Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R0456

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 456/2003 tat-12 ta’ Marzu 2003 li jistabbilixxi regoli speċjali għal-pre-finanzjament tar-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni għal ċerti prodotti taċ-ċanga u l-vitella imqiegħda taħt il-proċedura tal-magazzinaġġ doganali jew ta’ żona-ħielsa

    ĠU L 69, 13.3.2003, p. 18–20 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006; Imħassar b' 32006R1713

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/456/oj

    32003R0456



    Official Journal L 069 , 13/03/2003 P. 0018 - 0020


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 456/2003

    tat-12 ta’ Marzu 2003

    li jistabbilixxi regoli speċjali għal-pre-finanzjament tar-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni għal ċerti prodotti taċ-ċanga u l-vitella imqiegħda taħt il-proċedura tal-magazzinaġġ doganali jew ta’ żona-ħielsa

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/2001 tas-17 ta’ Mejju 1999 rigward l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċanga u l-vitella [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2345/2003 [2], u partikolarment l-Artikolu 33(12) tiegħu,

    Billi:

    (1) Fil-Kapitolu 3 tat-Titolu II tar-Regolamemnt tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999 tal-15 ta’ April 1999 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema tar-rifużjoni fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 253/2002 [4], li jistabbilixxi r-regoli għal pagament bill-quddiem tar-rifużjoni għal prodotti u oġġetti mqiegħda taħt il-proċedura tal-magażaniġġ-doganali jew ta’ żona-ħielsa.

    (2) Billi jkunu meqjusa l-kundizzjonijiet tal-produzzjoni ta’ ċerti qatgħat mingħajr għadam taċ-ċanga u l-vitella u għat-tqegħid tagħhom fil-ħażna, hekk li jagħmluhom eliġibbli taħt l-arranġamenti għal pagament bil-quddiem tar-rifużjoni, u wkoll il-metodu li bih dawk il-prodotti huma esportati, id-dispożizzjonijiet tal-kontroll stabbiliti fl-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 għandhom ikunu supplementati b’dispożizzjonijiet speċifiċi. Dawk id-dispożizzjonijiet addizzjonali jikkonċernaw, partikolarment, il-ħolqien ta’ database komputerizzata minn dawk l-operaturi li jixtiequ li jipparteċipaw f’dawn l-arranġamenti, approvata mill-awtoritajiet doganali responsabbli għall-kontroll u li għaliha dawn ta’ l-aħħar għandhom ikollhom aċċess dirett.

    (3) Deroga għandha ssir għal uħud mill-prodotti taċ-ċanga u l-vitella mill-perjodu massimu li fih il-prodotti jistgħu jibqgħu taħt il-proċedura ta’ magażinaġġ-doganali jew ta’ żona-ħielsa li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 29(5) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999. Sabiex dawn l-arranġamenti jkun jiffunzjonaw, in vista tal-kundizzjonijiet speċjali li huma prevalenti fis-settur taċ-ċanga u l-vitella, dak il-perjodu għandu jkun ta’ erba xhur.

    (4) Sabiex l-operazzjonijiet isiru aktar trasparenti u l-verifiki aktar imħaffa u aktar effettivi, n-numru ta’ operazzjonijiet li huma suġġetti għal kwalunkwe waħda mill-fażijiet tal-proċedura għandhom ikunu ristretti.

    (5) Sabiex tkun assigurata l-operazzjoni lixxa ta’ dawn l-arranġamenti, il-kriterja tal-kontroll u l-frekwenza u l-konsegwenzi li għandhom ikunu soffruti meta diskrepanza tkun innutata fil-ħażniet attwali u fid-database għandhom ikunu stabbiliti. B’żieda, deroga għanda ssir mill-Artikolu 26(7) tar-Regolamemnt (KE) Nru 800/1999.

    (6) Il-Kumitat ta’ Ġestjoni għaċ-Ċanga u l-Vitella ma tax opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 800/1999, il-prodotti li jidħlu fil-kodiċi 020130009100 u 020130009120 tan-nomeniklatura tal-prodotti agrikoli għal rifużjoni ta’ l-esportazzjoni introdotta bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 [5] imqiegħda taħt il-proċedura tal-magażinaġġ-doganali jew ta’ żona ħielsa, il-pre-finanzjar tar-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni għandu jkun suġġett għar-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    1. L-eliġibilità għal pre-finanzjar tar-rifużjoni tal-prodotti referuti fl-Artikolu 1 permezz ta l-iskema tal-ħażna għandha tkun kondizzjonali fuq il-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni bil-miktub mill-awtorità doganali responsabbli għall-amministrazzjoni u l-kontroll tal-iskema.

    2. L-awtorizzazzjoni referuta fil-paragrafu 1 għandha tkun maħruġa biss lill-operaturi li jgħatu impenn bil-miktub li jżommu database komputerizzata tal-prodotti li għandhom ikunu mqiegħda taħt l-arranġamenti tal-pre-finanzjar (minn hawn ìl quddiem imsejħa "id-database"). Meta l-prodotti huma maħżuna f’diversi postijiet, l-awtorizzazzjoni tista tingħata għal database għal kull maħżen.

    Meta l-oġġetti kollha jew parti minnhom huma maħżuna minn parti terza li taġixxi f’isem l-operatur, id-database tista tkun miżmuma minn dik il-parti terza fuq ir-responsabbiltà ta’ l-operatur, li għandu jkun iwieġeb għall-eżattezza tagħha.

    L-awtoritajiet doganali kompetenti għandhom iwettqu verifiki bil-quddiem ħalli jassiguraw li d-database, li għaliha huma għandhom ikollhom aċċess dirett mingħajr il-ħtieġa ta’ notifika bil-quddiem, tkun ġiet stabbilita u hija operazzjonali. L-awtorizzazzjoni referuta fil-paragrafu 1 għandha tistabbilixxi l-proċedura għall-aċċess tad-database.

    Artikolu 3

    Id-database għandha:

    (a) tippermetti li l-laħam kopert bl-arranġamenti jkun intraċċat amministratavent matul il-perjodu kollu tal-ħażna;

    (b) tipprovdi għal rapport aġġornat f’ħin reali tal-kwantitajiet ta’ laħam fil-ħażna, li għandu jkun disponibbli fuq il-bażi ta’ kull waħda mill-kriterji referuti fit-tielet subparagrafu.

    It-taċċabbilità referuta fi (a) hawn fuq għandha tkun ibbażata fuq ir-refenza unika ta’ identifikazzjoni assenjata għal-laħam minn operazzjoni tat-tneħħija ta’ l-għadam imwettqa qabel ma l-prodotti konċernati jkun mqiegħda taħt l-arranġamenti tal-pre-finanzjar. L-operazzjoni tat-tneħħija tal-għadam tfisser il-laħam li jkun tneħħielu l-għadam f’jum wieħed jew f’parti ta’ jum.

    Ir-referenza għall-identifikazzjoni unika referuta fit-tieni sub-paragrafu għandha tinkludi:

    - numru uniku,

    - id-data tal-produzzjoni tal-laħam imneħħi mill-għadam,

    - in-numru taċ-ċertifikat tal-laħam mingħajr għadam referut fl-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1964/82 [6],

    - in-numru ta’ kaxxi għal kull tip ta’ laħam akwistat u l-piż nett qabel l-iffriżar.

    Artikolu 4

    1. Id-database għandha tinżamm aġġortanta u għandha tindika d-dħul fil, u t-tneħħija mill-ħażna ta’ prodotti sal-jum tal-preżentazzjoni ta:

    (a) d-dikjarazzjoni tal-pagament referuta fl-Artikolu 26(1) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999;

    (b) d-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni referuta fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 800/1999.

    2. Ħażna fi Stat Membru apparti milli dak li fih id-dikjarazzjoni tal-pagament hija aċċettata għandha tkun indikata fid-database. Operaturi li għandhom l-intenzjoni li jutilizzaw arranġamenti bħal dawn għall-ħażna għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet doganali bl-intenzjoni tagħhom. Dawk l-awtoritajiet għandhom japprovaw, inter alia, il-proċedura għall-intraċċjar tal-prodotti kkonċernati fil-database.

    Artikolu 5

    L-awtoritajiet doganali għandhom jaċċettaw id-dikjarazzjonijiet referuti fl-Artikolu 4 biss wara li jivverifikaw li l-operazzjoni li dwarha d-dikjarazzjoni tkun ġiet maħruġha hija mdaħħla fid-database bħala "dħul" jew bħala "tneħħija".

    B’danakollu, l-awtorita doganali tista taċċetta dikjarazzjoniet kif referuti fl-Artikolu 4 qabel ma jwettqu l-verifika referuta fl-ewwel paragrafu. F’każi bħal dawn, l-operatur għandu jikkonferma lill-awtoritajiet li d-dħul relevanti jkun sar fid-database. L-awtoritajiet doganali jistgħu jipposponu u jaggruppaw dawn il-verifiki imma għandhom iwettquhom mill-anqas darba għal kull perijodu ta’ xahrejn kalendarji.

    Artikolu 6

    Meta l-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 80/1999 jkun applikat, l-aċċettazzjoni mill-awtorità ta l-Istat Membru tal-ħażna tal-kopja T5 tal-kontroll u tad-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni għandha tkun suġġetta għall-konferma mill-esportatur li d-dħul relevanti jkun sar fid-database.

    F’każi bħal dawn, l-awtorità doganali tal-Istat Membru li fih id-dikjarazzjoni tal-pagament tkun ġiet aċċettata għandu jkun sodisfatt, b’konformità mat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 5, li d-database isemmi l-operazzjoni.

    Artikolu 7

    Massimu ta’ żewġ dikjarazzjonijiet ta’ pagament jistgħu jkunu aċċettati għal kull operazzjoni tat-tneħħija ta’ l-għadam. Dikjarazzjoni tal-pagament tista tirrefri għal massimu ta’ żewġ ċertifikati tat-tneħħija tal-għadam kif referuti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 1964/82.

    Artikolu 8

    Minkejja l-Artikolu 29(5) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999, il-prodotti jistgħi jibqgħu taħt il-proċedura ta’ magażżinaġġ doganali jew ta’ żona ħielsa għal erba’ xhur mid-data ta’ l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-pagament.

    Artikolu 9

    1. L-awtoritajiet doganali għandhom iwettqu mill-anqas żewġ verifiki mingħajr avviż għal kull sena kalendarja dwar l-operat u l-kontenut tad-database.

    Il-verifiki għandhom ikopru mill-anqas 5 % tal-kwantitajiet totali tal-prodotti li, skond id-database huma fil-ħażna fil-jum li fih tibda l-verifika. Dawn il-verifiki għandhom jassiguraw li l-laħam lokalizzat fil-fond tal-ħażna jkun imdaħħal fid-database u li, bil-maqlub, il-laħam imdaħħal fid-database jista jkun identifikat fil-fond tal-ħażna.

    Rapport għandu jkun imħejji għal kull verifika.

    Meta kampjun tal-prodotti li għandhom ikunu vverifikati jinkludi laħam maħżun f’imħażen ta’ Stati Membri oħrajn, l-awtoritajiet doganali għandhom jużaw l-arranġamenti ta’ għajnuna-reċiproka referuti fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 [7].

    2. L-awtoritajiet doganali għandhom jinfurmaw lill-aġenzija responsabbli għall-pagament u rifużjoni ta’ l-esportazzjoni:

    (a) bl-awtorizzazzjonijiet kollha maħruġa jew imneħħija;

    (b) bil-verifiki kollha mwettqa.

    Meta jkun assunt li jkun hemm risku ta’ irregolarità, l-aġenziji tal-pagament jistgħu jitolbu lill-awtoritajiet doganali li jwettqu verifika.

    3. L-Artikolu 26(7) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 m’għandux japplika għall-prodotti suġġetti għall-verifiki li hemm provvedimenet dwarhom f’dan ir-Regolament.

    Artikolu 10

    Meta l-awtoritajiet doganali isibu diskrepanza bejn il-ħażna fiżika u r-reġistri tal-ħażna fid-database jew li l-Artikolu 4(2) jkun ġie miksur, l-awtorizzazzjoni referuta fl-Artikolu 2(1) għandha tkun imneħħija għal perijodu li għandu jkun iddeterminat mill-Istati Membri, li ma jistgħax ikun anqas minn tlett xhur mid-data li fih il-problema tkun instabet.

    Awtorizzazzjoni m’għandhiex tkun imneħħija meta l-ksur ta’ l-Artikolu 4(2) jew id-diskrepanza bejn il-ħażna fiżika u l-ħażna reġistrata fid-database tkun ir-riżultat ta’ force majeure.

    Awtorizzazzjoni għandha wkoll ma tkunx imneħħija meta l-kwantitajiet nieqsa jew mhux imdaħħla fid-database ikunu anqas minn 1 % tal-piż totali tal-prodotti magħżula għall-verifika u huma minħabba ommissjonijiet jew żbalji sempliċi amministrattivi, basta li l-miżuri korrettivi jkunu ttieħdu sabiex jassiguraw li żbalji simili ma jerġgħux iseħħu. Jekk jerġgħu iseħħu, l-awtoritajiet doganali jistgħu imbagħad ineħħu l-awtorizzazzjoni.

    Artikolu 11

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu japplika għad-dikjarazzjonijiet aċċettati mill-1 ta’ Ottubru 2003.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fit-12 ta’ Marzu 2003.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 21.

    [2] ĠU L 315, ta’ l-1.12.2001, p. 29.

    [3] ĠU L 102, tas-17.4.1999, p. 11.

    [4] ĠU L 183, tat-12.7.2002, p. 12.

    [5] ĠU L 366, ta’ l-24.12.1987, p. 1.

    [6] ĠU L 212, tal-21.7.1982, p. 48.

    [7] ĠU L 82, tat-22.3.1997, p. 1.

    --------------------------------------------------

    Top