Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003L0101

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/101/KE tat-3 ta' Novembru 2003 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/109/KEE dwar il-produzzjoni u l-posizzjonar fis-suq ta' ċerti sustanzi użati fil-produzzjoni illiċita ta' drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċiTest b'relevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 286, 4.11.2003, p. 14–16 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 17/08/2005; Impliċitament imħassar minn 32004R0273

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/101/oj

    32003L0101



    Official Journal L 286 , 04/11/2003 P. 0014 - 0016


    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/101/KE

    tat-3 ta' Novembru 2003

    li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/109/KEE dwar il-produzzjoni u l-posizzjonar fis-suq ta' ċerti sustanzi użati fil-produzzjoni illiċita ta' drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi

    (Test b'relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/109/KEE ta' l-14 ta' Diċembru 1992 dwar il-produzzjoni u l-posizzjonar fis-suq ta' ċerti sustanzi użati fil-produzzjoni illiċita ta' drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi [1], kif ġiet emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/8/KE [2], u partikolarment l-Artikolu 10(3) tiegħu,

    Billi:

    (1) Fir-rigward l-obligazzjonijiet tal-Komunità skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/611/KEE dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ekonomika Ewropea, tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-ittraffikar illeċitu ta' drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi [3], huwa neċessarju li jingħata effett lid-deċiżjoni meħuda mill-Kummissjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fuq id-drogi narkotiċi f'Marzu 2001 biex iżżid acetic anhydride u potassium permanganate f'tabella 1 ta' l-Anness tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti ta' l-1988.

    (2) Huwa ukoll xieraq li d-Direttiva 92/109/KEE tiġi konformi mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3677/90 tat-13 ta' Diċembru 1990 li jniżżel miżuri li jiskoraġixxu li ċerti sustanzi li jintuża għall-produzzjoni illiċita ta' drogi narkotiċi u susstanzi psikotropiċi [4], kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1232/2002 [5].

    (3) Potassium permanganate għandu jkun inkluż qalb is-sustanzi mniżżla fil-Kategorija 2 ta' l-Anness I tad-Direttiva 92/109/KEE u mħassra mill-Kategorija 3 ta' dak l-Anness.

    (4) Sabiex ikun aċċertat li s-sengħa tal-Komunità ma hijiex affettwata negattivament, limiti għandhom ikunu stabbiliti għall-potassium permanganate kif ukoll għall-acetic anhydride.

    (5) Id-Direttiva 92/109/KEE għandha tkun emendata konsegwetament.

    (6) Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjonji tal-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 10 tar-Regolament (KEE) Nru 3677/90,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    L-Annessi I u II tad-Direttiva 92/109/KEE għandhom ikunu sosstitwiti mit-test li hemm fl-Anness ta' din id-Direttiva.

    Artikolu 2

    L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex iħarsu din id-Direttiva mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2004. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni fil-pront.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet, għandha jagħmlu riferenza għal din id-Direttiva jew jkunu akkumpanjati b'din ir-riferenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif trid issir din ir-riferenza.

    Artikolu 3

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 4

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussel, 3 Novembru 2003.

    Ghall-Kummissjoni

    Erkki Liikanen

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 370, 19.12.92, p. 76.

    [2] ĠU L 39, 09.02.01, p. 31.

    [3] ĠU L 326, 24.11.90, p. 56.

    [4] ĠU L 357, 20.12.90, p. 1.

    [5] ĠU L 180, 10.07.02, p. 5.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    "

    L-ANNESS I

    Sustanzi skedati bit-tifsira ta’ l-Artikolu 1(2)(a)

    KATEGORIJA 1

    Sustanza | Denominazzjoni NM (jekk differenti) | Kodiċi ta’ l-NM | Nru SAK |

    1-Phenyl-2-propanone | Phenylacetone | 29143100 | 103-79-7 |

    Aċidu N-acetylanthranilic | 2- Aċidu Acetamidobenzoic | 29242300 | 89-52-1 |

    Isosafrol (cis + trans) | | 29329100 | 120-58-1 |

    3,4-Methylenedioxyphenylpropan-2-wieħed | 1-(1,3-Benzodioxol-5-yl)propan-2-wieħed | 29329200 | 4676-39-5 |

    Piperonal | | 29329300 | 120-57-0 |

    Safrole | | 29329400 | 94-59-7 |

    Ephedrine | | 29394100 | 299-42-3 |

    Pseudoephedrine | | 29394200 | 90-82-4 |

    Norephedrine | | ex29394900 | 14838-15-4 |

    Ergometrine | | 29396100 | 60-79-7 |

    Ergotamine | | 29396200 | 113-15-5 |

    Aċidu Lysergic | | 29396300 | 82-58-6 |

    Il-Forom stereoisomeric tas-sustanza mniżżla f’din il-Kategorija fejn ma humiex cathine kull meta l-eżistenza ta’ tali forom huwa possibli. |

    Il-melħ tas-sustanzi mniżżla f’din il-Kategorija kull meta l-eżistenza ta’ tali melħ hu possibli u fejn ma humiex il-melħ tal-cathine. |

    KATEGORIJA 2

    Sustanza | Denominazzjoni NM (jekk differenti) | Kodiċi ta’ l-NM | Nru SAK |

    Acetic anhydride | | 29152400 | 108-24-7 |

    Aċidu Phenylacetic | | 29163400 | 103-82-2 |

    Aċidu Anthranilic | | 29224300 | 118-92-3 |

    Piperidine | | 29333200 | 110-89-4 |

    Permanganat tal-potassju | | 28416100 | 7722-64-7 |

    Il-melħ tas-sutanzi mniżżla f’din il-Kategorija kull meta l-eżistenza ta’ tali melħ hu possibli. |

    KATEGORIJA 3

    Sustanza | Denominazzjoni NM (jekk differenti) | Kodiċi ta’l-NM | Nru SAK |

    Aċidu Hydrochloric | Hydrogen chloride | 28061000 | 7647-01-0 |

    Aċidu Sulphuric | | 28070010 | 7664-93-9 |

    Toluene | | 29023000 | 108-88-3 |

    Ethyl ether | Diethyl ether | 29091100 | 60-29-7 |

    Aċetun | | 29141100 | 67-64-1 |

    Methylethylketone | Butanone | 29141200 | 78-93-3 |

    Il-melħ tas-sutanzi mniżżla f’din il-Kategorija kull meta l-eżistenza ta’ tali melħ hu possibli u fejn ma huwiex il-melħ ta’ aċidu hydrochloric u aċidu sulphuric. |

    ANNESS II

    Sustanza | Limitu |

    Acetic anhydride | 100 l |

    Permanganat tal-potassju | 100 kg |

    Aċidu Anthranilic u l-melħ tiegħu | 1 kg |

    Aċidu Phenylacetic u l-melħ tiegħu | 1 kg |

    Piperidine u l-melħ tiegħu | 0,5 kg' |

    "

    --------------------------------------------------

    Top