EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003L0123

Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/123/KE tat-22 ta' Diċembru 2003 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 90/435/KE dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ ta' kumpanniji parent u s-sussidjarji tagħhom fi Stati Membri differenti

ĠU L 7, 13.1.2004, p. 41–44 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 17/01/2012; Imħassar b' 32011L0096

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/123/oj

32003L0123



Official Journal L 007 , 13/01/2004 P. 0041 - 0044


Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/123/KE

tat-22 ta' Diċembru 2003

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 90/435/KE dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ ta' kumpanniji parent u s-sussidjarji tagħhom fi Stati Membri differenti

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekomomiku u Soċjali Ewropew [2],

Billi:

(1) Id-Direttiva 90/435/KE [3] daħħlet regoli komuni fejn jidħlu l-ħlasijiet tad-dividendi u t-tqassim ta' profitti oħra, li huma maħsuba li jkunu newtrali mil-lat tal-kompetizzjoni.

(2) Il-għan tad-Direttiva 90/435/KE huwa li jiġu eżantati d-dividendi u t-tqassim ta' profitti oħra mħallsa mill-kumpanniji sussidjarji lill-kumpanniji ġenituri tagħhom mit-taxxi fras il-għajn u sabiex tiġi eliminata t-taxxa doppja fuq dan id-dħul fil-livell ta' kumpannija parent.

(3) L-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 90/435/KEE żvelat manjieri differenti li fihom din id-Direttiva tista' tiġi mtejba u l-effetti benefiċjali tar-regoli komuni kif adottati fis-sena 1990 jiġu estiżi.

(4) L-Artikolu 2 tad-Direttiva 90/435/KEE jiddefinixxi l-kumpanniji li jidħlu f'dan l-iskop. L-Anness jikkonsisti f'lista tal-kumpanniji li għalihom tapplika d-Direttiva, Ċerti għamliet ta' kumpanniji mhumiex inklużi fil-lista fl-Anness, saħansitra jekk huma residenti għall-għanijiet tat-taxxi fi Stat Membru u huma bla ħsara għat-taxxa tal-korporazzjonijiet fihom. L-iskop tad-Direttiva 90/435/KEE għandu għalhekk jiġi estiż għal entitajiet oħra li jistgħu jwettqu attivitajiet li jaqsmu l-funtieri fil-Komunità u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha stabbiliti f'din id-Direttiva,

(5) Fit-8 ta' Ottubru 2001 il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 3157/2001 dwar l-Istatut ta' Kumpannija Ewropea (SE) [4] u d-Direttiva 2001/86/KE li tissupplimenta l-Istatut ta' Kumpannija Ewropea rigward l-involviment ta' l-impjegati [5]. Bl-istess mod, fit-22 ta' Lulju 2003 il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 1435/2003 dwar l-Istatut ta' Kumpannija Ewropea (SCE) [6] u d-Direttiva 2003/72/KE li tissupplimenta l-Istatut ta' Soċjetà Koperattiva Ewropea rigward l-involviment ta' l-impjegati [7]. Ġaladarba s-SE hija kumpannija pubblika ta' lijabbiltà limitata u ġaladarba is-SCE hija soċjetà koperattiva, it-tnejn simili fin-natura għal għamliet oħra ta' kumpanniji diġà koperti bid-Direttiva 90/435/KEE, is-SE u s-SCE għandhom jiġu miżjuda mal-lista ddikjarata fl-Anness mad-Direttiva 90/435/KEE.

(8) L-entitajiet il-ġodda li jridu jiġu inklużi fil-lista huma l-persuni inkorporati li jħallsu t-taxxi fl-Istat Membru tar-residenza tagħhom imma wħud huma kkunsidrati fuq il-bażi tal-karatteristiċi legali tagħhom li jkunu trasparenti għall-għanijiet tat-taxxi minn Stati Membri oħra. L-Istati Membri li jittrattaw lill-persuni korporati li jħallsu t-taxxi mhux residenti bħala trasparenti b'mod fiskali fuq dan il-bażi għandhom jikkonċedu s-solliev approprjat tat-taxxi rigward id-dħul li jagħmel parti mit-taxxi bażi tal-kumpannija parent.

(7) Sabiex jiġu estiżi l-benefiċċji tad-Direttiva 90/435/KEE, il-għatba taż-żamma ta' l-ishma għal kumpannija waħda sabiex tiġi kkunsidrata parent u l-oħra bħala s-sussidjarja tagħha għandha jiġi mbaxxija b'mod gradwali minn 25 % għal 10 %.

(8) Il-ħlas tad-distribuzzjonijiet tal-profitti lil stabbiliment permanenti ta' kumpannija parent u l-irċevuta tagħhom minnha għandhom joħolqu l-istess trattament bħal dak li japplika bejn sussidjarja u l-kumpanija parent tagħha. Dan għandu jinkludi s-sitwazzjoni meta kumpannija parent u s-sussidjarja tagħha jkunu fl-istess Stat Membru u l-istabbiliment pemanenti jkun fi Stat Membru ieħor. Mill-banda l-oħra, jidher illi s-stwazzjonijiet meta l-istabbilment permanenti u s-sussidjarja jkunu fl-istess Stat Membru jistgħu jiġu ttrattati, mingħajr preġudizzju għall-prinċipji tat-Trattat, fuq il-bażi tal-leġislazzjoni nazzjonali mill-Istat Membru interessat.

(9) Fejn jidħol it-trattament ta' l-istabbilimenti permanenti, l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet u l-istrumenti legali sabiex jipproteġu d-dħul mit-taxxa nazzjonali u jitqiesu r-regoli tat-taxxa aċċettati internazzjonalment.

(1) Meta l-gruppi inkorporati jiġu organizzati fi ktajjen ta' kumpanniji u l-profitti jistqassma permezz tal-katina tas-sussidjarji tal-kumpannija parent, għandha tiġi eliminata t-tassazzjoni doppja jew b'eżenzjoni jew bi kreditu tat-taxxa. Fil-każ ta' kreditu tat-taxxa, il-kumpannija parent għandha tkun kapaċi li tnaqqas kull taxxa mħallsa minn kull waħda mis-sussudjarji fil-katina sakemm jiġu sodisfatti l-ħtiġiet iddikjarati fid-Direttiva 90/435/KEE.

(11) Id-dispożizzjonijiet transitorji ma japplikawx iktar u għandhom għalhekk jiġu mħassra.

(12) Id-Direttiva 90/435/KEE għandha għalhekk tiġi emendata kif jixraq,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 90/435/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:

1. fl-Artikolu 1(1) għandhom jiġu miżjuda ż-żewġ inċiżi li ġejjin:

- "għad-distribuzzjonijiet tal-profitti rċevuti mill-istabbilimenti permanenti lokati f'dan l-Istat tal-kumpanniji ta' l-Istati Membri l-oħra li jiġu mis-sussidjarji tagħhom ta' Stat Membru ieħor għajr dak fejn ikun lokat l-istabbiliment permanenti,

- għad-distribuzzjonijiet tal-profitti minn kumpanniji ta' dan l-Istat lill-istabbilimenti permanenti fi Stat Membru ieħor tal-kumpanniji ta' l-istess Stat Membru li tagħhom ikunu sussidjarji."

2. fl-Artikolu 2, il-paragrafu korrenti għandu jingħata n-numru

"1."

u għandu jiżdied paragrafu ġdid kif ġej:

"2. Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, il-frażi "stabbiliment permanenti" tfisser post fiss tan-negozju lokatt fi Stat Membru li minn ġo fih jitwettaq fl-intier tiegħu jew f'parti minnu l-kummerċ ta' kumpannija ta' Stat Membru ieħor safejn u sakemm il-profitti ta' dan il-post tan-negozju jkunu bla ħsara għat-taxxi fl-Istati Membri li fihom tkun lokata bis-saħħa tat-trattat bilaterali rilevanti dwar it-taxxi jew, fin-nuqqas ta' trattat bħal dan, bis-saħħa tal-liġijiet nazzjonali."

3. fl-Artikolu 3, il-paragrafu 1 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"Għall-għanijiet sabiex tiġi applikata din id-Direttiva,

(a) l-istatus tal-kumpannija parent għandu jiġi attribwit għall-inqas lil kull kumpannija ta' Stat Membru li twettaq il-kondizzjonijiet iddikjarati fl-Artikolu 2 u li jkollha sehem minimu ta' 20 % fil-kapital ta' kumpannija ta' Stat Membru ieħor li jwettaq l-istess kondizzjonijiet;

dan l-istatus għandu jiġi attribwit ukoll, taħt l-istess kondizzonijiet, lil kumpannija ta' Stat Membru li jkollha s-sehem ta' 20 % ta' kumpannija ta' l-istess Stat Membru, miżmum fl-intier tiegħu jew f'parti minnu minn stabbiliment permanenti tal-kumpannija ta' qabel lokata fi Stat Membru ieħor;

mill-1 ta' Jannar 2007 il-perċentwal minimu tas-sehem għandu jkun ta' 15 %;

mill-1 ta' Jannar 2007 il-perċentwal minimu tas-sehem għandu jkun ta' 10 %;

(b) "sussidjarja"; għandha tfisser dik il-kumpannija li l-kapital tagħha jinkludi s-sehem riferit fil-(a).";

4. L-Artikolu 1 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) Il-paragrafu 1 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"1. Meta kumpannija parent jew l-istabbiliment permanenti tagħha jirċievu l-profitti mqassna bis-saħħa ta' l-assoċjazzjoni tal-kumpannija parent mas-sussidjarja tagħha, l-Istat tal-kumpannija parent u l-Istat ta' l-istabbiliment permanenti tagħha għandhom, għajr meta s-sussidjarja tiġi llikwidata, jew:

- iżommu lura milli jintaxxaw dawn il-profitti, jew

- jintaxxaw dawn il-profitti filwaqt li jawtorizzaw lill-kumpannija parent u lill-istabbiliment permanenti li jnaqqsu mill-ammont mistħoqq tat-taxxa dak il-frazzjon tat-taxxa fuq il-korporazzjonijiet li jkollu x'jaqsam ma' dawn il-profitti u mħallas mis-sussidjarja u minn kull sussidjara fi skala iktar baxxa, bla ħsara għall-kondizzjoni illi f'kull skaluna kumpannija u s-sussidjara ta' l-iskaluna iktar baxxa tagħha jissodisfaw il-ħtiġiet ipprovvduti fl-Artikolu 2 u 3, sal-limitu ta' l-ammont tat-taxxa mitħoqqa korripsondenti."

(b) għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

"1 a. Xejn f'din id-Direttiva ma għandu jipprevjieni lill-Istat tal-kumpannija parent milli jikkunsidra sussidjarja li tkun transparenti fiskalment fuq il-bażi ta' l-istima ta' dan l-Istat tal-karatteristiċi legali ta' din is-sussidjarja li jinħolqu mil-liġi li fuqha tkun ikkostitwita u għalhekk mit-tassazzjoni tal-kumpannija parent mis-sehem tagħha tal-profitti tas-sussidjarja tagħha kif u meta dawn il-profitti jinħolqu. F'dan il-każ, l-Istat tal-kumpannija parent għandu jibqa lura milli jintaxxa l-profitti mqassma tas-sussidjarja.

Meta jkun qiegħed jiġi stmat is-sehem tal-kumpannija parent mill-profitti tas-sussidjarja tagħha hekk kif jinħolqu, l-Istat tal-kumpannija parent għandu jew jeżenta dawn il-profitti jew jawtorizza lill-kumpannija parent li tnaqqas mill-ammont tat-taxxa mistħoqqa dak il-frazzjon tat-taxxa tal-korporazzjoni li għandu x'jaqsam mas-sehem tal-profitti tal-kumpannija parent u mħallas mis-sussidjarja tagħha u kull sussidjara ta' livell iktar baxx, bla ħsara għall-kondizzjonijiet li f'kull livell kumpannija sussidjarja u s-sussidjarja tagħha ta' livell iktar baxx jissodisfaw il-ħtiġiet ipprovvduti fl-Artikoli 2 u 3, sal-limitu ta' l-ammont tad-taxxa korrispondenti mitħoqqa.";

(ċ) Fil-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"Il-paragrafi 1 u 1a għandhom jpplikaw sad-data tad-dħul fis-seħħ effettiv ta' sistema komuni ta' tassazzjoni tal-kumpanniji."

5. L-Artikolu 1 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) Il-paragrafu 1 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"Il-profitti li sussidjarja tqassam lill-kumpannija parent għandhom ikunu eżentati mit-taxxa f'ras il-għajn."

(b) Il-paragrafi 2, 3 u 4 għandhom jiġu mħassra.

6. l-Anness għandu jiġi mibdul bit-test fl-Anness I ma' din id-Direttiva;

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għalbiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva l-iktar tard sa l-1 ta' Jannar 2005.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri għandu jkollhom riferenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-riferenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġijiet nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva flimkien ma' tabella li turi kif id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva jikkorrespondu mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-22 ta' Diċembru 2003.

Għall-Kunsill

Il-President

A. Matteoli

[1] Opinjoni tas-16 ta' Diċembru. (Għada mhix ippubblikata fil-ĠU).

[2] Opinjoni tad-29 ta' Ottubru. (Għada mhix ippubblikata fil-ĠU).

[3] ĠU L 225, ta' l-20.8.1990, p. 6. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bl-Att ta' Aċċessjoni ta' l-1994.

[4] ĠU L 294, ta' l-10.11.2001, p. 1.

[5] ĠU L 294, ta' l-10.11.2001, p. 22.

[6] ĠU L 207, tat-18.8.2003, p. 1.

[7] ĠU L 207, tat-18.8.2003, p. 25.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

IL-LISTA TAL-KUMPANNIJI RIFERITA FL-ARTIKOLU 2(1)(A)

(a) Il-kumpanniji taħt il-liġijiet Belġjani magħrufa bħala

"société anonyme"

/

"naamloze vennootschap"

,

"société en commandite par actions"

/

"commanditaire vennootschap op aandelen"

,

"société privée à responsabilité limitée"

/

"besloten vennootschap met beperkte aansprakelijkheid"

,

"société coopérative à responsabilité limitée"

/

"coöperatieve vennootschap met beperkte aansprakelijkheid"

,

"société coopérative à responsabilité illimitée"

/

"coöperatieve vennootschap met onbeperkte aansprakelijkheid"

,

"société en nom collectif"

/

"vennootschap onder firma"

,

"société en commandite simple"

/

"gewone commanditaire vennootschap"

, l-impriżi pubbliċi li adottaw waħda mill-għamliet legali msemmija hawn fuq u l-kumpanniji l-oħra kkostitwiti skond il-liġijiet Belġjani bla ħsara għat-taxxa Belġjana tal-korporazzjonijiet.

(b) il-kumpanniji skond il-liġijiet Daniżi magħrufa bħala "aktieselskab" u "anpartsselskab". Il-kumpanniji l-oħra bla ħsara għat-taxxa skond l-Att tat-Taxxa tal-Korporazzjonijiet, safejn u sakemm id-dħul taxxabbli tagħhom jiġi kkalkolat u ntaxxat bil-leġislazzjoni ġenerali tat-taxxi li tapplika għal "aktieselskaber";

c) il-kumpanniji taħt il-liġijiet Ġermaniżi magħrufa bħala "Aktiengesellschaft", "Kommanditgesellschaft auf Aktien", "Gesellschaft mit beschränkter Haftung", "Versicherungsverein auf Gegenseitigkeit", "Erwerbs- und Wirtschaftsgenossenschaft", "Betriebe gewerblicher Art von juristischen Personen des öffentlichen Rechts" u l-kumpanniji l-oħra kkostitwiti skond il-liġijiet Ġermaniżi bla ħsara għat-taxxa Ġermaniża tal-korporazzjonijiet;

d) il-kumpanniji taħt il-liġijiet Griegi magħrufa bħala "ανώνυμη εταιρεία", "εταιρεία περιωρισμένης ευθύης (Ε.Π.Ε.)" u l-kumpanniji l-oħra kkostitwiti skond il-liġijiet Griegi bla ħsara għat-taxxa tal-korporazzjonijiet;

e) il-kumpanniji taħt il-liġijiet Spanjoli magħrufa bħala:"sociedad anónima", "sociedad comanditaria por acciones", "sociedad de responsabilidad limitada" u dawk il-korpi tal-liġijiet pubbliċia li jaħdmu skond il-liġijiet privati; L-entitajiet l-oħra kkostwititi skond il-liġijiet Spanjoli bla ħsara għal-liġijiet Spanjoli tat-taxxa fuq il-koporazzjonijiet ("Impuesto sobre Sociedades");

f) il-kumpanniji taħt il-liġijiet Franċiżi magħrufa bħala "société anonyme", "société en commandite par actions", "société à responsabilité limitée", "sociétés par actions simplifiées", "sociétés d'assurances mutuelles", "caisses d'épargne et de prévoyance", "sociétés civiles", li huma awtomatikamwnt bla ħsara għat-taxxa ta-korporazzjonijiet, "coopératives", "unions de coopératives", l-istabbilimnti u l-impriżi industrijali u kummerċjali, u l-kumpanniji l-oħra kkostitwiti skond il-liġijiet Franċiżi bla ħsara għat-taxxa Franċiża fuq il-korporazzjonijiet;

(g) il-kumpanniji inkorporati jew li jeżistu taħt il-liġijiet Irlandiżi, il-korpi rreġistrati skond l- (l-Att tas-Soċjetajiet Industrijali u tal-Bżonnijiet li Jinqalgħu), is-soċjetajiet tal-bini inkorporati taħt il-(l-Attijiet tas-Soċjetajiet tal-Bini) u l-banek tat-tifdil tad-depożitarji fit-tifsira tat-Att tal-Banek tat-Tifdil tad-Depożitarji), tas-sena 1989;

(h) il-kumpanjiji taħt il-liġijiet Taljani magħrufa bħala "società per azioni", "società in accomandita per azioni", "società a responsabilità limitata", "società cooperative", "società di mutua assicurazione", u l-entitajiet pubbliċi u privati li l-attivitajiet tagħhom huma fl-intier jew fil-biċċa l-kbira tagħhom kummerċjali;

(i) il-kumpanniji taħt il-liġijiet tal-Lussemburgu magħrufa bħala "société anonyme", "société en commandite par actions", "société à responsabilité limitée", "société coopérative", "société coopérative organisée comme une société anonyme", "association d'assurances mutuelles", "association d'épargne-pension", "entreprise de nature commerciale, industrielle ou minière de l'Etat, des communes, des syndicats de communes, des établissements publics et des autres personnes morales de droit public", u l-kumpanniji l-oħra kkostitwiti skond il-liġijiet tal-Lussemburgu bla ħsara għat-taxxa tal-Lussemburgu tal-korporazzjonijiet;;

(j) il-kumpanniji taħt il-liġijiet Olandiżi magħrufa bħala "naamloze vennnootschap", "besloten vennootschap met beperkte aansprakelijkheid", "Open commanditaire vennootschap", "Coöperatie", "onderlinge waarborgmaatschappij", "Fonds voor gemene rekening", "vereniging op coöperatieve grondslag", "vereniging welke op onderlinge grondslag als verzekeraar of kredietinstelling optreedt", u l-kumpanniji l-oħra kkostitwiti skond il-liġijiet Olandiżi bla ħsara għat-taxxa Olandiża tal-korporazzjonijiet;;

(ċ) il-kumpanniji taħt il-liġijiet Awstrijaċi magħrufa bħala "Aktiengesellschaft", "Gesellschaft mit beschränkter Haftung", "Versicherungsvereine auf Gegenseitigkeit", "Erwerbs- und Wirtschaftsgenossenschaften", "Betriebe gewerblicher Art von Körperschaften des öffentlichen Rechts", "Sparkassen", u l-kumpanniji l-oħra kkostitwiti skond il-liġijiet Awstrijaċi bla ħsara għat-taxxa Awstrijaka tal-korporazzjonijiet;

(l) il-kumpanniji kummerċjali jew il-kumpanniji tal-liġi ċivili li għandhom il-għamla ta' koperattivi u l-impriżi pubbliċi kummerċjali inkorporati taħt il-liġijiet Portugiżi;

(m) il-kumpanniji taħt il-liġijiet Finlandiżi magħrufa bħala "osakeyhtiö/aktiebolag", "osuuskunta/andelslag", "säästöpankki/sparbank" u "vakuutusyhtiö/försäkringsbolag";

(n) il-kumpanniji taħt il-liġijiet Svediżi magħrufa bħala "osakeyhtiö/aktiebolag", "osuuskunta/andelslag", "säästöpankki/sparbank", u "vakuutusyhtiö/försäkringsbolag";

(o) il-kumpanniji inkorporati skond il-liġijiet tar-Renju Unit;

(p) il-kumpanniji inkorporati taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2157/2001 tat-8 ta' Ottubru 2001 dwar l-Istatut għal Kumpannija Ewropea (SE) u d-Direttiva tal-Kunsill 2001/86 tat-8 ta' Ottubru 2001 li tissuplimenta l-Istatut għal Kumpannija Ewropea rigward l-involviment tal-ħaddiema u s-soċjetajiet koperattivi inkorporati skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1435/2003 tat 22 ta' Lulju 2003 dwar l-Istatut għal Soċjetà Koperattiva Ewropea (SCE) u d-Direttiva tal-Kunsill 2003/72/KE tat-22 ta' Lulju 2003 li tissupplimenta l-Istatut għal Soċjetà Koperattiva Ewropea rigward l-involviment tal-ħaddiema.

--------------------------------------------------

Top