Vyberte si experimentálne prvky, ktoré chcete vyskúšať

Tento dokument je výňatok z webového sídla EUR-Lex

Dokument 32003R0342

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 342/2003 tal-21 ta' Frar 2003 li jemenda għat-tnax-il darba ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nmr 881/2002 li jimponi ċerta miżuri speċifiċi ta' restrizzjoni kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden, in-networks ta' l-Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nmr 467/2001

    ĠU L 49, 22.2.2003, s. 13 – 14 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
    Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Kapitolu 18 Volum 002 P. 74 - 75

    Edizzjoni(jiet) speċjali oħra (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SL, BG, RO, HR)

    Právny stav dokumentu Účinné

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/342/oj

    32003R0342



    Official Journal L 049 , 22/02/2003 P. 0013 - 0014


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 342/2003

    tal-21 ta' Frar 2003

    li jemenda għat-tnax-il darba ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nmr 881/2002 li jimponi ċerta miżuri speċifiċi ta' restrizzjoni kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden, in-networks ta' l-Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nmr 467/2001

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkonsidrat Regolament tal-Kunsill (KE) Nmr 881/2002 li jimponi ċerta miżuri speċifiċi ta'ristrizzjoni kontra ċerti persuni w entitajiet assoċjata ma Usama bin Laden, in-networks ta' l-Al-Qaida u t-Taliban, u li jabbroga Regolament tal-Kunsill (KE) Nmr 467/2001 tas-27 ta' Mejju 2002 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta' ċerta merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, isaħħaħ il-projbizzjoni ta' titjiriet u jestendi l-friża tal-fondi u riżorsi finanzjarji oħra fejn għandu x'jaqsam it-Taliban ta'l-Afganistan [1], kif l-aħħar emendat minn Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nr 244/2003 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1), l-ewwel sotto-paragrafu, tiegħu,

    Billi:

    (1) L-Anness I ta' Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, gruppi u entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi taħt dak ir-Regolament.

    (2) Fl-20 ta' Frar 2003, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet iddeċieda li jemenda l-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta' fondi u sorsi ekonomiċi u, għaldaqstant, l-Anness I għandu jkun emendat skond il-bżonn.

    (3) Sabiex jiżgura li l-miżuri maħsuba f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolameent għandu jidħol fis-seħħ minnufih,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I ta' Regolament (KE) Nmr 881/2002 huwa hawnhekk emendat skond l-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fil-21 ta' Frar 2003.

    Għall-Kummissjoni

    Christopher Patten

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 139, tad-29.5.2002, p. 9.

    [2] ĠU L 33, tat-8.2.2003, p. 28.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    L-Anness I ta' Regolament (KE) Nmr 881/2002 huwa emendat kif ġej:

    Il-frażi li ġejja għandha tiżdied taħt l-intestatura "persuni naturali":

    Hekmatyar, Gulbuddin (magħruf bħala Gulabudin Hekmatyar, Golboddin Hikmetyar, Gulbuddin Khekmatiyar, Gulbuddin Hekmatiar, Gulbuddin Hekhmartyar, Gulbudin Hekmetyar), data ta' twelid: l-1 t'Awissu 1949, post ta' twelid: Il-provinċja ta' Konduz, fl-Afganistan.

    --------------------------------------------------

    Začiatok