This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32003L0107
Directive 2003/107/EC of the European Parliament and of the Council of 5 December 2003 amending Council Directive 96/16/EC on statistical surveys of milk and milk products
Id-Direttiva 2003/107/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Diċembru 2003 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/16/KE dwar stħarriġ statistiku tal-ħalib u prodotti tal-ħalib.
Id-Direttiva 2003/107/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Diċembru 2003 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/16/KE dwar stħarriġ statistiku tal-ħalib u prodotti tal-ħalib.
ĠU L 7, 13.1.2004, p. 40–40
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2024; Impliċitament imħassar minn 32022R2379
Official Journal L 007 , 13/01/2004 P. 0040 - 0040
Id-Direttiva 2003/107/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Diċembru 2003 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/16/KE dwar stħarriġ statistiku tal-ħalib u prodotti tal-ħalib. IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 285(1) tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni, Billi taġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat [1], Billi: (1) L-għan tad-Direttiva tal-Kunsill 96/16/KE [2] huwa li tiġi provduta data ta’ min jorbot fuqha u komparabbli fuq il-produzzjoni u l-użu tal-ħalib u informazzjoni ta’ min jorbot fuqha, regolari u fuq bażi ta’ żmien qasir fuq kunsinni ta’ ħalib lill-impriżi li jitrattaw jew jipproċessaw il-ħalib u fuq il-produzzjoni ta’ prodotti ta’ ħalib fl-Istati Membri. (2) In vista tal-importanza ekonomika dejjem tikber tal-livell ta’ proteina fil-ħalib, qiegħed isir dejjem iktar neċessarju li jkun hemm informazzjoni statistika fuq il-livell ta’ proteina tal-prodotti tal-ħalib ewlenin. (3) L-ispeċjaliżżazzjoni fl-agrikoltura qed tiżdied in ġenerali, u s-settur tal-ħalib, in partikolari, qiegħed jgħaddi preżentement minn speċjalizzazzjoni reġjonali li tqajjem differenzi enormi bejn ir-reġjuni ta’ Stat Membru singolu, li jirrikjedu informazzjoni dettaljata fuq livell reġjonali. (4) Sabiex jiġi garantit il-paragun tar-riżultati, rapporti metodoloġiċi għandhom jiġu miġbura skond format standard, ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Direttiva tal-Kunsill 96/16/KE għandha tiġi emendata kif ġej: 1. L-Artikolu 4 għandu jkun emendat kif ġej: (a) dan li ġej għandu jkun miżjud ma’ paragrafu 1(b): "(iv) il-kontenut ta’ proteina tal-prodotti ewlenin tal-ħalib, ibbażat fuq il-kejl jew metodu ta’ stima li x’aktarx jiggarantixxi data ta’ min jorbot fuqha; (v) il-kwantità ta’ ħalib tal-baqra prodott minn azjendi agrikoli fuq bażi reġjonali (unità territorjali NUTS 2) skond il-kejl jew metodu ta’ stima l-iktar addattat sabiex tiġi garantita data ta’ min jorbot fuqha." (b) paragrafu 2 għandu jitħassar; 2. l-aħħar sentenza tal-Artikolu 5(2) għandha tkun mibdula b’dan li ġej: "L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-Kummissjoni ta’ kull sena bl-informazzjoni metodoloġika dwar l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1), permezz ta’ kwestjonarju standard magħmul mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 7."; 3. L-Artikolu 6(3) għandu jiġi emendat kif ġej: (a) fil-punt (b), it-tieni inċiż għandu jkun imneħħi; (b) punt (ċ) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej: "(ċ) f’Settembru tas-sena ta’ wara s-sena tad-data ta’ referenza, ir-riżultati msejħa fil-punt 2 ta’ l-Artikolu 1 u f’punti (b)(v) u (ċ) ta’ l-Artikolu 4(1)." Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex iħarsu din id-direttiva sal-31 ta’ Marzu 2004. Huma għandhom jinformaw minnufih lill-Kummissjoni. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom referenza simili fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri. Artikolu 3 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni fil-ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Artikolu 4 Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, 5 Diċembru 2003. Għall-Parlament Ewropew Il-President P. Cox F’isem il-Kunsill Il-President P. Lunardi [1] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 Settembru 2003 (mhux pubblikata sa issa fil-Ġurnal Uffiċjali), u Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003. [2] ĠU L 78, 28.03.1996, p. 27. --------------------------------------------------