EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R0638

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 638/2003 tad-9 ta’ April 2003 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2286/2002 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE fir-rigward ta’ l-arranġamenti applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ross li joriġina fl-Istati Afrikani, tal-Karibew u Tal-Paċifiku (Stati ACP) u pajjiżi barranin u territorji (OCT)

ĠU L 93, 10.4.2003, p. 3–9 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006; Imħassar b' 32006R2021

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/638/oj

32003R0638



Official Journal L 093 , 10/04/2003 P. 0003 - 0009


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 638/2003

tad-9 ta’ April 2003

li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2286/2002 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE fir-rigward ta’ l-arranġamenti applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ross li joriġina fl-Istati Afrikani, tal-Karibew u Tal-Paċifiku (Stati ACP) u pajjiżi barranin u territorji (OCT)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3072/95 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fir-ross [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 411/2002 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) miġjub fih,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) nru2286/2002 ta’ l-10 ta’ Diċmbru 2002 dwar l-arranġamenti applikabbli għall-prodotti agrikoli u oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli li joriġinaw fl-Istati Afrikani, tal-Karibew u dwa tal-Paċifiku (Stati ACP) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1706/98 [3], u b’mod partikolari l-Artikolu 5 miġjub fih,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/822/KE tas-27 ta’ Novembru 2001 dwar l-assoċjazzjoni ta’ pajjiżi barranin u territorji mal-Komunità Ewropea, hawnhekk iżjed ’l quddiem imsejjħa "Deċiżjoni OCT" [4], u b’mod partikolari s-seba’ subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(5) ta’ l-Anness III hemm mehmus,

Billi:

(1) Ir-Regolament (KE) Nru 2286/2002 jimplimenta l-arranġamenti għall-importazzjonijiet mill-Istati ACP magħmula bħala riżultat tal-Ftehim ta’ Sħubija ACP-KC iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 [5]. L-Artikolu 1(3) ta’ dak ir-Regolament jintroduċi arranġamenti ġenerali għal tnaqqis ta’ dazji doganali fuq il-prodotti elenkati fl-Anness I hemm mehmus u arranġamenti speċifiċi għal tnaqqis ta’ dazji doganali fuq ċerti prodotti koperti bil-kwoti tat-tariffi elenkati fl-Anness II hemm mehmus. Saret dispożizzjoni għal kwoti annwali ta’ 125000 tunellata metrika ta’ ross, f’ekwivalenti ta’ ross fil-fosdqa, u 20000 tunellata metrika ta’ ross imkisser.

(2) Id-Deċiżjoni 2001/822/KE tipprovdi li l-kumulazzżjoni ta’ oriġini ACP/OCT skond it-tifsira ta’l-Artikolu 6(1) u (5) ta’ l-Anness III hemm mehmus għandha tkun permessa għal kwantità totali annwali ta’ 160000 tunellata metrika ta’ l-ekwivalenti ta’ ross fil-fosdqa, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 1006. L-ewwel nett, liċenzi ta’ importazzjoni li jkopru 35000 tunellata metrika minn dik il-wantità huma maħruġa lill-OCTs kull sena, u liċenzi ta’ importazzjoni għal 10000 tunellata metrika oħra jinħarġu għal OCTs l-anqas żviluppati.

(3) Biex jiġi assigurat li dawn l-arranġamenti ta’ importazzjoni jiġu amministrati kif imiss, ir-regoli dettaljati għall-ħruġ ta’ liċenzi ta’ importazzjoni għal ross li joriġina mill-Istati ACP u l-OCTs għandhom jiġu preskritti f’test waħdieni. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2603/97 tas-16 ta’ Diċembru 1997 jippreskrivi regoli dettaljati ta’ implimentazzjoni għall-importazzjonijiet ta’ ross li joriġina fl-Istati ACP jew il-pajjiżi barranin u t-territorji (OCTs) [6] għandu għalhekk jitħassar.

(4) Għall-finijiet ta’ l-aministrazzjoni tal-kwoti tat-tariffi konċernati, ir-regoli ġenerali preskritti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1162/95 tat-23 ta’ Mejju 1995 li jippreskrivi regoli speċjali dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ liċenzi ta’ importazjoni u esportazzjoni għal ċereali u ross [7], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2333/2002 [8], ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 tad-9 ta’ Ġunju 2000 li jippreskrivi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ liċenzi ta’ importazzjoni u esportazzjoni u ċertifikati ta’ iffissar bil-quddiem għal –prodotti agrikoli [9], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2299/2001 [10], għandu japplika fil-każi mhux koperti bir-regoli speċifiċi f’dan ir-Regolament.

(5) Il-ħruġ ta’ liċenzi ta’ importazzjoni għandu jitqassam matul is-sena f’perjodi ffissati biex tiġi assigurata amministrazzjoni bilanċjata tas-suq. Arranġamenti huma meħtieġa biex jinġiebu ‘l quddiem kwantitajiet mhux użati minn perjodu għal dak li jmiss.

(6) Id-dazju jista’ jitnaqqas bil-kondizzjoni li l-Istat esportatur ACP jiġbor ħlas ta’ esportazzjoni ekwivalenti għat-tnaqqis fid-dazju, kif hemm provdut fl-Anness II li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 2286/2002. Għandhom jiġu preskritti regoli dettaljati bħala xhieda li l-ħlas ikun sar.

(7) L-importazzjonijiet għandhom ikunu koperti b’liċenzi ta’ importazzjoni maħruġa fuq il-bażi ta’ liċenzja ta’ esportazzjoni maħruġa minn korpi awtorizzati mill-Istati ACP u OCTs.

(8) Liċenzi mhux użati mill-OCTs lanqas żviluppati għandhom ikunu disponibbl lin-Netherlands Antilles u Aruba, mingħajr ma tiġi prekluża l-possibbiltà li jinġiebu ‘l quddiem kwantitajiet ta’ perjodi sussegwenti f’dik is-sena.

(9) Sabiex tiġi assigurata l-amministrazzjoni kif imiss tal-kwoti li għalihom hemm provdut fir-Regolament (KE) Nru 2286/2002 u d-Deċiżjoni 2001/822/KE, l-importaturi għandhom ikunu meħtieġa li jiddepsoitaw garanzija meta japplikaw għal liċenzja ta’ importazzjoni, u għandhom ikunu suġġetti għal ċerti ħtiġiet oħra. Il-kwoti għandhom ukoll jitqassmu matul is-sena u t-terminu tal-validità tal-liċenzi għandu jiġi speċifikat.

(10) Biex tkun konċessa l-amministrazzjoni ottima tat-tariffi tal-kwoti konċernati, dan ir-Regolament għandu jgħodd mill-1 ta’ April 2003.

(11) Il-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaċ-Ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Il-KAPITOLU I SUĠĠETT

Artikolu 1

Dan ir-Regolament jippreskrivi r-regoli dettaljati għall-amministrazzjoni ta’ l-arranġamenti ta’ liċenzi ta’ importazzjoni għall-kwota sħiħa ta’ 160000 tunellata metrika ta’ ross, fl-ekwivalenti ta’ ross fil-fosdqa, li joriġina mill-Istati ACP u pajjiżi barranin u territorji (OCTs) skond l-Artikolu 1(3) u l-Annessi I u II tar-Regolament (KE) Nru 2286/2002 u l-Artikolu 6(5) ta’ l-Anness III li jinsab mad-Deċiżjoni 2001/822/KE, għal kwota sħiħa ta’ 20000 ta’ ross imkisser li joriġina fl-Istati ACP skond l-Artikolu 1(3) u l-Anness II li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 2286/2002.

Il-KAPITOLU II IMPORTAZZJONIJIET TA’ ROSS LI JORIĠINA FL-ISTATI ACP

Artikolu 2

Importazzjonijiet ta’ ross li jaqa’ fil-kodiċi NM 10061021, 10061023, 10061025, 10061027, 10061092, 10061094, 10061096, 10061098, 100620 u 100630, li joriġina mill-Istati ACP għandhom jibbenefikaw minn tnaqqis ta’ dazji ta’ importazzjoni taħt kwota ta’ 125000 tunellata metrika ta’ ross fl-ekwivalenti ta’ ross fil-fisdqa, mal-presentazzjoni tal-liċenzja ta’ importazzjoni.

Artikolu 3

1. Il-liċenzi ta' importazzjoni msemmija fl-Artikolu 2 għandhom jinħarġu għall-lottijiet li ġejjin kull sena:

- Jannar: | 41668 tunellata metrika, |

- Mejju: | 41666 tunellata metrika, |

- Settembru: | 41666 tunellata metrika, |

- Ottubru: | xi kwantitajiet li jibqa'. |

2. Kull kwantitajiet ta’ lott mhux koperti b’applikazzjonijiet għal liċenzja għandhom jinġiebu ‘l quddiem għall-lott li jmiss skond l-Artikolu 13.

Artikolu 4

Importazzjonijiet fil-Komunità ta’ ross imkisser li jaqa’ fil-kodiċi NM 10064000 li joriġinaw mill-Istati ACP għandhom jibbenefikaw minn tnaqqis fid-dazji ta’ importazzjoni taħt kwota għall-20000 tunellata metrika mal-presentazzjoni tal-liċenzja ta’ importazzjoni.

Artikolu 5

1. Il-liċenzi ta' importazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4 għandhom jinħarġu għall-lottijiet li ġejjin kull sena:

- Jannar: | 10000 tunellata metrika, |

- Mejju: | 10000 tunellata metrika, |

- Settembru: | 0 tunellata metrika, |

- Ottubru: | kull kwantitajiet li jibqa'. |

2. Kull kwantitajiet ta’ lott mhux koperti b’applikazzjonijiet għall-liċenzja għandhom jinġiebu ‘l quddiem għall-lott li jmiss.

Artikolu 6

It-tnaqqis fid-dazju li għalih jipprovdi l-Anness II li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 2286/2002 għandi japplika għall-ammont ta’ dazju doganali ffissat mill-Kummissjoni skond il-proċedura li għaliha jipprovdi l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1503/96 [11].

Artikolu 7

1. It-tnaqqis fid-dazju li għalih jipprovdi l-Anness II li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 2286/2002 għandu jgħodd biss għal importazzjonijiet ta’ ross li għalihom il-pajjiż esportatur ikun impona ħlas ta’ esportazzjoni ugwali għad-differenza bejn id-dazju doganali applikabbli fuq importazzjonijiet ta’ ross minn pajjiżi terzi u l-ammont iffissat taħt l-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament.

Il-dazju doganali għandu jkun dak applikabbli fil-jum li fih tiġi depositata l-applikazzjoni għall-liċenzja.

2. Ix-xhieda li l-ħlas ta’ esportazzjoni jkun inġabar għandha tiġi provduta permezz ta’ l-indikazzjoni ta’ l-ammont f’munita nazzjonali u d-daħla mill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż esportatur ta’ waħda mid-dikjarazzjonijiet ta’ hawn taħt, flimkien mal-firma u t-timbru ta’ l-uffiċju doganali, fit-taqsima 12 tal-liċenzja ta’ esportazzjoni skond il-kampjun fl-Anness I, maħruġa mill-pajjiż esportatur:

- Gravamen percibido a la exportación del arroz

- Særafgift, der opkræves ved eksport af ris

- Bei der Ausfuhr von Reis erhobene Sonderabgabe

- Ειδικός φόρος που εισπράττεται κατά την εξαγωγή του ρυζιού

- Special charge collected on export of rice

- Taxe spéciale perçue à l’exportation du riz

- Tassa speciale riscossa all’esportazione del riso

- Bij uitvoer van de rijst opgelegde bijzondere heffing

- Direito especial cobrado na exportaçăo do arroz

- Riisin viennin yhteydessä perittävä erityismaksu

- Särskild avgift för risexport.

3. Jekk il-ħlas ta’ esportazzjoni miġbur mill-pajjiż esportattur ikun anqas mit-tnaqqis tad-dazju applikat taħt l-Artikolu 6, it-tnaqqis għandu jkun ristrett għall-ammont miġbur.

4. Jekk il-ħlas ta’ esportazzjoni miġbur ikun f’munita oħra minbarra dik ta’ l-Istat Membru importatur, ir-rata tal-kambju li għandha tintuża biex jiġi kalkolat l-ammont ta’ ħlas attwalment miġbur għandha tkun ir-rata reġistrata fil-kambju jew kambji l-aktar rappresentattivi tal-munita f’dak l-Istat Membru fid-data meta d-dazju doganali jiġi ffissat bil-quddiem.

Artikolu 8

Bħala eċċezzjoni mill-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1162/95 u skond l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, liċenzi ta’ importazzjoni għal ross fil-fosdqa, mitħun jew nofsu mitħun jew ross imkisser għandhom ikunu validi mill-jum attwali tagħhom ta’ ħruġ sa l-aħħar tat-tielet xahar li jiġi wara.

Iżda, m’għandhomx ikunu validi ’l mill-31 ta’ Diċmbru tas-sena tal-ħruġ.

Il-KAPITOLU III IMPORTAZZJONIJIET TA’ ROSS B’KUMULAZZJONI ACP/OCT TA’ ORIĠINI

Artikolu 9

Importazzjonijiet fil-Komunità ta’ ross li joriġina mill-pajjiżi barranin u territorji (OCTs) għandhom ikunu eżenti minn dazji doganali taħt kwota ta’ 35000 tunellata metrika ta’ ross, f’ekwivalenti ta’ ross fil-fosdqa, li minnhom 25000 tunellata metrika għandhom ikunu riservati għan-Netherlands Antilles u Aruba u 10000 għall-OCTs l-anqas żviluppati, mal-presentazzjoni ta’liċenzja ta’ importazzjoni.

Artikolu 10

1. Il-liċenzi ta’ importazzjoni msemmija fl-Artikolu 9 għandhom jinħarġu għall-lottijiet li ġejjin kull sena, fl-ekwivalenti ta’ ross fil-fosdqa:

(a) għan-Netherlands Antilles u Aruba:

- Jannar: | 8334 tunellata metrika, |

- Mejju: | 8333 tunellata metrika, |

- Settembru: | 8333 tunellata metrika, |

- Ottubru: | kull kwantitajiet li jibqa'. |

(b) Għall-OCTs l-anqas żviluppati msemmija fl-Anness I B li jinsab mad-Deċiżjoni 2001/822/KE:

- Jannar: | 3334 tunellati metriċi, |

- Mejju: | 3333 tunellati metriċi, |

- Settembru: | 3333 tunellati metriċi, |

- Ottubru: | kull kwantitajiet li jibqa' |

2. Kwantitajiet ta’ ross fi stadji ta’ pproċessar minbarra ross fil-fosdqa għandhom ikunu koperti bir-rati mniżżla fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 467/67/KEE [12].

Artikolu 11

1. L-applikazzjonijiet għall-liċenzi ta’ importazzjoni għandhom ikunu akkumpanjati bl-oriġinal tal-liċenzja ta’ esportazzjoni, imħejjija skond il-kampjun fl-Anness I, maħruġa mill-korpi responsabbli għall-ħruġ taċ-ċertifikati EUR.1.

2. Kull kwantitajiet ta’ lott mhux koperti b’applikazzjonijiet għall-liċenzja għandhom jinġiebu ‘l quddiem għall-lott li jmiss.

3. Fir-rigward tal-lott ta’ Ottubru, fil-każ li l-applikazzjonijiet għal liċenzja depositati għal importazzjonijiet b’kumulazzjoni ta’ oriġini ACP/OCT l-anqas żviluppat ma jkunux ikopru l-kwantità sħiħa disponibbli, il-kwantita li jibqa’ tista’ tintuża għal importazzjonijiet li joriġinaw minn-Netherlands Antilles jew Aruba.

Artikolu 12

B’eċċezzjoni mill-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1162/95 u skond l-Artikolu 23(2) tar-Regolament(KE) Nru 1291/2000, liċenzi għal importazzjonijiet ta’ ross fil-fosdqa, mitħun jew nofsu mitħun jew ross imkisser għandhom ikunu validi mill-jum attwali tagħhom ta’ ħruġ sal-31 ta’ Diċembru tas-sena tal-ħruġ.

Il-KAPITOLU IV REGOLI KOMUNI DETTALJATI

Artikolu 13

Applikazzjonijiet għal liċenzja ta’ importazzjoni ta’ ross li joriġina fl-Istati ACP li jaqa’ fil-kodiċi NM elenkat fl-Artikolu 2 u ross li joriġina fl-OCTs li jaqa’ fil-kodiċi NM 1006 jistgħu jiġu depositati għal kwantitajiet miġjuba ‘l quddiem kif imsemmija fl-Artikolu 3(2).

Jekk l-applikazzjoni għal liċenzi mibgħuta għal importazzjonijiet li joriġinaw fl-Istati ACP jew b’kumulazzjoni ta’ oriġini ACP/OCT ma jkunux ikopru l-kwantitajiet kollha disponibbli, ilk-bilanċ tal-lott ta’ Ottubru imsemmi fl-Artikolu 3(1) jista’ jintuża biex jiġu mportati prodotti li joriġinaw fl-OCTs sal-massimu ta’160000 tunellata metrika msemmija fl-Artikolu 1.

Artikolu 14

Il-proċedura applikabbli għal applikazzjonijiet għall-liċenzi ta’ importazzjoni u liċenzi għandha tkun dik preskritta fir-Regolamenti (KE) Nru 1162/95 u Nru 1291/2000, minbarra fejn dan ir-Regolament jipprovdi mod ieħor.

Artikolu 15

1. L-applikazzjonijiet għall-liċenzja għandhom jiġu depositati ma’ l-awtorità kompetenti fl-Istat membru konċernat matul l-ewwel ħamest ijiem tax-xogħol fix-xahar li jikkorrispondi ma’ l-ewwel lott.

2. L-applikazzjonijiet għall-liċenzi għandhom jintbagħtu minn persuni naturali jew entitajiet ġuridiċi li, f’ta’ l-anqas sena waħda mit-tlett snin kalendarji li jiġu qabel id-data tas-sottomissjoni ta’ l-applikazzjoni, kienu nvoluti fit-twettieq ta’ importazzjoni jew esporatzzjoni ta’ ross u mdaħħla f’reġistru pubbliku ta’ Stat Membru.

Il-prova ta’ importazzjoni jew esportazzjoni kummerċjali għandha tingħata permezz tal-produzzjoni ta’ l-anqas ta’ żewġ liċenzi ta’ importazzjoni jew esportazzjoni debitament ċertifikati imwassla jew mogħtija lill-applikant, jew dikjarazzjonijiet doganali, skond kif japplika.

3. Applikanti jistħu jibgħatu biss applikazzjoni waħda għal liċenzja fl-Istat membru fejn ikunu mdaħħla f’reġistru pubbliku. Meta jintbagħtu diversi applikazzjonijiet minn parti waħda fi Stat Membru wieħed jew aktar, ebda waħda minn dawn l-applikazzjonijiet ma tkun ammissibbli.

4. L-applikazzjonijiet għall-liċenzi jistgħu jinbagħtu għal mhux aktar mill-kwantità massima preskritta għal kull lott jew oriġini. Iżda, il-kwantità li dwarha ssir applikazzjoni taħt kull lott u oriġini m’għandhiex teċċedi l-5000 tunellata metrika f’ekwivalenti ta’ ross fil-fosdqa.

Artikolu 16

1. Il-pajjiż ta’ provenjenza u l-pajjiż ta’ oriġini għandhom ikunu murija fit-taqsimiet 7 u 8 ta’ l-applikazzjonijiet għall-liċenzja ta’ importazzjoni u l-liċenzja, u d-daħla "Iva" mmarkata b’salib.

2. Fit-taqsima 20 ta’ l-applikazzjonijiet tal-liċenzja ta’ importazzjoni, l-applikanti għandhom juri l-lott li għalih qiegħdin jibgħatu l-applikazzjoni. Għandha ssir waħda mid-daħliet li ġejjin:

- ACP (L-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 638/2003),

- ACP ross imkisser (L-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 638/2003),

- OCTs (L-Artikolu 10(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 638/2003),

- OCTs (L-Artikolu 10(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 638/2003),

- ACP + OCTs (L-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 638/2003).

3. It-taqsima 24 tal-liċenzi għandu jkun fiha waħda mid-daħliet li ġejjin:

(a) għal importazzjonijiet li joriġinaw fl-Istati ACP:

- Derecho de aduana reducido hasta la cantidad indicadaen las casillas 17 y 18 del presente certificado [Reglamento(CE) no 638/2003]

- Nedsat told op til den mængde, der er angivet i rubrik17 og 18 i denne licens (forordning (EF) nr. 638/2003)

- Ermäßigter Zollsatz bis zu der in den Feldern 17 und 18 dieser Lizenz angegebenen Menge (Verordnung (EG) Nr. 638/2003)

- Μειωμένος δασμός μέχρι την ποσότητα που ορίζεται στα τετραγωνίδια 17 και 18 του παρόντος πιστοποιητικού [Κανονισμός (ΕΚ) αριθ. 638/2003]

- Reduced duty up to the quantity indicated in Sections17 and 18 of this licence (Regulation (EC) No 638/2003)

- Droit réduit jusqu‘à la quantité indiquée dans les cases17 et 18 du présent certificat [Reglement (CE) no 638/2003]

- Dazio ridotto limitatamente alla quantitŕ indicata nelle caselle 17 e 18 del presente titolo [Regolamento (CE)n. 638/2003]

- Verminderd douanerecht voor ten hoogste de in devakken 17 en 18 van dit certificaat vermelde hoeveelheid (Verordening (EG) nr. 638/2003)

- Direito reduzido até à quantidade indicada nas casas 17 e 18 do presente -certificado [Regulamento (CE) n.°638/2003]

- Tulli, joka on alennettu tämän todistuksen kohdissa 17ja 18 esitettyyn määrään asti (asetus (EY) N:o 638/2003)

- Tullsatsen nedsatt upp till den mängd som anges i fält 17 och 18 i denna licens (Förordning (EG) nr 638/2003);

(b) għal importazzjonijiet li joriġinaw fl-OCTs:

- Exención del derecho de aduana hasta la cantidad indicada en las casillas 17 y 18 del presente certificado[Reglamento (CE) no 638/2003]

- Toldfri op til den mængde, der er angivet i rubrik 17 og18 i denne licens (forordning (EF) nr. 638/2003)

- Zollfrei bis zu der in den Feldern 17 und 18 dieser Lizenz angegebenen Menge (Verordnung (EG) Nr. 638/2003)

- Ατελώς μέχρι την ποσότητα που ορίζεται στα τετραγωνίδια 17 και 18 του παρόντος πιστοποιητικού [Κανονισμός (ΕΚ) αριθ. 638/2003]

- Exemption from customs duty up to the quantity indicated in Sections 17 and 18 of this licence (Regulation (EC) No 638/2003)

- Exemption du droit de douane jusqu‘à la quantité indiquée dans les cases 17 et 18 du présent certificat [Reglement (CE) no 638/2003]

- Esenzione del dazio doganale limitatamente alla quantitŕ indicata nelle caselle 17 e 18 del presente titolo Regolamento (CE) n. 638/2003]

- Vrijgesteld van douanerecht voor ten hoogste de in de vakken 17 en 18 van dit certificaat vermelde hoeveelheid (Verordening (EG) nr. 638/2003)

- Isençăo de direito aduaneiro até à quantidade indicada nas casas 17 e 18 do presente certificado [Regulamento (CE) n.o 638/2003]

- Tullivapaa tämän todistuksen kohdissa 17 ja 18 esitettyyn määrään asti (asetus (EY) N:o 638/2003)

- Tullfri upp till den mängd som anges i fält 17 och 18 i denna licens (Förordning (EG) nr 638/2003).

Artikolu 17

1. Fi żmien jumejn tax-xogħol mid-data ta l-egħluq għas-sottomissjoni ta’ l-applikazzjonijiet għall-liċenzi, l-Istat membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni, permezz ta’ fax jew posta elettronika, bil-kwantitajiet koperti bl-applikazzjonijiet għall-liċenzi ta’ importazzjoni, imqassma skond il-kodiċi NM bi tmien numri għall-kull lott u l-pajjiż ta’ oriġini, in-numru ta’ kull liċenzja u l-isem u l-indirizz ta’ l-applikant.

In-notifikazzjonijiet għandhom isiru skond il-kampjum fl-Anness II, ukoll fejn ebda applikazzjonijiet ma jkunu ġew depositati fi Stat Membru.

2. Fi żmien għaxart ijiwem mid-data finali għan-notofikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha:

(a) tiddeċiedi sa liema limitu l-applikazzjonijiet jistgħu jiġu aċċettati. Fejn il-kwantitajiet li għalihom issir applikazzjoni jeċċedu dawk disponibbli għall-lott u l-oriġini in kwistjoni, hija għandha tiffissa tnaqqis perċentwali li għandu jiġi applikat għal kull applikazzjoni;

(b) tiffissa l-kwantitajiet disponibbli għall-lott li jmiss.

3. fejn il-kwantità li għaliha għandha tinħareġ liċenzja tkun anqas minn 20 tunellata metrika wara l-applikazzjoni tat-tnaqqis perċentwali msemmi fil-paragrafu 2(a), l-applikazzjoni għall-liċenzja tista’ tiġi rtirata fi żmien jumejn tax-xogħol mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament li jiffissa l-perċentwali. Il-garanzija għandha tiġi rilaxxata minnufih.

4. Fi żmien tlett ijiem tax-xogħol mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament adottat taħt il-paragrafu 2(a), liċenzi ta’ importazzjonijiet għandhom jinħarġu għall-kwantitajiet koperti bl-applikazzjonijiet jew il-kwantitajiet li jibqa’ wara l-applikazzjoni tat-tnaqqis perċentwali ffissat b’dak ir-Regolament.

Artikolu 18

Bħala eċċezzjoni mill-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1162/95, l-ammont ta’ garanzija meħtieġ mas-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet għall-liċenzi għandu jkun ta Ewro 46 għal kull tunellata metrika.

Fejn il-kwantità li għaliha tinħareġ il-liċenzja ta’ importazzjoni tkun anqas minn dik li ssir applikazzjoni għaliha, l-ammont tal-garanzija għandu jitnaqqas proporzjonalment.

Artikolu 19

Bħala eċċezzjoni mill-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, id-drittijiet li joħorġu minn liċenzi ta’ impostazzjoni m’għandhomx ikunu trasferibbli.

Artikolu 20

L-Artikolu 35(6) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 għandu jgħodd.

Artikolu 21

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni permezz tal-fax jew posta elettronika skond il-kampjun fl-Anness II li jinsab ma’ dan ir-Regolament:

(a) mhux aktar tard minn jumejn tax-xogħol wara l-ħruġ tagħhom, il-wantitajiet imqassma skond il-kodiċi NM bi tmien numru u l-pajjiż ta’ oriġini, koperti bil-liċenzi ta’ importazzjoni maħruġa, id-data tal-ħruġ, in-numru tal-liċenzja ta’ esportazzjoni fejn japplika, in-numru tal-liċenzja ta’ importazzjoni maħruġa u l-isem u l-indirizz tad-detentur;

(b) mhux aktar tard minn xahrejn wara li jiskadi l-perjodu ta’ validità ta’ kull liċenzja, il-kwantitajiet attwalment rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa, imqassma skond il-kodiċi NM bi tmien numri u l-pajjiż ta’ oriġini, id-data tar-rilaxx f’ċirkolazzjoni ħielsa, in-numru tal-liċenzja wżat u l-isem u l-indirizz tad-detentur.

Dawk in-notifikazzjonijiet għandhom ukoll isiru fejn ma tkun inħarġet ebda liċenzja u ma jkunu seħħew ebda importazzjonijiet.

Il-KAPITOLU V TĦASSIR U DISPOSIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 22

Ir-Regolament (KE) Nru 2603/97 huwa hawnhekk imħassar.

Artikolu 23

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu jgħodd mill-1 ta’ April 2003.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-9 ta’ April 2003.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 329, tat-30.12.1995, p. 18.

[2] ĠU L 62, tal-5.3.2002, p. 27.

[3] ĠU L 348, tal-21.12.2002, p. 5.

[4] ĠU L 314, tat-30.11.2001, p. 1.

[5] ĠU L 317, tal-15.12.2000, p. 3.

[6] ĠU L 351, tat-23.12.1997, p. 22.

[7] ĠU L 117, ta’ l-24.5.1995, p. 2.

[8] ĠU L 349, ta’ l-24.12.2002, p. 24.

[9] ĠU L 152, ta’ l-24.6.2000, p. 1.

[10] ĠU L 308, tas-27.11.2001, p. 19.

[11] ĠU L 189, tat-30.7.1996, p. 71.

[12] ĠU C 204, ta’ l-24.8.1967, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

Kampjun ta’ liċenzja ta’ esportazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 7 u l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 638/2003

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

ROSS - REGOLAMENT (KE) Nru 638/2003

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Top