Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R0224

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 224/2003 tal-5 ta’ Frar 2003 li jiddetermina l-għajnuna referuta fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 għall-ħażna privata tal-butir u l-krema u jidderoga mill-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 2771/1999 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 f’dak li jirrigwardja l-intervent fis-suq tal-butir u l-krema

ĠU L 31, 6.2.2003, p. 9–9 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/12/2010

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/224/oj

32003R0224



Official Journal L 031 , 06/02/2003 P. 0009 - 0009


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 224/2003

tal-5 ta’ Frar 2003

li jiddetermina l-għajnuna referuta fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 għall-ħażna privata tal-butir u l-krema u jidderoga mill-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 2771/1999 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 f’dak li jirrigwardja l-intervent fis-suq tal-butir u l-krema

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-ħalib u fil-prodotti tal-ħalib [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 509/2002 [2], u partikolarment l-Artikolu 10 tieghu,

Billi:

(1) L-Artikolu 34(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2771/1999 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1614/2001 [4], jistipula li, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 38 ta’ dak ir-Regolament, l-ammont ta’ għajnuna referuta fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 għal ħażna privata għandu jkun stabbilit għal kull sena. Għal dan il-għan, akkont għandu jittieħed għall-ispejjes fissi, ta’ kuljum u finanzjarji tal-ħażna, u tal-movimenti fir-rati ta’ l-imgħax tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-każ ta’ spejjeż finanzjarji.

(2) L-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 2771/1999 jistipula il-perijodu li fih id-dħul fil-ħażna għandu jseħħ. Is-sitwazzjoni kurrenti fis-suq tal-butir tiġġustifika t-twassil tad-data tad-dħul tal-15 ta’ Marzi għall-operazzjonijiet tal-ħażna tal-butir u l-krema fil-2003 il-quddiem lejn l-1 ta’ Marzu, bħala miżura eċċezzjonali.

(3) Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma b’mod konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Ħalib u l-Prodotti mill-Ħalib,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-għajnuna referuta fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 għandha tkun ikkalkolata għal kull tunnellata ta’ butir jew ekwivalenti ta’ butir għall-kuntratti konklużi fl-2003 fuq dawn il-bażi li ġejjin:

(a) EUR 24 għal spejjeż fissi,

(b) EUR 0,35 għal spejjeż ta’ ħażna fis-silġ għal kull jum ta’ ħażna b’kuntratt, u

(ċ) ammont ta’ kull jum ta’ ħażna b’kuntratt, ikkalkolata fuq il-bażi ta’ 91 % tal-prezz ta’ l-intervent għall-butir fis-seħħ fil-jum li l-ħażna b’kuntratt tibda u fuq il-bażi ta’ rata annwali ta’ imgħax ta’ 2,75 %.

Artikolu 2

Independentament mill-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 2771/1999, id-dħul fil-ħażna fl-2003 jista’ jseħħ mill-1 ta’ Marzu.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-5 ta’ Frar 2003.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 48.

[2] ĠU L 79, tat-22.3.2002, p. 15.

[3] ĠU L 333, ta’ l-24.12.1999, p. 11.

[4] ĠU L 214, tat-8.8.2001, p. 20.

--------------------------------------------------

Top