Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003L0118

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/118/KE tal-5 ta’ Diċembru 2003 li temenda l-Annessi tad-Direttiva tal-Kunsill 76/895/KEE, 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE f’dak li jirrigwardja l-livelli massimi tar-residwi għal acephate, 2,4-D u Parathion-methylTest b’rilevanza ŻEE

    ĠU L 327, 16.12.2003, p. 25–32 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2008; Impliċitament imħassar minn 32005R0396

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/118/oj

    32003L0118



    Official Journal L 327 , 16/12/2003 P. 0025 - 0032


    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/118/KE

    tal-5 ta’ Diċembru 2003

    li temenda l-Annessi tad-Direttiva tal-Kunsill 76/895/KEE, 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE f’dak li jirrigwardja l-livelli massimi tar-residwi għal acephate, 2,4-D u Parathion-methyl

    (Test b’rilevanza ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/895/KEE tat-23 ta’ Novembru 1976 relatata mal-istabbilizzar tal-livelli massimi għar-residwi tal-pestiċidi fi u fuq il-frott u l-ħxejjex [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2003/60/KE [2], u partikolarment l-Artikolu 5 tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE ta’ l-24 ta’ Lulju 1986 dwar l-istabbilizzar tal-livelli massimi għar-residwi tal-pestiċidi fi u fuq iċ-ċereali [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/62/KE [4], u partikolarment l-Artikolu 10 tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/363/KEE ta’ l-24 ta’ Lulju 1986 dwar l-istabbilizzar tal-livelli massimi għar-residwi tal-pestiċidi fi u fuq l-oġġetti ta’ l-ikel ta’ oriġini mill-annimali [5], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/60/KE(4), u partikolarment l-Artikolu 10 tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE tas-27 ta’ Novembru 1990 dwar l-istabbilizzar tal-livelli massimi għar-residwi tal-pestiċidi fi u fuq ċerti prodotti ta’ l-oriġini mill-pjanti inklużi l-frott u l-ħxejjex [6], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2003/69/KE [7], u partikolarment l-Artikolu 7 tagħha,

    Wara li kkunsidrat d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE ta’ l-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti [8], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/84/KE [9], u partikolarment l-Artikolu 4(1)(f) tagħha,

    Billi:

    (1) Għas-sustanzi attivi eżistenti acephate u Parathion-methyl, deċiżjonijiet kienu meħuda sabiex dawn ma jkunux inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE bid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2003/219/KE [10] u 2003/166/KE [11] rispettivament. Dawn id-Deċiżjonijiet kellhom provvediment li l-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom dawn is-sustanzi attivi m’għandhomx ikunu aktar awtorizzati għall-użu fil-Komunità.

    (2) Sabiex jitħallew li l-aspettittivi leġittimi jkunu mwettqa għall-ħażniet eżistenti tal-pestiċidi ħalli jkunu wżati, id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni ċitati fir-reċita 1, ippermettew perjodu ta’ tneħħija f’fażijiet, u huwa xieraq li l-livelli massimi tar-residwi (MRL) affermati fuq l-idea li l-użu tas-sustanza kkonċernata ma tkunx awtorizzata fil-Komunità m’għandhiex tkun applikata sat-tmiem tat-tneħħija f’fażijiet tal-perjodu li japplika għal dik is-sustanza.

    (3) L-MRL tal-Komunità u l-livelli rakkommandati bil-Codex Alimentarius [12] huma stabbiliti u evalwati bis-segwiment ta’ proċeduri simili. Hemm numru limitat ta’ Codex MRL għall-acephate u Parathion-methyl. Dawn kienu meqjusa fil-bażi tal-MRL stabbiliti f’din id-Direttiva. Il-Codex MRL li għandhom ikunu rrakkommandati għat-tneħħija fil-futur qarib ma kienux ġew meqjusa. L-MRL ibbażati fuq il-Codex MRL kienu ġew evalwati fid-dawl tar-riskji għall-konsumaturi, l-ebda riskju ma kien stabbilit.

    (4) Sabiex ikun assigurat li l-konsumatur ikun adekwatament protett minn l-esposizzjoni għar-residwi li jirriżultaw mill-użu mhux awtorizzat tal-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti, MRL proviżjonali għandhom ikunu stabbiliti għall-prodotti/perstiċidi relevanti f’ġemgħat fil-limitu l-aktar baxx tad-determinazzjoni analitika.

    (5) Huwa għalhekk meħtieġ li r-residwi tal-pestiċi kollha li jirriżultaw mill-użu ta’ dawn il-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti jiżdiedu ma l-Annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE sabiex jippermettu s-sorveljanza u l-kontroll xieraq tal-projbizzjoni ta’ l-użu tagħhom u tal-protezzjoni tal-konsumatur.

    (6) L-MRL għall-Parathion-methyl għandhom ikunu stabbiliti fid-Direttivi 86/362/KEE, 86/363/KEE u d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 76/895/KEE li stabbilew l-MRL għal dik is-sustanza għandhom konsegwentament ikunu mħassra.

    (7) Meta l-ebda MRL tal-Komunità jew MRL proviżjonali ma jkunu jeżistu, bħal fil-każ għal 2,4-D fuq iċ-ċitru bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/97/KE [13], l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu MRL nazzjonali proviżjonali bi qbil ma l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE qabel ma l-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom dawn is-sustanzi attivi ma jkunu awtorizzati. Id-dettalji li jkunu ġew ippreżentati minn Stat Membru li jkunu juru li MRL aktar għolja tista tkun stabbilita għaċ-ċitru, jirreflettu l-użu ta’ 2,4-D f’uħud mill-pajjiżi terzi. Dettalji kienu ġew ippreżentati li juri li dawn ir-residwi ma jimponu l-ebda riskju għall-konsumaturi fil-Komunità.

    (8) L-Annessi relevanti tad-Direttivi 76/895/KEE, 86/362/KEE, 86/362/KEE, u 90/642/KEE għandhom għalhekk ikunu emendati kif xieraq.

    (9) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’din id-Direttiva huma bi qbil ma l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Fl-Anness II tad-Direttiva 76/895/KEE id-dħul li jirigwardja lill-Parathion-methyl għandu jkun imħassar.

    Artikolu 2

    Fil-parti A ta’ l-Anness II tad-Direttiva 86/362/KEE, ir-ringieli li ġejjin għandhom ikunu miżjuda:

    "Residwi tal-pestiċidi | Livell massimu fi mg/kg |

    'Acephate | 0,02 ċereali |

    Parathion-methyl (is-somma ta' Parathion-methyl u para-oxon-methyl espressi bħala Parathion-methyl) | 0,02 ċereali |

    Artikolu 3

    Fil-parti B ta’ l-Anness II tad-Direttiva 86/363/KEE, ir-ringieli li ġejjin għandhom ikunu miżjuda:

    "Residwi tal-pestiċidi | Livell massimu (mg/kg) |

    Tal-laħam, inkluż ix-xaħam, preparazzjonijiet tal-laħam, raċanċ u x-xaħmijiet ta' l-annimali kif elenkati fl-Anness I fi ħdan il-kodiċi NM Nri 0201, 0202, 0203, 0204, 02050000, 0206, 0207, ex0208, 020900, 0210, 160100 u 1602 | Għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib elenkati fl-Anness I taħt il-kodiċi NMNri 0401, 0402,040500 u 0406 | Għal bajn fil-qoxra, għal bajd ta' l-għasafar u isfra tal-bajd elenekati fifl-Anness I fi ħdanil-kodiċi Nri 040700 u 0408 |

    Acephate | 0,02 | 0,02 | 0,02 |

    Parathion-methylParathion-methylParathion-methyl) | 0,02 | 0,02 | 0,02 |

    Artikolu 4

    L-Anness II tad-Direttiva 90/642/KEE huwa emendat kif ġej:

    1. Il-livelli massimi tar-residwi tal-pestiċidi (MRL) kif mutrija fl-Anness ta’ din id-Direttiva huma miżjuda ma l-Anness II tad-Direttiva 90/642/KEE.

    2. Il-livelli massimi tar-residwi tal-pestiċidi għall-2,4-D (is-somma ta’ 2,4-D u l-esteri tiegħu espressi bħala 2,4-D) fuq il-frott taċ-ċitru għandhom ikunu emendati għal "1 (p) mg/kg".

    Artikolu 5

    L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw id-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex ikunu konformi ma din id-Direttiva sat-30 ta’ Novemrbu 2004 l-aktar tard, bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjoni permezz ta’ l-Artikolu 4(2), li għandu jkun adottat u ppubblikat mill-Istati Membri sal-31 ta’ Marzu 2004 l-aktar tard. Għandhom minnufih jgħarrfu bihom lill-Kummissjoni.

    Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Diċembru 2004 bl-eċċezzjoni tad-disposizzjoniji peremzz ta’ l-Artikolu 4(2), li għandha tkun applikata sa l-1 ta’ April 2004.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkompanjati b’referenza bħal din fl-okkażżjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif referenza bħal din għandha ssir.

    Artikolu 6

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 7

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fil-5 ta’ Diċembru 2003.

    Għall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 340, tad-9.12.1976, p. 26.

    [2] ĠU L 155, ta’ l-24.6.2003, p. 15.

    [3] ĠU L 221, tas-7.8.1986, p. 37.

    [4] ĠU L 154, tal-21.6.2003, p. 70.

    [5] ĠU L 221, tas-7.8.1986, p. 43.

    [6] ĠU L 350, ta’ l-14.12.1990, p. 71.

    [7] ĠU L 175, tal-15.7.2003, p. 37.

    [8] ĠU L 230, tad-19.8.1991, p. 1.

    [9] ĠU L 247, tat-30.9.2003, p. 20.

    [10] ĠU L 82, tad-29.3.2003, p. 40.

    [11] ĠU L 67, ta’ l-10.3.2003, p. 18.

    [12] http://apps.fao.org/CodexSystem/pestdes/pest_q-e.htm.

    [13] ĠU L 343, tat-18.12.2002, p. 23.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    Gruppi u eżempji ta' prodotti ndividwali li dwarhom l-MRL huma applikabbli | Residwi ta' Pestiċidji u livelli massimi ta' residwi (mg/kg) |

    Acephate | Parathion-methyl (is-somma ta' para-oxon-methyl u para-oxon-methyl espressi bħala Parathion-methyl) |

    1.Frott, frisk, imqadded jew mhux misjur, ippreservat bl-iffriżar, li ma jkunx fih żieda ta' zokkor; ġewż | 0,0 2 | 0,02 |

    i)FROTT TAĊ-ĊITRU

    Tronġ | | |

    Lumi | | |

    Xkomp | | |

    Mandolini (inkliżi l-klementini u ibridi oħrajn) | | |

    Larinġ | | |

    Pomeli | | |

    Oħrajn | | |

    ii)ĠEWŻ TAS-SIĠAR (bil-qoxra jew imqaxxar)

    Lews | | |

    Ġewż tal-Brażil | | |

    Ġewż tal-kexju | | |

    Qastan | | |

    Ġewż ta' l-Indi | | |

    Ġellews | | |

    Ġewż tal-makadamja | | |

    Ġewż tal-pekani | | |

    Qlub tal-prinjoni | | |

    Ġewż tal-pistaċċji | | |

    Ġews | | |

    Oħrajn | | |

    iii)FROTT TAL-POME

    Tuffieħ | | |

    Lanġas | | |

    Sfraġel | | |

    Oħrajn | | |

    iv)FROTT TA' L-GĦADMA

    Berquq | | |

    Ċirasa | | |

    Ħawħ (inklużi nettarini u ibridi simili) | | |

    Għanbaqar | | |

    Oħrajn | | |

    v)FROTT ŻGĦIR U KUKKU

    a)Għeneb tal-mejda u ta' l-inbid

    Għeneb tal-mejda | | |

    Għeneb ta' l-inbid | | |

    b)Frawli (appart milli tal-foresti) | | |

    c)Frott tal-qasab (appart milli tal-foresti)

    Tut | | |

    Dewberries | | |

    Loganberries | | |

    Lamponi | | |

    Oħrajn | | |

    d)Kukku u frott żgħir ieħor (appart milli tal-foresti)

    Bilberries | | |

    Cranberries | | |

    Passolina (ħamra, sewda u bajda) | | |

    Gooseberries | | |

    Oħrajn | | |

    e)Kukku u frott ieħor selvaġġ | | |

    vi)MIXXELLANJI

    Avokado | | |

    Banana | | |

    Tanal | | |

    Tin | | |

    Kiwi | | |

    Kumkwatt | | |

    Liċi | | |

    Mangi | | |

    Żebbuġ | | |

    Frott tal-passjoni | | |

    Ananas | | |

    Rummien | | |

    Oħrajn | | |

    2.Ħxejjex, friski jew mhux imsajjra, iffriżati jew imqadda | 0,02 | 0,02 |

    i)ĦXEJJEX TA' L-GĦERUQ U TUBERI

    Pitravi (ħamra) | | |

    Karroti | | |

    Krafes ħomor (ħoxnin) | | |

    Ravanell | | |

    Artiċoks | | |

    Zfunnarija (bajda) | | |

    L-għerq tat-tursin | | |

    Ravanell (abjad) | | |

    Salsafja | | |

    Patata ħelwa | | |

    Rapa Svediża | | |

    Nevew | | |

    Jamm | | |

    Oħrajn | | |

    ii)ĦXEJJEX TAL-BASLA

    Basal | | |

    Basal żgħir | | |

    Basal abjad (tar-rebiegħa) | | |

    Tewm | | |

    Oħrajn | | |

    iii)ĦXEJJEX LI JAGĦTU L-FROTT

    a)Solanaċea

    Tadam | | |

    Bżar | | |

    Brunġiel | | |

    Oħrajn | | |

    b)Kukubriti – qoxra oħra tajba għall-ikel

    Ħjar | | |

    Ħjar żgħir (tal-pikles) | | |

    Qargħa bagħli | | |

    Oħrajn | | |

    c)Kukubriti – qoxra oħra mhux tajba għall-ikel

    Bettiegħ | | |

    Lbieba tal-qara | | |

    Dolliegħ | | |

    Oħrajn | | |

    d)Qamħ-ir-rum ħelu | | |

    iv)ĦXEJJEX TAL-BRASIKA

    a)Brassika tal-fjuri

    Brokkli | | |

    Pastard | | |

    Oħrajn | | |

    b)Brassika tar-ras

    Brussels sprouts | | |

    Kaboċċa tar-ras | | |

    Oħrajn | | |

    c)Brassika tal-weraq

    Kaboċċa Ċiniża | | |

    Felful | | |

    Oħrajn | | |

    d)Kolorabi | | |

    v)ĦXEJJEX TAL-WERAQ U ĦWAWAR FRISKI

    a)Ħass u simili

    krexxun | | |

    Ħass tal-ħaruf | | |

    Ħass | | |

    Skaroli | | |

    Oħrajn | | |

    b)Spinaċi u simili

    Spinaċi | | |

    Weraq tal-pitravi (salvelinus) | | |

    Oħrajn | | |

    c)Krexxun ta' l-ilma (aruka) | | |

    d)Witluf | | |

    e)Ħwawar

    Maxxita | | |

    Kurrat selvaġġ | | |

    Tursin | | |

    Weraq tal-krafes | | |

    Oħrajn | | |

    vi)ĦXEJJEX LEGUMINI (friski)

    Fażola (bil-miżwed) | | |

    Fażola (mingħajr miżwed) | | |

    Piżelli (bil-miżwed) | | |

    Piżelli (mingħajr miżwed) | | |

    Oħrajn | | |

    vii)ĦXEJJEX TAZ-ZOKK (friski)

    Asparaġi | | |

    Karduni | | |

    Krafes | | |

    Bużbież | | |

    Qaqoċċ | | |

    Kurrat | | |

    Rabarbru | | |

    Oħrajn | | |

    viii)FAQQIEGĦ (fungi)

    a)Faqqiegħ ikkoltivat | | |

    b)Faqqiegħ selvaġġ | | |

    3.FROTT TAL-MIŻWED | 0,02 | |

    Fażola | | |

    Għads | | |

    Piżelli | | 0,2 |

    Oħrajn | | 0,02 |

    4.ŻRIERAGĦ TAŻ-ŻEJT | 0,05 | 0,05 |

    Kittien | | |

    Karawett | | |

    Żerriegħa tal-peprin | | |

    Żerriegħa tal-ġulġlien | | |

    Żerriegħa tal-ġirasol | | |

    Żerriegħa tar-rapa | | |

    Fażola tas-soja | | |

    Żerriegħa tal-mustarda | | |

    Żerriegħa tal-qoton | | |

    Oħrajn | | |

    5.PATATA | 0,02 | 0,02 |

    Patata bikrija | | |

    Patata mwaħħra | | |

    6.TE (weraq u zkuk, imnixxfa, ffermentati jew mod-ieħor, minn weraq tal-Camellia sinensis) | 0,05 | 0,05 |

    7.ĦOPS (imqadded), inklużi l-gerbubi tal-ħops u trab mhux ikkonċentrat | 0,05 | 0,05 |

    --------------------------------------------------

    Top