EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003L0121

Id-Direttiva tal-kummissjoni 2003/121/KE tal-15 ta' Diċembru 2003 li temenda d-Direttiva 98/53/KE li tistabbilixxi metodi ta' teħid ta' kampjuni u l-metodi ta' analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta' xi sustanzi li jikkontaminaw oġġetti ta' l-ikel(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 332, 19.12.2003, p. 38–40 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 07/08/1998; Impliċitament imħassar minn 32004L0043

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/121/oj

32003L0121



Official Journal L 332 , 19/12/2003 P. 0038 - 0040


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/121/KE

tal-15 ta' Diċembru 2003

li temenda d-Direttiva 98/53/KE li tistabbilixxi metodi ta' teħid ta' kampjuni u l-metodi ta' analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta' xi sustanzi li jikkontaminaw oġġetti ta' l-ikel

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkonsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 85/591/KEE ta' l-20 ta' Diċembru 1985 dwar l-introduzzjoni ta' metodi Komunitarji dwar teħid ta' kampjuni u analiżi għall-monitoraġġ ta' oġġetti ta' l-ikel maħsuba għall-konsum tal-bniedem [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 1 tagħha,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 466/2001 tat-8 ta' Marzu 2001 li jistabbilixxi l-ogħla livelli għal xi sustanzi li jikkontaminaw oġġetti ta' l-ikel [2], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1425/2003 [3], jiffissa limiti massimi speċifiċi għal qamħirrum biex ikun suġġettat għal li jingħażel, jew għal xi trattament fiżiku ieħor, qabel jittiekel mill-bniedem jew jintuża bħala ingredjent f'oġġetti ta' l-ikel.

(2) It-teħid ta' kampjuni jifforma parti kruċjali fil-preċiżjoni ta' kif jiġu stabbiliti l-livelli ta' aflatossini, li jkunu ferm eteroġenament imqassma f'lott. Id-Direttiva tal-Kummissjoni 98/53/KE [4], kif emendata bid-Direttiva 2002/27/KE [5], għandha tiġi emendata biex tinkludi disposizzjonijiet speċifiċi biex il-qamħirrum ikun suġġettat għal li jingħażel, jew għal xi trattament fiżiku ieħor, qabel jittiekel mill-bniedem jew jintuża bħala ingredjent f'oġġetti ta' l-ikel.

(3) Hu ta' importanza kbira li r-riżultati analitiċi jiġu rappurtati u interpretati b'mod uniformi biex ikun żgurat metodu ta' infurzar armonizzat fl-Unjoni kollha. Dawn ir-regoli ta' interpretazzjoni għandhom ikunu ta' applikazzjoni għar-riżultat analitiku miksub mill-kampjun għal kontroll uffiċjali. Fil-każ ta' analiżi għal raġunijiet ta' difiża jew arbitraġġ, ir-regoli nazzjonali japplikaw.

(4) Id-Direttiva 98/53/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(5) Il-miżuri li għalihom tiddisponi din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 98/53/KE hu emendat kif jidher fl-Anness I ta' din id-Direttiva.

L-Anness II tad-Direttiva 98/53/KE he emendat kif jidher fl-Anness II ta' din id-Direttiva

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sal-31 ta' Ottubru 2004 l-aktar tard.. Għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-test ta' dawk id-disposizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-disposizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu supplimentati b'din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha tkun magħmula din ir-referenza.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-disposizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam regolat minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-15 ta' Diċembru 2003.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 372, tal-31.12.1985, p. 50.

[2] ĠU L 77, tas-16.03.2001, p. 1.

[3] ĠU L 203, tat-12.08.2003, p. 1.

[4] ĠU L 201, tas-17.07.1998, p. 93.

[5] ĠU L 75, tas-16.03.2002, p. 44.

--------------------------------------------------

ANNESS I

L-Anness I tad-Direttiva 98/53/KE hu emendat kif ġej:

1. fil-punt 5.2.1, ir-raba' inċiż jinbidel b'li ġej:

"- piż tal-kampjun kollu kemm hu = 30 kg li għandu jitħallat u jiġi diviż fi tliet sub-kampjuni ugwali ta' 10 kg qabel it-tħin (din id-diviżjoni fi tliet sub-kampjuni m'hemmx bżonnha fil-każ ta' groundnuts, ġewż, frott imqadded u qamħirrum maħsuba biex jintgħażlu aktar jew għal aktar trattament fiżiku, madankollu dan jiddependi mid-disponibilit_ ta' tagħmir li kapaċi jomoġenizza kampjun ta' 30 kg). F'dawk il-każi fejn il-piżijiet tal-kampjuni kollha kemm huma jkunu taħt l-10 kg, il-kampjun kollu m'għandux jiġi diviż fi tliet sub-kampjuni. Fil-każ tal-ħwawar il-kampjun kollu kemm hu ma jiżinx aktar minn 10 kg u għalhekk ebda diviżjoni f'sub-kampjuni mhi meħtieġa.";

2. il-punt 5.2.2 jinbidel b'dan li ġej:

"5.2.2. Aċċettazzjoni ta' lott jew sub-lott

- Għal groundnuts, ġewż, frott imqadded u qamħirrum suġġettati għal xi għażla jew xi trattament fiżiku ieħor u ħwawar:

- aċċettazzjoni jekk il-kampjun kollu kemm hu jew il-medja tas-sub-kampjuni jikkonformaw mal-limitu massimu, waqt li titqies l-inċertezza tal-miżura u l-korrezzjoni għal irkupru,

- rifjut jekk il-kampjun kollu jew il-medja tas-sub-kampjuni jaqbżu l-limitu massimu mingħajr dubju raġonevoli, waqt li titqies l-inċertezza tal-miżura u l-korrezzjoni għal irkupru.

- Għal groundnuts, ġewż, frott imqadded u ċereali maħsuba għal konsum dirett tal-bniedem u ċereali, bl-eċċezzjoni tal-qamħirrum, li jkunu suġġettati għal xi għażla jew xi trattament fiżiku ieħor:

- aċċettazzjoni jekk l-ebda wieħed mis-sub-kampjuni ma jaqbeż il-limitu massimu, waqt li titqies l-inċertezza tal-miżura u l-korrezzjoni għal irkupru,

- rifjut jekk wieħed jew aktar minn wieħed tas-sub-kampjuni jaqbeż il-limitu massimu mingħajr dubju raġonevoli, waqt li titqies l-inċertezza tal-miżura u l-korrezzjoni għal irkupru

- meta l-kampjun kollu kemm hu jkun taħt l-10 kg:

- aċċettazzjoni jekk il-kampjun kollu kemm hu jikkonforma mal-limitu massimu,waqt li titqies l-inċertezza tal-miżura u l-korrezzjoni għal irkupru

- rifjut jekk il-kampjun kollu jaqbeż il-limitu massimu mingħajr dubju raġonevoli waqt li titqies l-inċertezza ta' l-analiżi u l-korrezzjoni għal irkupru.";

3. il-punt 5.4.2 jinbidel b'dan li ġej:

"5.4.2. Aċċettazzjoni ta' lott jew sub-lott

- aċċettazzjoni jekk il-kampjun kollu kemm hu jikkonforma mal-limitu massimu,waqt li titqies l-inċertezza tal-miżura u l-korrezzjoni għal irkupru

- rifjut jekk il-kampjun kollu kemm hu jaqbeż il-limitu massimu mingħajr dubju raġonevoli waqt li titqies l-inċertezza tal-miżura u l-korrezzjoni għal irkupru.";

4. il-punt 5.5.1.2 jinbidel b'dan li ġej:

"5.5.1.2. Aċċettazzjoni ta' lott jew sub-lott

- aċċettazzjoni jekk il-kampjun kollu kemm hu jikkonforma mal-limitu massimu,waqt li titqies l-inċertezza tal-miżura u l-korrezzjoni għal irkupru

- rifjut jekk il-kampjun kollu kemm hu jaqbeż il-limitu massimu mingħajr dubju raġonevoli waqt li titqies l-inċertezza tal-miżura u l-korrezzjoni għal irkupru.";

5. il-punt 5.5.2.3 jinbidel b'dan li ġej:

"5.5.2.3. Aċċettazzjoni ta' lott jew sub-lott

- aċċettazzjoni jekk il-kampjun kollu kemm hu jikkonforma mal-limitu massimu, waqt li titqies l-inċertezza tal-miżura u l-korrezzjoni għal irkupru,

- rifjut jekk il-kampjun kollu kemm hu jaqbeż il-limitu massimu mingħajr dubju raġonevoli waqt li titqies l-inċertezza tal-miżura u l-korrezzjoni għal irkupru."

--------------------------------------------------

ANNESS II

Fl-Anness II tad-Direttiva 98/53/KE, il-punt 4.4 jinbidel b'dan li ġej:

"4.4. Kalkolazzjoni ta' l-irkupru u rappurtar ta' riżultati

Ir-riżultat analitiku irid ikun rappurtat b'korrezzjoni jew bla korrezzjoni għal irkupru. Il-mod ta' rappurtaġġ u l-livell ta' rkupru għandhom ikunu rappurtati. Ir-riżultat analitiku b'korrezzjoni għal irkupru jintuża biex tkun aċċertata l-konformit_ (ara l-Anness I, punti 5.2.2, 5.3.2, 5.4.2, 5.5.1.2 u 5.5.2.3).

Ir-riżultat analitiku jrid jiġi rappurtat bħala x +/- U fejn x hu r-riżultat analitiku u U hi l-inċertezza tal-miżura tespandi, bl-użu ta' fattur ta' kopertura ta' 2 li jagħti livell fiduċjarju ta' bejn wieħed u ieħor 95 %.'"

--------------------------------------------------

Top