Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003L0100

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/100/KE tal-31 ta' Ottubru 2003 li temenda l-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-ikel ta' l-annimaliTest b'relevanza għall-ŻEE

    ĠU L 285, 1.11.2003, p. 33–37 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/100/oj

    32003L0100



    Official Journal L 285 , 01/11/2003 P. 0033 - 0037


    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/100/KE

    tal-31 ta' Ottubru 2003

    li temenda l-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-ikel ta' l-annimali

    (Test b'relevanza għall-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li tistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' May 2002 dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-ikel ta' l-annimali [1], kif emendat mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/57/KE [2], partikolarment l-Artikolu 8(1) tiegħu,

    Billi:

    (1) Id-Direttiva 2002/32/KE tipprovdi illi huwa projbit l-użu ta' prodotti ta' l-ikel ta' l-annimali li jkunu jinsabu fihom livelli ta' sustanzi mhux mixtieqa li jeċċedu il-livelli massimi stabbiliti fl-Anness I tiegħu.

    (2) Meta id-Direttiva 2002/32/KE ġiet adottata, kien hemm provdut illi kellha ssir reviżjoni tad-disposizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I ibbażata fuq stima tar-riskju xjentifiku u li tieħu in konsiderazzjoni il-projbizzjoni tad-dilwizzjoni ta' prodotti ta' l-ikel ta' l-annimali kontaminati u mhux konformi.

    (3) Għal dan il-għan il-Kumitat Xjentifiku għan-Nutriment ta' l-Annimali (SCAN) kienet mitluba tipprovdi stima tar-riskju xjentifiku aġġornata u mingħajr dewmien. SCAN addottat opinjoni dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-ikel ta' l-animali fl-20 ta' Frar 2003, u li ġiet aġġornata fil-25 ta' April 2003. Dik l-opinjoni tagħti deskrizzjoni ġenerali komprensiva tar-riskji potenzjali għall-annimali u is-saħħa publika li jistgħu jirriżultaw mill-preżenza ta' sustanzi mhux mixtieqa fl-ikel ta' l-annimali.

    (4) Minkejja dan SCAN irrikonoxxiet stimi tar-riskju addizzjonali huma necessarji għal reviżjoni kompleta ta' l-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE. Mill-1 ta' Mejju 2003, l-Awtorità Ewropea għall-Ħarsien ta' l-Ikel (EFSA) ħadet mill-Kummissjoni Ewropea ir-responsabilità għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-istima xjentifiku ta' l-ikel u l-ħarsien ta' l-ikel. EFSA ġiet mitluba illi teżegwixxi dawk l-istimi tar-riskju dettaljati.

    (5) Sa frattant, ġie nnotat illi l-provvista ta' ċerti prodotti ta' l-ikel essenzjali u ta' valur jistgħu jintilfu minħabba l-fatt illi l-livelli ta' sustanzi mhux mixtieqa f'ċerti prodotti ta' l-ikel huwa qrib ta' jew jeċċedi il-livell massimu stabbilit fl-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE u dana minħabba l-kontamninazzjoni normali ta' l-isfond. Barra minn dan instabu wkoll ċerti inkonsistenzi bejn id-disposizzjonijiet ta' l-Anness.

    (6) Għalhekk sakemm l-istima tar-riskju xjentifiku dettaljat jitlesta l-Anness għandu jiġi emendat provviżorjament u għandu jinżamm livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa pubblika u s-saħħa ta' l-annimali u l-ambjent.

    (7) Sabiex jinżamm livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa pubblika u s-saħħa ta' l-annimali u l-ambjent, huwa magħruf illi jekk prodotti ta' ikel huma mitmugħa direttament lill-Annimali jew jekk ikel komplementarju qed jiġi użat, il-kwota ta' kull jum trid tkun tali illi l-annimal ma jkunx espost għal livell għola ta' sustanza mhux mixtieqa milli l-ekwivalenti tal-livell massimu ta' esposizzjoni fejn oġġetti ta' l-ikel kompleti biss huma użati fil-kwota ta' kull jum.

    (8) SCAN tikkonferma illi l-arseniku fil-forma organiku tiegħu għandu tossiċità limitat. Għalhekk, id-determinazzjoni ta' l-arseniku totali fl-ikel tista' mhux dejjem tirrifletti b'mod preċiż ir-riskju ikkawżat mill-forma inorganika. Madankollu, il-forma organika u inorganika ta' l-arseniku jistgħu jintgħarfu biss wara analiżi kumplikata li m'hijiex applikabbli fil-qafas ta' kontrolli uffiċjali. għalhekk huwa xieraq illi l-livelli massimi jirreferu għal arseniku totali bil-possibilita illi jintalab analizi iktar dettaljat partikolarment fil-każ fejn ikun hemm preżenti Hizikia fusiforme. Fin-nuqqas ta' metodu ta' analizi tal-Komunità għad-determinazzjoni ta' arseniku totali huwa necessarju illi jiġi ppruvat il-prestazzjoni tajba tal-proċedura tat-trattament ta' kampjun użat u l-metodu ta' l-analiżi billi jsir użu ta' materjali ta' referenza ċertifikati, li jkunu jinstabu ġo fihom ammont sinifikanti ta' arseniku tal-forma organiku.

    (9) Huwa neċessarju ukoll illi jiġi kkunsidrat il-fatt illi iktar minn 95 % ta' l-arseniku li hemm preżenti fil-prodotti ta' l-ikel li joriġinaw mill-baħar hija tal-forma inqas tossika u organika u ta' żviluppi reċenti fil-formulazzjoni ta' l-ikel tal-ħut li jinkorpora ammonti ikbar ta' żejt tal-ħut u prodotti magħmula mill-ħut.

    (10) Il-livelli massimi preżenti ta' l-arseniku, iċ-ċomb u l-fluorine f'ċerti prodotti ta' l-ikel minerali ma jirriflettux il-livelli preżenti tal-kontaminazzjoni normali ta' l-isfond. Minħabba n-nuqqas bioloġiku ta' dawn is-sustanzi mhux mixtieqa fil-prodotti ta' l-ikel minerali, huwa xieraq illi jiġi żgurat illi dawk il-prodotti ta' l-ikel jiġu pprovduti mingħajr riskju għas-saħħa pubblika u s-saħħa ta' l-annimali u l-ambjent.

    (11) Aflatoxin B1 huwa genotoxic li jikkawża l-kanċer li jinsab fil-ħalib fil-forma tal-metabolite tiegħu aflatoxin M1. Huwa xieraq illi l-livelli massimi għal aflatoxin jinżammu baxxi kemm jista' jkun sabiex tkun imħarsa s-saħħa pubblika. Trattament u proċedura ta' tnixxif xierqa jistgħu jżommu l-livell ta' aflatoxin fil-prodotti differenti ta' l-ikel baxx, u proċeduri ta' dekontaminazzjoni effiċjenti jeżistu biex jnaqqsu l-livelli ta' aflatoxin B1. Huwa xieraq illi l-istess livell massimu ta' aflatoxin B1 għandu japplika għall-prodotti ta' l-ikel kollha.

    (12) Iż-żerriegħa tal-qoton tkun tinsab ġo fiha livelli għolja ta' free gossypol bħala parti neċessarja naturali. Għalhekk huwa xieraq li jiġu stabbiliti livelli massimi għal free gossypol fiż-żerriegħa tal-qoton sħiħa.

    (13) Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Food Chain u s-Saħħa ta' l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    L-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE huwa b'dan emendat skond l-Anness ta' din id-Direttiva.

    Artikolu 2

    1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex iħarsu din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tiegħu. L-Istati Membri għandhom immedjatament jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-test ta' dawk id-disposizzjonijiet u l-iskema ta' korrelazzjoni bejn dawk id- disposizzjonijiet u din id-Direttiva.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet, għandha tkun tinstab fihom riferenza għal din id-Direttiva jew jiġu akkumpanjati b'din ir-riferenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-istati membri għandhom jistabbilixxu kif trid issir din ir-riferenza.

    2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-disposizzjonijiet fil-liġijiet nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

    Artikolu 3

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 ġurnata wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 4

    Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussel, il-31 ta' Ottubru 2003.

    Għall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 140, tat-30.05.02, pġ. 10.

    [2] ĠU L 151, tad-19.06.03, pġ. 38.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    L-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE huwa emendat b'dan li ġej:

    1. Il-punti 1, 2 u 3 huma mibdula b'dan li ġej:

    "Sustanzi mhux mixtieqa | Prodotti maħsuba għall-ikel ta' l-annimali | Il-kontenut massimu f'mg/kg (ppm) għall-prodotti ta' l-ikel li għandhom kontenut ta' ilma ta' 12 % |

    (1) | (2) | (3) |

    1.Arseniku | Prodotti ta' l-ikel bl-eċċezzjoni ta': | 2 |

    —ikel magħmul mill-ħaxix, min-nifel mnixxef u mis-silla mnixxfa, u mill-polpa tal-pitravi taz-zokkor u mill-għasel tal-polpa tal-pitravi taz-zokkor | 4 |

    —expellerta' l-għadma tal-palm | 4 |

    —Algi tal-bahar bil-fosfati u bil-ġir | 10 |

    —calcium carbonate | 15 |

    —magnesium oxide | 20 |

    —prodotti ta' l-ikel miksubin mill-ipproċessar tal-ħut jew annimali oħra tal-baħar | 15 |

    —ikel ġej mill-algi u prodotti ta' l-ikel ġejjin mill-algi | 40 |

    Prodotti ta' l-ikel kompluti ħlief: | 2 |

    —Prodotti kompluti ta' l-ikel għall-ħut u prodotti kompluti ta' l-ikel għall-annimali bil-pil | 6 |

    Prodotti ta' l-ikel komplimentari ħlief: | 4 |

    —prodotti ta' l-ikel minerali | 12 |

    2.Ċomb | Prodotti ta' l-ikel ħlief: | 10 |

    —għalf aħdar | 40 |

    —Algi tal-baħar bil-fosfati u bil-ġir | 15 |

    —calcium carbonate | 20 |

    —ħmira | 5 |

    prodotti ta' l-ikel kompluti | 5 |

    Prodotti ta' l-ikel komplimentari ħlief: | 10 |

    —prodotti ta' l-ikel minerali | 15 |

    3.Fluorine | Prodotti ta' l-ikel ħlief: | 150 |

    —prodotti ta' l-ikel ġejjin mill-annimali ħlief krustacei marini bħal krilltal-baħar | 500 |

    —fosfati u krustaċei marini bħal krilltal-baħar | 2000 |

    —calcium carbonate | 350 |

    —magnesium oxide | 600 |

    —algi tal-baħar bil-ġir | 1000 |

    Prodotti ta' l-ikel kompluti ħlief: | 150 |

    —prodotti ta' l-ikel kompluti għall-bhejjem, in-ngħaġ u l-mogħoż | |

    —li qed iħellbu | 30 |

    —oħrajn | 50 |

    —Prodotti ta' l-ikel kompluti għall-ħniezer | 100 |

    —Prodotti ta' l-ikel komluti għat-tjur | 350 |

    —prodotti kompluti ta' l-ikel għall-flieles, | 250 |

    Taħlita minerali għall-bhejjem, in-ngħag u l-mogħoż, | 2000 |

    Prodotti ta' l-ikel kumplementari oħra | 125 |

    2. Punt 7 huwa mibdul b'dan li ġej:

    "Sustanzi mhux mixtieqa | Prodotti maħsuba għall-ikel ta' l-annimali | Il-kontenut massimu f'mg/kg (ppm) għall-prodotti ta' l-ikel li għandhom kontenut ta' ilma ta' 12 % |

    (1) | (2) | (3) |

    7.Aflatoxin B1 | Prodotti ta' l-ikel kollha | 0,02 |

    Prodotti ta' l-ikel kompluti għall-bhejjem, in-ngħaġ u l-mogħoż ħlief: | 0,02 |

    —prodotti ta' l-ikel kompluti għall-annimali tal-ħalib | 0,005 |

    —prodotti ta' l-ikel kompluti għall-għoġol u l-ħrief | 0,01 |

    prodotti ta' l-ikel kompluti għall-ħniezer u t-tjur (ħlief l-annimali ż-żgħar) | 0,02 |

    prodotti ta' l-ikel kompluti oħra | 0,01 |

    Prodotti ta' l-ikel komplimentari għall-bhejjem, in-ngħag u l-mogħoż (ħlief prodotti ta' l-ikel komplimentari għall-annimali tal-ħalib, għoġol u ħrief) | 0,02 |

    Prodotti ta' l-ikel komplimentari għall-ħniezer u t-tjur (ħlief l-annimali ż-żgħar) | 0,02 |

    Prodotti ta' l-ikel komplimentari oħra | 0,005" |

    3. Punt 9 huwa mibdul b'dan li ġej:

    "Sustanzi mhux mixtieqa | Prodotti maħsuba għall-ikel ta' l-annimali | Il-kontenut massimu f'mg/kg (ppm) għall-prodotti ta' l-ikel li għandhom kontenut ta' ilma ta' 12 % |

    (1) | (2) | (3) |

    9.Free gossypol | Prodotti ta' l-ikel ħlief: | 20 |

    —iż-żerriegħa tal-qoton | 5000 |

    —kejkijiet taż-żerriegħa tal-qoton u ikel ġej miż-żerriegħa tal-qoton | 1200 |

    Prodotti ta' l-ikel kompluti ħlief: | 20 |

    —Prodotti ta' l-ikel kompluti għall-bhejjem, in-ngħaġ u l-mogħoż | 500 |

    —Prodotti ta' l-ikel kompluti għat-tjur (ħlief tiġieġ li qed ibidu) u għoġol | 100 |

    —Prodotti ta' l-ikel kompluti għall-fniek u l-ħniezer (ħlief ħniezer żgħar) | 60" |

    4. Punt 22 huwa mibdul b'dan li ġej:

    "Sustanzi mhux mixtieqa | Prodotti maħsuba ghall-ikel ta' l-annimali | Il-kontenut massimu f'mg/kg (ppm) għall-prodotti ta' l-ikel li għandhom kontenut ta' ilma ta' 12 % |

    (1) | (2) | (3) |

    22.Endosulfan (magħmul minn alpha-and beta-isomers u minn endosulfansulphate espress bħala endo-sulfan) | Il-prodotti ta' l-ikel kollha ħlief: | 0,1 |

    —qamħ u prodotti magħmula mill-ipproċessar tiegħu | 0,2 |

    —oilseedsu prodotti magħmula mill-ipproċessar tiegħu | 0,5 |

    —prodotti kompluti ta' l-ikel għall-ħut | 0,005" |

    --------------------------------------------------

    Top