti ġenerali biex jitnaqqsu dazji tad-dwana għall-prodotti fl-Anness I ta’ miegħu u arranġamenti speċifiċi għat-tnaqqis ta’ dazji tad-dwana, fil-qafas tal-kwoti tat-tariffa, għal ċerti prodotti fl-Anness II ta’ miegħu.

(2) Bħala riżultat ta’ dawn l-arranġamenti ġodda ta’ importazzjoni, regoli dettaljati ta’ applikazzjoni għandhom jiġu preskritti għall-ħruġ ta’ liċenzji ta’ importazzjoni għal prodotti li jikkwalifikaw għal dazji mnaqqsa. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 704/1999 tal-31 ta’ Marzu 1999 li jippreskrivi regoli dettaljati sabiex jiġu applikati l-arranġamenti għall-importazzjoni ta’ prodotti mill-bajd u mil-laħam tat-tjur li joriġinaw fl-Istati Afrikani, tal-Karibbew u tal-Paċifiku (Stati ACP) u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 903/90 [6] kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1043/2001 [7], għandhom għalhekk jitħassru.

(3) Għall-għanijiet ta’ tmexxija tal-kwoti tat-tariffa ta’ importazzjoni, ir-regoli ġenerali preskritti mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 tad-9 ta’ Ġunju 2000 jippreskrivu regoli komuni dettaljati sabiex tiġi applikata s-sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni u esportazzjoni u ċertifikati tal-fissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli [8], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 325/2003 [9], għandhom jiġu applikati meta dan ir-Regolament ma jippreskrivix regoli speċifiċi.

(4) Sabiex tiġi żgurata amministrazzjoni kif suppost tal-kwoti, sigurta għandha tinħtieġ għall-applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ importazzjoni u ċerti kondizzjonijiet għandhom jiġu preskritti rigward l-applikanti nfushom. Il-kwoti għandhom jiġu wkoll maqsuma fuq sena u l-iskond ta’ validita ta’ liċenzji għandu jiġi speċifikat.

(5) Biex titħalla ssir l-aqwa tmexxija tal-kwota tat-tariffa, dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2003.

(6) Il-miżuri provvduti f’dan ir-Regolament huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija tal-Laħam tat-tjur u l-Bajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-importazzjonijiet kollha fil-Komunita skond ir-Regolament (KE) Nru 2286/2002 ta’ prodotti koperti minn kodiċijiet tan-NK mniżżla f’lista fl-Anness I ma’ dan ir-Regolament għandhom jikkwalifikaw għal dazji tad-dwana mnaqqsa mal-preżentazzjoni ta’ liċenzja ta’ importazzjoni.

Il-liċenzji għandhom jinħarġu skond il-kondizzjonijiet preskritti f’dan ir-Regolament u fil-limitu tal-kwoti preskritti f’L-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 2286/2002.

Artikolu 2

Il-kwota ta’ tariffa annwali riferita f’Parti B ta’ l-Anness I għandha tinqasam kif ġej:

- 50 % fil-perijodu taż-żmien mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Ġunju,

- 50 % fil-perijodu taż-żmien mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru.

Artikolu 3

1. L-applikanti għall-liċenzji ta’ importazzjoni għal prodotti riferiti fl-Anness I għandhom ikunu persuni naturali jew legali li, mal-waqt tas-sottomissjoni ta’ l-applikazzjonijiet, iridu jkunu kapaċi jippruvaw għas-sodisfazzjon ta’ l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri illi kienu mqabbda fil-kummerċ tas-settur tal-laħam tat-tjur għal mill-inqas 12-il xahar.

Madankollu, l-istabbilimenti ta’ bejgħ bl-imnut u r-ristoranti li jbiegħu il-prodotti tagħhom lill-konsumaturi ta’ l-aħħar għandhom jiġu esklużi mit-tnaqqis f’dazji tad-dwana.

2. Applikazzjonijiet għall-liċenzja ta’ importazzjoni jistgħu jsemmu biss wieħed biss min-numri ta’ kwota riferiti fl-Anness I. Jistgħu jinvolvu numru ta’ prodotti koperti b’kodiċijiet differenti tan-NK. F’dawn il-każi, il-kodiċijiet kollha tan-NK għandhom jiġu indikati fil-kaxxa 16 u d-deskrizzjoni tagħhom fil-kaxxa 15 ta’ applikazzjonijiet għal liċenzji u liċenzji.

Applikazzjonijiet iridu jkunu għal mill-inqas tunnellata metrika waħda u massimu ta’ 50 % tal-kwantita disponibbli għall-kwota konċernata u għall-perjodu taż-żmien speċifikat fl-Artikolu 2;

Artikolu 4

1. Il-kaxxa 8 ta’ l-applikazzjonijiet għal-liċenzji u l-liċenzji (nfushom) għandha tindika l-pajjiż ta’ l-oriġini: Il-liċenzji għandhom jinvolvu l-obbligu ta’ importazzjoni mill-pajjiż indikat.

2. Il-kaxxa 20 ta’ l-applikazzjonijiet għal-liċenzji u l-liċenzji (nfushom) għandha ġġorr waħda minn dawn li ġejjin:

- Producto ACP – Reglamentos (CE) no 2286/2002 y (CE) no 701/2003

- AVS-produkt – forordning (EF) nr. 2286/2002 og (EF) nr. 701/2003

- ACP-Erzeugnis – Verordnungen (EG) Nr. 2286/2002 und (EG) Nr. 701/2003

- Προϊόν ΑΚΕ – Κανονισμοί (ΕΚ) αριθ. 2286/2002 και (ΕΚ) αριθ. 701/2003

- Prodott ACP product – Regolamenti (KE) Nru 2286/2002 u (KE) Nru 701/2003

- Produit ACP – règlements (CE) no 2286/2002 et (CE) no 701/2003

- Prodotto ACP – regolamenti (CE) n. 2286/2002 e (CE) n. 701/2003

- ACS-product – Verordeningen (EG) nr. 2286/2002 en (EG) nr. 701/2003

- Produto ACP – Regulamentos (CE) n.o 2286/2002 e (CE) n.o 701/2003

- AKT-tuote – asetukset (EY) N:o 2286/2002 ja (EY) N:o 701/2003

- AVS-produkt – förordningarna (EG) nr 2286/2002 och (EG) nr 701/2003.

3. Il-kaxxa 24 tal-liċenzji (nfushom) għandha ġġorr waħda minn dawn li ġejjin:

- Reducción del derecho de aduana en virtud del Reglamento (CE) no 701/2003

- Toldnedsættelse, jf. forordning (EF) nr. 701/2003

- Ermäßigung des Zollsatzes gemäß der Verordnung (EG) Nr. 701/2003

- Μείωση του δασμού όπως προβλέπεται στον κανονισμό (ΕΚ) αριθ. 701/2003

- Tnaqqis ta’ dazju tad-dwana kif provvdut fir-Regolament (KE) Nru 701/2003

- Réduction du droit de douane comme prévu au règlement (CE) no 701/2003

- Riduzione del dazio doganale a norma del regolamento (CE) n. 701/2003

- Douanerecht verlaagd overeenkomstig Verordening (EG) nr. 701/2003

- Redução do direito aduaneiro conforme previsto no Regulamento (CE) n.o 701/2003

- Tullialennus, josta on säädetty asetuksessa (EY) N:o 701/2003

- Nedsättning av tullavgiften enligt förordning (EG) nr 701/2003.

Artikolu 5

1. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji jistgħu jiġu depożitati biss matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar li jiġi qabel kull perijodu taż-żmien kif speċifikat fl-Artikolu 2. Iridu jiġu depożitati ma’ l-awtorita kompetenti ta’ l-Istat Membri fejn l-applikant huwa stabbilit jew għandhu l-post reġistrat tiegħu jew tagħha ta’ negozju.

2. L-applikazzjonijiet għandhom jintlaqgħu biss fejn l-applikanti jiddikjaraw bil-miktub li ma jkunux depożitaw u mhumiex se jiddepożitaw, għall perjodu msemmi, applikazzjonijiet għal prodotti ta’ l-istess kwota fl-Istat Membru fejn l-applikazzjoni hija depożitata jew Stat Membru ieħor. Jekk applikant jiddepożita aktar minn applikazzjoni waħda għal prodotti ta’ kwota waħda l-ebda waħda mill-applikazzjonijiet ma tkun valida.

3. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni mhux aktar tard mit-tielet ġurnata tax-xogħol wara l-għeluq tal-perjodu tas-sottomissjoni ta’ l-applikazzjoni bl-applikazzjonijiet depożitati għal kull wieħed mill-prodotti fil-grupp msemmi. Din in-notifika għandu jkun fiha l-lista ta’ l-applikanti u l-kwantitajiet applikati għalihom bil-kwota.

In-notifiki kollha għandhom isiru permezz ta’ fax jew mezz elettroniku bl-użu tal-mudell muri fl-Anness II f’każijiet fejn l-ebda applikazzjoni ma tkun saret (ritorni "nil") jew il-mudelli murija fl-Annessi II u III f’każijiet fejn l-applikazzjonijiet ikunu saru.

4. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi sakemm u safejn jistgħu jingħataw kwantitajiet rigward applikazzjonijiet.

Jekk il-kwantitajiet li rigward tagħhom ikunu ġew applikati liċenzji jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli, il-Kummissjoni għandha tiffissa persentaġġ waħdieni li jnaqqas il-kwantitajiet applikati għalihom.

Jekk il-kwantita ġenerali koperta mill-applikazzjonijiet hija inqas mill-kwantita disponibbli, il-Kummissjoni għandha tikkalkola l-kwantita li jifdal, u din għandha tiġi miżjuda mal-kwantita disponibbli rigward il-perijodu taż-żmien ta’ l-istess sena.

5. Il-liċenzji għandhom jinħarġu malajr kemm jista’ jkun bla ħsara għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li għandha x’taqsam ma’ l-aċċettazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet.

6. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, qabel l-aħħar tar-raba’ xahar wara kull perjodu annwali speċifikat fl-Artikolu 2, il-kwantitajiet attwalment importati skond dan ir-Regolament f’dak il-perjodu.

In-notifiki kollha, inklużi notifiki li ma kien hemm l-ebda importazzjonijiet, għandhom isiru permezz tal-mudell muri fl-Anness IV.

Artikolu 6

1. Il-liċenzji ta’ importazzjoni għandhom ikunu validi għal 180 jum mid-data tal-ħruġ attwali (tagħhom) bi qbil ma’ l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000.

Madankollu, liċenzji m’għandhomx ikunu validi wara l-31 ta’ Diċembru tas-sena tal-ħruġ.

2. Il-liċenzji ta’ importazzjoni maħruġa b’mod konformi ma’ dan ir-Regolament ma għandhomx ikunu trasferibbli.

Artikolu 7

Għandha tiġi depożitata garanzija ta’ 20 EUR għal kull 100 kilogramma għall-applikazzjonijiet għal liċenzja ta’ importazzjoni għall-prodotti kollha.

Artikolu 8

L-importazzjoni skond l-arranġamenti għal tnaqqis fid-dazji fuq l-importazzjoni provvduti f’dan ir-Regolament tista’ ssir biss jekk l-oriġini tal-prodotti involuti jiġi attestat mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi esportaturi b’mod konformi mar-regoli dwar l-oriġini li japplikaw għall-prodotti fil-kwistjoni skond il-Protokoll 1 tal-Ftehim ta’ Sħubija ACP-KE firmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000.

Artikolu 9

Minbarra jekk dan ir-Regolament jipprovi mod ieħor, ir-Regolament (KE) Nru 1291/2000 għandu jgħodd.

Artikolu 10

Ir-Regolament (KE) Nru 704/1999 huwa hawnhekk imħassar.

Artikolu 11

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2003.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-16 ta’ April 2003.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 282, ta’ l-1.11.1975, p. 49.

[2] ĠU L 77, ta’ l-20.3.2002, p. 7.

[3] ĠU L 282, ta’ l-1.11.1975, p. 77.

[4] ĠU L 348, tal-21.12.2002, p. 5.

[5] ĠU L 317, tal-15.12.2000, p. 3.

[6] ĠU L 89, ta’ l-1.4.1999, p. 29.

[7] ĠU L 145, tal-31.5.2001, p. 24.

[8] ĠU L 152, ta’ l-24.6.2000, p. 1.

[9] ĠU L 47, tal-21.2.2003, p. 21.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

A. Prodotti riferiti fl-Artikolu 1(3) u l-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 2286/2002 li jikkwalifikaw għal tnaqqis fid-dazju tad-dwana barra mill-kwota (out-of-quota)

Kodiċi tan-NK | Tnaqqis fid-dazju tad-dwana (%) |

0105020900900210997102109979040700110407001904070030040811800408198104081989040891800408998015010090 | 16 |

B. Prodotti riferiti fl-Artikolu 1(3) u l-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 2286/2002 li jikkwalifikaw għal tnaqqis fid-dazju tad-dwana skond kwota

Nru fl-Ordni | Nru ta’ kwota | Kodiċi tan-NK | Tnaqqis fid-dazju tad-dwana(%) | Kwantita annwali (tunnellati metriċi) |

09.4024 | Q3 | 0207 | 65 | 400 |

09.4025 | Q4 | 160231160232160239 | 65 | 500 |

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

Ir-Regolament (KE) Nru 701/2003 – importazzjonijiet ta’ l-ACP

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

Ir-Regolament (KE) Nru 701/2003 – importazzjonijiet ta’ l-ACP

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS IV

Komunikazzjoni ta’ kwantitajiet attwalment importati

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Top