Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R0414

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 414/2003 tal-5 ta' Marzu 2003 li jemenda għall-ħmistax-il darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi indirizzati kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden, in-network ta' Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001

    ĠU L 62, 6.3.2003, p. 24–25 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/414/oj

    32003R0414



    Official Journal L 062 , 06/03/2003 P. 0024 - 0025


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 414/2003

    tal-5 ta' Marzu 2003

    li jemenda għall-ħmistax-il darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi indirizzati kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden, in-network ta' Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li ikkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li ikkonsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi indirizzati kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden, in-network ta' Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta' ċerti oġġetti u servizzi lil Afganistan, li jsaħħaħ il-projbizzjoni tat-titjir u jestendi l-iffriżar ta' fondi u servizzi finanzjarji fir-rigward tat-Taliban ta' l-Afganistan [1], kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 370/2003 [2], u b'mod partikulari l-Artikolu 7(1), l-ewwel inċiż, tiegħu.

    Billi:

    (1) L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, gruppi u entitajiet li jaqgħu taħt l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skond dak ir-Regolament.

    (2) Fl-4 ta' Marzu 2003, il-Kumitat dwar is-Sanzjonijiet iddeċieda li jemenda l-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi u, għalhekk, l-Anness I għandu jiġi emendat minħabba dan.

    (3) Sabiex jiġi żgurat illi l-miżuri li hemm maħsuba f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa hawnhekk emendat skond l-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fil-5 ta' Marzu 2003.

    Għall-Kummissjoni

    Christopher Patten

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 139, tad-29.5.2002, p. 9.

    [2] ĠU L 53, tat-28.2.2003, p. 33.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru. 881/2002 huwa emendat kif ġej:

    L-annotazzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu miżjuda taħt l-intestatura "Persuni legali, gruppi u entitajiet":

    - Brigata Islamika Internazzjonali (magħrufa altrimenti bħala Il-Brigata Islamika għaż-Żamma tal-Paċi, l-Armata Islamika għaż-Żamma tal-Paċi, Il-Brigata Internazzjonali, il-Battaljun Islamiku għaż-Żamma tal-Paċi, Battaljun Internazzjonali, Brigata Islamika Internazzjonali għaż-Żamma tal-Paċi);

    - Reġiment Islamiku b'Għan Speċjali (magħruf altrimenti bħala Reġiment Islamiku b'Għan Speċjali, Reġiment Islamiku Speċjali ta' al-Jihad-Fisi-Sabililah);

    - Battaljun ta' tkixxif u sabutaġġ tal-Martri taċ-Ċeċenja Riyadus-Salikhin (magħruf altrimenti bħala Battaljun ta' tkixxif u sabutaġġ Riyadus-Salikhin, Riyadh-as-Saliheen, Grupp ta' Sabutaġġ u Sorveljanza Militari tal-Martri ta' Riyadh al-Salihin, Firqat al-Takhrib wa al-Istitla al-Askariyah li Shuhada Riyadh al-Salihin).

    --------------------------------------------------

    Top