EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R0492

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 492/2003 tat-18 ta’ Marzu 2003 li jissupplementa l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2400/96 dwar id-dħul ta’ ċerti ismijiet fir-“Reġistru ta’ l-ismijiet ta’ l-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti” li hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill Nru 2081/92 dwar il-protezzjoni ta’ l-identifikazzjoni ġeografika u l-ismijiet ta’ l-oriġini għal ċerti prodotti agrikoli u oġġetti ta’ l-ikel (Soprèssa Vicentina, Asparago verde di Altedo, Pêra Rocha do Oeste)

ĠU L 73, 19.3.2003, p. 3–4 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/492/oj

32003R0492



Official Journal L 073 , 19/03/2003 P. 0003 - 0004


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 492/2003

tat-18 ta’ Marzu 2003

li jissupplementa l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2400/96 dwar id-dħul ta’ ċerti ismijiet fir-"Reġistru ta’ l-ismijiet ta’ l-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti" li hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill Nru 2081/92 dwar il-protezzjoni ta’ l-identifikazzjoni ġeografika u l-ismijiet ta’ l-oriġini għal ċerti prodotti agrikoli u oġġetti ta’ l-ikel (Soprèssa Vicentina, Asparago verde di Altedo, Pêra Rocha do Oeste)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 ta’ l-14 ta’ Lulju 1992 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u l-ismijiet ta’ l-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġetti ta’ l-ikel [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2796/2000 [2], u partikolarment l-Artikolu 6(3) u (4) tiegħu,

Billi:

(1) Bi qbil ma l-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, l-Italja kienet bgħatet lil-Kummissjoni applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ l-isem "Soprèssa Vicentina" bħala designazzjoni ta’ l-oriġini u applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ l-isem "Asparago verde di Altedo" bħala indikazzjoni ġeografika u l-Portugall kien bgħat lil-Kummissjoni applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ l-isem "Pêra Rocha do Oeste" bħala designazzjoni ta’ l-oriġini.

(2) Bi qbil ma’ l-Artikolu 6(1) ta’ dak ir-Regolament, l-applikazzjonijiet ġew misjuba li jilħqu l-ħtiġiet kollha stabbiliti hemmhekk, u partikolarment li fihom l-informazzjoni kollha meħtieġa b’konformità ma’ l-Artikolu 4 tiegħu.

(3) L-ebda stqarrija ta’ oġġezzjoni permezz ta’ l-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 ma kienet waslet għand il-Kummissjoni fir-rigward ta’ l-ismijiet mogħtija fl-Anness t’hawnhekk bħala segwiment tal-pubblikazzjoni tagħhom fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej [3].

(4) L-ismijiet għandhom għalhekk ikunu mdaħħla fir-"Reġistru ta’ designazzjonijiet protetti ta’ l-oriġini u ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti" u għalhekk għandhom ikunu protetti matul il-Komunità kollha bħala designazzjonijiet ta’ l-oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta.

(5) L-Anness ta’ dan ir-Regolament jissupplimenta l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2400/96 [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2066/2002 [5],

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-ismijiet fl-Anness miġjub hawn huma miżjuda ma’ l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2400/96 u mdaħħla bħala designazzjonijiet protetti ta’ l-oriġini (PDO) jew bħala indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (PGI) fir-"Reġistru ta’ designazzjonijiet protetti ta’ l-oriġini u ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti" kif hemm provvediment dwar dan fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-20 jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-18 ta’ Marzu 2003.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 208, 24.07.92, p. 1.

[2] ĠU L 324, tal-21.12.2000, p. 26.

[3] ĠU C 114, tal-15.5.2002, p. 16 (Soprèssa Vicentina);ĠU C 114, tal-15.5.2002, p. 6 (Asparago verde di Altedo);ĠU C 102, tas-27.4.2002, p. 16 (Pêra Rocha do Oeste).

[4] ĠU L 327, tat-18.12.1996, p. 11.

[5] ĠU L 318, tat-22.11.2002, p. 4.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

PRODOTTI ELENKATI FL-ANNESS I TAT-TRATTAT KE, INTIŻI GĦALL-KONSUM UMAN

Prodotti bażati fuq il-laħam

L-ITALJA

Soprèssa Vicentina (PDO)

Frott, Ħxejjex

L-ITALJA

Asparago verde di Altedo (PGI)

IL-PORTUGALL/PORTUGAL

Pêra Rocha do Oeste (PDO)

--------------------------------------------------

Top