Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003L0117

Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/117/KE tal-5 ta’ Diċembru 2003 li temenda d-Direttivi 92/79/KEE u 92/80/KEE, sabiex tawtorizza lir-Repubblika Franċiża li ttawwal l-applikazzjoni tar-rati l-baxxi tad-dazju tas-sisa fuq il-prodotti tat-tabakk rilaxxati għall-konsum f’Korsika

ĠU L 333, 20.12.2003, p. 49–50 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2010; Imħassar b' 32011L0064

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/117/oj

32003L0117



Official Journal L 333 , 20/12/2003 P. 0049 - 0050


Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/117/KE

tal-5 ta’ Diċembru 2003

li temenda d-Direttivi 92/79/KEE u 92/80/KEE, sabiex tawtorizza lir-Repubblika Franċiża li ttawwal l-applikazzjoni tar-rati l-baxxi tad-dazju tas-sisa fuq il-prodotti tat-tabakk rilaxxati għall-konsum f’Korsika

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kunsidra t-Trattat li jistabbixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 93 tiegħu,

Wara li kunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [2]

B’segwiment tal-konsultazzjonijiet tal-Kumitat tar-Reġjuni,

Billi:

(1) Bid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 92/79/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-approssimazzjoni tat-taxxi fuq is-sigaretti [3] u tad-Direttiva tal-Kunsill 92/80/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-approsimazzjoni tat-taxxi fuq tabakk maħdum apparti milli s-sigaretti [4] Franza kienet awtorizzata li tibqa tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2003 l-istess rati għas-sigarretti u l-prodotti tat-tabakk mibjugħa f’Korsika bħal dawk fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 1997.

(2) Billi kien meqjus li aktar żmien huwa meħtieġ sabiex it-taxxi applikati f’Korsika fuq tabakk maħdum jinġiebu bi dritt mat-taxxi applikabbli fl-art ewlenija, Franza talbet, partikolarment, f’memorandum bid-data tas-26 ta’ ta’ Lulju 2000 li jisħaq għal rikonoxximent tal-pożizzjoni speċjali ta’ Korsika bħala gżira fi ħdan l-Unjoni Ewropea ("Pour une reconnaissance de la spécificité insulaire de la Corse dans l’Union européenne"), awtorizzazzjoni sabiex tittawwal sal-31 ta’ Diċembru 2009 l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli tat-taxxa li jgħatu deroga mill-ħtiġiet tal-Komunità f’dak li jirrigwardja t-tassazzjoni fuq il-prodotti tat-tabakk.

(3) L-attività ekonomika marbuta mat-tabakk manifatturat tgħin fl-ekonomija u l-ekwilibriju soċjali f’Korsika. Dan huwa minħabba li l-imsemmija attività tipprovdi l-għixien ta’ xi 350 bejjiegħ li jimpjegaw madwar l-istess numru ta’ ħaddiema bil-paga. Proporzjoni ferm kbira ta’ dawn il-ħwienet bl-imnut huma fiż-żoni muntanjużi ta’ popolazzjoni ferm imxerrda fejn huma jipprovdu s-servizz fl-inħawi u b’hekk jgħinu indirettament sabiex iżommu l-popolazzjoni milli tħalli dawk l-inħawi.

(4) Resqien immedjat u sħiħ mar-regoli tat-taxxa tat-tabakk fl-art ewlenija Franċiża jkun joħloq depressjoni fl-attività ekonomika marbuta mat-tabakk manifatturat li f’Korsika, preżentament, jipprovdi dawn l-impiegi msemmija hawn fuq.

(5) Għalhekk, sabiex tkun evitata ħsara għall-ekonomija u l-ekwilibriju tal-ġżira, huwa kemm essenzali u wkoll ġustifikabbli li tkun mogħtija deroga b’effett mill-1 ta’ Jannar 2003 sal-31 ta’ Diċembru 2009, li permezz tagħha Franza tista tapplika rata tad-dazju tas-sisa li tkun aktar baxxa mir-rata nazzjonali fuq is-sigarretti u t-tabakk l-ieħor manifatturat rilaxxat għall-konsum f’Korsika.

(6) Sat-tmiem ta’ dan il-perijodu ta’ deroga, r-regoli tat-taxxi għal tabakk manifatturat rilaxxat għall-kunsum f’Korsika għandu jkun miġjub kompletament bi dritt ir-regoli ma l-art ewlenija Franċiża. B’danakollu, tibdil għall-għarrieda għandu jkun evitat u għandu għalhekk ikun hemm żieda intermedja fid-dazju tas-sisa preżentament imposta fuq is-sigaretti f’Korsika.

(7) Sabiex ikunu evitati xi intoppi fil-funzjonament sewwa tas-suq intern, il-volum tas-sigaretti eliġibbli għal din il-miżura ta’ deroga għandu jkun limitat għal kwota annwali ta’ 1200 tunnellata.

(8) Id-Direttivi 92/79/KEE u 92/80/KEE għandhom ikunu emendati kif xierqa,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 92/79/KEE huwa mibdul b’dan li ġej:

"4. B’deroga mill-Artikolu 2, mill-1 ta’ Jannar 2003 sal-31 ta’ Diċembru 2009, ir-Repubblika Franċiża tista tibqa tapplika rata mnaqqsa tad-dazju tas-sisa fuq is-sigaretti rilaxxati għall-konsum f’Korsika. Din ir-rata għandha tkun tapplika biss għal kwota annwali ta’ 1200 tunnellata.

Mill-1 ta’ Jannar 2003 sal-31 ta’ Diċembru 2007 ir-rata mnaqqsa għandha tkun egwali għal mill-anqas 35 % tal-prezz tas-sigarretti fil-kategorija tal-prezz l-aktar mitlub f’Korsika.

Mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2009 ir-rata mnaqqsa għandha tkun egwali għal mill-anqas 44 % tal-prezz tas-sigarretti fil-kategorija tal-prezz l-aktar mitlub f’Korsika."

Artikolu 2

L-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 92/80/KEE huwa mibdul b’dan li ġej:

"4. B’deroga mill-Artikolu 3(1), mill-1 ta’ Jannar 2003 sal-31 ta’ Diċembru 2009, ir-Repubblika Franċiża tista tibqa tapplika rata mnaqqsa ta’ dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat apparti minn sigaretti rilaxxat għall-konsum f’Korsika. Ir-rata mnaqqsa għandha tkun:

(a) għas-sigarri u s-sigarrilli, mill-anqas 10 % tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut, inklużi t-taxxi kollha, kif imponuta f’Korsika;

(b) għal tabakk maqtugħ fil-fin intiż għall-irrumblar tas-sigaretti, mill-anqas 25 % tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut, inklużi t-taxxi kollha, kif imponuti f’Korsika;

(ċ) għat-tabakk l-ieħor tat-tipjip, mill-anqas 22 % tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut, inklużi t-taxxi kollha, kif imponuti f’Korsika."

Artikolu 3

L-Istati Membru għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrativi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva qabel l-1 ta’ Jannar 2004. Għandhom minnufih jgħarrfu bihom lill-Kummissjoni.

Meta L-Istati Membri jaddottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal dik fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif issir din ir-referenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmulha fi Brussel, fil-5 ta’ Diċembru 2003.

Għall-Kunsill

Il-President

P. lunardi

[1] Opinjoni tal-21 ta’ Ottubru 2003 (għadha mhix ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[2] ĠU C 234, tat-30.9.2003, p. 49.

[3] ĠU L 316, tal-31.10.1992, p. 8. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2002/10/KE (ĠU L 46, tas-16.2.2002, p. 26).

[4] ĠU L 316, tal-31.10.1992, p. 10; id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2002/10/KE.

--------------------------------------------------

Top