Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003L0089

Id-Direttiva 2003/89/KE tal-parlament ewropew u tal-kunsill tal-10 ta’ Novembru 2003 li temenda d-Direttiva 2000/13/KE f’dak li jirrigwardja l-indikazzjoni ta’ l-ingredjenti preżenti fl-oġġetti ta’ l-ikel(Test b’relevanza għall-ŻEE)

ĠU L 308, 25.11.2003, pp. 15–18 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 12/12/2014; Impliċitament imħassar minn 32011R1169

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/89/oj

32003L0089



Official Journal L 308 , 25/11/2003 P. 0015 - 0018


Id-Direttiva 2003/89/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tal-10 ta’ Novembru 2003

li temenda d-Direttiva 2000/13/KE f’dak li jirrigwardja l-indikazzjoni ta’ l-ingredjenti preżenti fl-oġġetti ta’ l-ikel

(Test b’relevanza għall-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkonsidraw t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 95 tieghu,

Wara li kkonsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkonsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [2],

Jaġixxu bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [3],

Billi:

(1) Sabiex ikun milħuq livell għoli tal-protezzjoni tas-saħħa għall-konsumaturi u sabiex jiġġarantixxi d-dritt tagħhom għall-informazzjoni, għandu jkun assigurat li l-konsumaturi ikunu informati kif xieraq f’dak li jirrigwardja l-oġġetti ta’ l-ikel, inter alia, permezz ta’ l-elenkar ta’ l-ingredjenti kollha fuq it-tikketti.

(2) Bis-saħħa ta’ l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Marzu 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardjaw l-ittikkettjar, il-preżentazzjoni u r-reklamar ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel [4], ċerti sustanzi ma hemmx ħtieġa li jkunu jidhru fil-lista ta’ l-ingredjenti,

(3) Meta użati fil-produzzjoni ta’ l-oġġett ta’ l-ikel u li jkunu għandhom preżenti, ċerti ingredjenti jew sustanzi oħrajn li huma l-kawża ta’ l-allerġiji jew ta’ l-intollerazji fil-konsumaturi, u uħud minn dawk l-allerġiji jew l-intolleranżi jikkostitwixxu perikolu għas-saħħa ta’ dawk ikkonċernati.

(4) Il-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel stabbilit bl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/579/KE [5] kien stqarr li l-inċidenza ta’ l-allerġiji ta’ l-ikel tkun tali hekk li taffettwa l-ħajjiet ta’ ħafna nies, li joħolqu kondizzjonijiet li jvarjaw minn ferm ħfief għal potenzalment fatali.

(5) L-imsemmi Kumitat kien irrikonoxxa li l-allerġini komuni ta’ l-ikel jinkludi l-ħalib tal-baqar, il-frott u l-legumini (speċjalment il-karawett u l-fażola tas-sojja), bajd, krustaċej, ġewż mis-siġar (frott bil-qoxra iebsa), ħut, ħxejjex (krafes u ikel ieħor tal-familja Umbelliferae), il-qamħ u ċ-ċereali l-oħrajn.

(6) L-allerġeni l-aktar komuni ta’ l-ikel huma misjuba f’varjetà kbira ta’ l-ikel ipproċessat.

(7) L-imsemmi Kumitat kien ukoll innota li r-reazzjonijiet avversi għall-addittivi ta’ l-ikel jistgħu iseħħu u li l-evitar ta’ l-addittivi ta’ l-ikel ta’ spiss ikunu diffiċli minħabba li mhux kollha huma invarjabilment inklużi fit-tikkettjar.

(8) Huwa meħtieġ li jkun hemm provvediment li l-addittivi, l-għajnuniet tal-ipproċessar u tas-sustanzi l-oħrajn b’effett ellerġeniku li huma koperti fl-Artikolu 6(4)(a) tad-Direttiva 2000/13/KE huma suġġetti għar-regoli tal-ittikkettjar, li jagħtu informazzjoni xierqa lill-konsumaturi li jsofru minn allerġija ta’ l-ikel.

(9) Anki jekk it-tikkettjar, li huma ntiżi għall-konsumaturi ġenerali, m’għandux ikunu meqjus bħala l-uniku medja ta’ l-informazzjoni li taġixxi bħala sostituzzjoni tal-istabbeliment mediku, huma b’dana kollu rakkommandabbli li jkunu mgħejjuna l-konsumaturi li jkollhom allerġija jew intolleranżi sa kemm ikun possibbli billi jkunu ipprovduti b’aktar informazzjoni komprensiva dwar il-komposizzjoni ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel.

(10) Il-lista ta’ sustanzi allerġeniċi għandha tinkludi dawk l-oġġetti ta’ l-ikel, l-ingredjenti u s-sustanzi rikonoxxuri bħala li joħolqu l-ippersensittività.

(11) Sabiex il-konsumaturi kollha jkunu ipprovduti b’informazzjoni aħjar u sabiex tkun imħarsa s-saħħa ta’ ċerti konsumaturi, għandu jkun obbligatorju li jkunu nklużi fil-lista tal-ingredjenti, l-ingredjenti kollha u s-sustanzi l-oħrajn li huma preżenti fl-oġġetti ta’ l-ikel. Fil-każ ta’ xorb alkoħoliku, għandu jkun mandatorju li jkunu inklużi fit-tikketti l-ingredjenti kollha b’effett allerġeniku li jkunu preżenti fix-xorb ikkonċernat.

(12) Sabiex ikunu meqjusa l-limitazzjonijiet tekniċi kollha involuti fil-manifattura ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel, huwa meħtieġ li tkun awtorizzata aktar flessibiltà f’dak li jirrigwardja l-illistjar tal-ingredjenti u tas-sustanzi l-oħrajn li huma wżati fi kwantitajiet żgħar ħafna.

(13) Sabiex ikun hemm aġġornament ma l-iżvilupp tat-tgħarif xjentifiku u tal-progress f’dak li jirrigwardja l-meżżi teknoloġiċi għat-tneħħija ta’ l-allerġinità fl-ingredjenti u fis-sustanzi l-oħrajn u sabiex ikunu mħarsa l-konsumaturi kontra allerġeni ġodda ta’ l-ikel u sabiex ikunu evitati obbligi mhux meħtieġa dwar it-tikkettjar, huwa importanti li tkun tista ssir reviżjoni mħaffa ta’ l-ingredjenti, meta meħtieġ billi jkunu nklużi jew imneħħija ċerti ingredjenti jew sustanzi. Ir-reviżjoni għandha tkun ibbażata fuq kriterja xjentifika determinata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta’ l-Ikel stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 178/2002 [6] u li tieħu l-għamla tal-miżuri implementattivi ta’ natura teknika, li l-adozzjoni tagħhom għandha tkun afdata lill-Kummissjoni fl-interess tas-simplifikazzjoni u l-aċċellerazzjoni tal-proċedura. Aktar minn hekk, il-Kummissjoni għandha, jekk meħtieġ, tħejji linji ta’ gwida tekniċi għall-interpretazzjoni ta’ l-Anness IIIa.

(14) Id-Direttiva 2000/13/KE għandha għalhekk tkun emendatat kif xieraq,

ADOTTAW DIN I-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 2000/13/KE hija emendata kif ġej:

1. L-Artikolu 6 għandu jkun emendat kif ġej:

(a) il-pararafu 1 għandu jkun mibdul b’dan li ġej:

"1. L-ingredjenti għandhom ikunu elenkati b’konformità ma dan l-Artikolu u ma l-Annessi I, II, III u IIIa.";

(b) il-paragrafu li ġej għandu jkun miżjud:

"3a. Mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar l-ittikkettjar li għandhom ikunu stabbiliti bis-saħħa tal-paragrafu 3, kwalunkwe ingredjent, kif definit fil-paragrafu 4(a) u elenkat fl-Anness IIIa, għandu jkun indikat fuq it-tikketta meta jkun preżenti fix-xorb referut fil-paragrafu 3, Din l-indikazzjoni għandha tinkludi il-kelma "fieh"; segwita bl-isem ta’ l-ingredjent(i) ikkonċernati. B’dana kollu, indikazzjoni ma tkunx meħtieġa meta l-inredjent ikun diġa inkluż permezz ta’ l-isem speċifiku tiegħu fil-lista ta’ l-ingredjenti jew fl-isem li permezz tiegħu ix-xorb huwa mibjugħ.

Meta meħtieġ, regoli dettaljati għal-preżentazzjoni kif referuti fl-ewwel subparagrafu jistgħu ikunu adottati b’konformità ma dawn il-proċeduri li ġejjin:

(a) f’dak li jirigwardja l-prodotti referuti fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/99 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-inbid [*] ĠU L 179, ta’ l-14.7.1999, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1795/2003 (ĠU L 262, ta’ l-14.10.2003, p. 13)., permezz tal-proċeduri stabiliti fl-Artikolu 75 ta’ dak ir-Regolament;

(b) f’dak li jirigwardja l-prodotti referuti fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91 ta’ l-10 ta’ Ġunju 1991 li jistabbilixxi regoli ġenerali dwar id-definizzjoni, d-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni ta’ nbejjed aromatizzati, xorb ibażżat fuq inbejjed aromatizzati u cockails prodotti minn inbejjed aromatizzati [**] ĠU L 149, ta’ l-14.6.1991, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2061/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 277, tal-31.10.1996, p. 1)., permezz tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 ta’ dak ir-Regolament;

(ċ) f’dak li jirigwardja l-prodotti referuti fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 tad-29 ta’ Mejju 1989 li jistabbilixxi regoli ġenerali dwar id-definizzjoni, d-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni ta’ xorb spirituż [***] ĠU L 160, tat-12.6.1989, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 3378/94 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 366, tal-31.12.1994, p. 1)., permezz tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 14 ta’ dak ir-Regolament;

(d) f’dak li jirrigwardja prodotti oħrajn, permezz tal-proċedura stabilita fl-Artikolu 20(2) ta’ din id-Direttiva.";

(ċ) dan il-punt li ġej għandu jkun miżjud mal-paragrafu 4(c):

"(iv) is-sustanzi li ma humiex addittivi imma li huma wżati bl-istess mod u għall-istess skop bħall-għajnuniet tal-ipproċessar u li għadhom preżenti fil-prodott finali, anki jekk b’għamla mibdula.";

(d) it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5 għandu jkun emendat kif ġej:

(i) ir-raba’ inċiż għandu jkun mibdul b’dan li ġej:

"- meta l-frott, il-ħxejjex jew il-faqqiegħ, li l-ebda wieħed minnhom ma jkun predominament sinifikanti f’termi ta’ piż u li huma użati fi proporzjonijiet li aktarx li jvarjaw, huma wżati f’taħlita bħala ingredjenti ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel, dawn jistgħu ikunu miġbura flimkien fil-lista ta’ l-ingredjenti taħt id-designazzjoni "frott";, "ħxejjex"; jew "faqqiegħ"; segwiti bil-frażi "fi proporzjonijiet varji";, u immedjetament segwiti bil-lista tal-frott, ħxejjex jew faqqiegħ li jkunu preżenti; f’tali każi, it-taħlita għandha tkun inkluża fil-lista ta’ l-ingredjenti bi qbil ma l-ewwel subparagrafu, fuq il-bażi tal-piż totali tal-frott, ħxejjex jew faqqiegħ li jkunu preżenti,";

(ii) l-inċiżi li ġejjin għandhom ikun miżjuda:

"- ingredjenti li jikkostitwixxu anqas minn 2 % tal-prodott finali jistgħu ikunu elenkati f’ordni differenti wara l-ingredjenti l-oħrajn,

- meta l-ingredjenti huma l-istess, jew b’mod reċiproku adatti huwa pjuttost li jkunu użati fil-manifattura jew fil-preparazzjoni ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel mingħajr ma jibdlu l-komposizzjoni tiegħu, in-natura tiegħu jew il-valur osservat tiegħu, u sakemm dawn jikkostitwixxu anqas minn 2 % tal-prodott finali, dawn jistgħu ikunu referuti fil-lista ta’ l-ingredjenti permezz tal-frażi "jinkludi…u/jew…";, meta mill-anqas wieħed jew aktar minn tnejn mill-ingredjenti jkun preżenti fil-prodott finali. Din id-disposizzjoni m’għandhiex tkun applikabbli għall-addittivi jew għall-ingredjenti elenkati fl-Anness IIIa.";

(e) it-tieni suparagrafu tal-paragrafu 8 għandu jkun mibdul b’dan li ġej:

"Il-lista referuta fl-ewwel subparagrafu m’għandhiex tkun obbligatorja:

(a) meta l-komposizzjoni ta’ l-ingredjent kompost huwa definit fil-leġislazzjoni preżenti tal-Komunità, u sal-limitu li l-ingredjent kompost jikkostitwixxi anqas minn 2 % tal-prodott finali; b’dana kollu, din id-disposizzjoni m’għandhiex tkun applikabbli għall-addittivi, li huma suġġetti għall-paragrafu 4(c),

(b) għall-ingredjenti komposti li jikkonsistu minn taħlitiet ta’ ħwawar u/jew ħxejjex aromatiċi li jikkostitwixxu anqas minn 2 % tal-prodott finali, bl-eċċezzjoni ta’ l-addittivi, li huma suġġetti għall-paragrafu 4(c),

(ċ) meta l-ingredjent kompost huwa oġġett ta’ l-ikel li dwaru l-lista ta’ l-ingredjenti ma tkunx meħtieġa skond il-leġislazzjoni tal-Komunità.";

(f) il-paragrafi li ġejjin għandhom ikunu miżjuda:

"10. Minkejja l-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 6 u t-tieni subparagrafu tal-paragrafu 8, kwalunkwe ingredjent użat fil-produzzjoni ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel u li jkun għandu preżenti fil-prodott finali, anki jekk f’għamla mibdula, u elenkat fl-Anness IIIa jew li joriġina minn ingredjent elenkat fl-Anness IIIa għandu jkun indikat fuq it-tikketta b’referenza ċara għall-isem ta’ dan l-ingredjent.

L-indikazzjoni referuta fl-ewwel subparagrafu m’għandhiex tkun meħtieġa jekk l-isem li permezz tiegħu l-oġġett ta’ l-ikel huwa mibjugħ kjarament jirreferi għall-ingredjent ikkonċernat.

Minkejja l-paragrafu 4(c)(ii), (iii) iu (iv), kwalunkwe sustanza użata fil-produzzjoni ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel u li tkun għandha preżenti fil-prodott finali, anki jekk f’għamla mibdula, u li toriġina mill-ingredjenti elenkati fl-Anness IIIa għandha tkun meqjusha bħala ingredjent u għandha tkun indikata fuq it-tikketta b’referenza ċara għall-isem ta’ dak l-ingredjent li minnu tkun toriġina.

11. Il-lista fl-Anness IIIa għandha tkun sistematikament eżaminata mill-ġdid u, meta meħtieġ, aġġornata fuq il-bażi tat-tgħarif xjentifiku l-aktar riċenti. Din l-ewwel eżaminazzjoni mill-ġdid għandha sseħħ mhux aktar tard mill-25 ta’ Novembru 2005.

L-aġġornament jista wkoll ikunu affetwat bit-tneħħija mill-Anness IIIa ta’ l-ingredjenti li dwarhom ikun ġie xjentifikament stabbilit li ma jkunx possibbli għalihom li joħolqu reazzjonijiet ħżiena. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni tista tkun notifikata sal-25 ta’ Awissu 2004 dwar l-istudji li preżentament huma mwettqa sabiex jistabbilixxu jekk l-ingredjenti jew is-sustanzi, akkwistati mill-ingredjenti elenkati fl-Anness IIIa pjuttost li ma jkunux, skond ċirkostanzi speċifiċi, li jagħtu bidu għal-reazzjonijiet ħżiena. Il-Kummissjoni għandha, mhux aktar tard mill-25 ta’ Novembru 2004, wara konsultazzjoni ma l-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà ta’ l-Ikel, tadotta lista ta’ dawk l-ingredjenti jew sustanzi, li konsegwentament għandhom ikunu esklużi mill-Anness IIIa, sakemm ikun hemm ir-riżultati finali tal-istudji mħabbra, jew l-aktar tard sal-25 ta’ Novembru 2007.

Mingħajr preġudizzju għat-tieni subparagrafu, l-Anness IIIa jista jkun emendat, b’konformità mal-proċedura referuta fl-Artikolu 20(2), wara li opinjoni tkun ġiet akkwistata minn għand l-Awtorità Ewropea tas-Sigurta ta’ l-Ikel li tkun maħruġha fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002, li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġiet tal-liġi ta’ l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà ta’ l-Ikel u li jistabixxi l-proċeduri dwar materji tas-sigurtà ta’ l-ikel [*] ĠU L 31, ta’ l-1.2.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1642/2003 (ĠU L 245, tad-29.9.2003, p. 4)..

Meta meħtieġ, gwida ta’ l-aspetti tekniċi tista tkun maħruġa għall-interpretazzjoni tal-lista fl-Anness IIIa, b’konformità mal-proċedura referuta fl-Artikolu 20(2).";

2. fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 19, "Kumitat Permanenti dwar l-Oġġetti ta’ l-Ikel stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 69/414/KEE (1)" għandu jkun mibdul bi "Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 178/2002";

3. il-postilla, "ĠU L 291, tad-29.11.1969, p. 9", għandha tkun imħassra;

4. fl-Artikolu 20(1) "Kumitat Permanenti dwar l-Oġġetti ta’ l-Ikel" għandu jkun mibdul bi "Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali";

5. fl-Anness I, id-designazzjonijiet "frott kristalizzat" u "ħxejjex", u d-definizzjonijiet korrespondenti, għandhom ikunu mħassra;

6. fl-Anness IIIa, li t-test tiegħu huwa stabbilit fl-Anness ta’ din id-Direttiva, għandu jkun miżjud.

Artikolu 2

1. L-Istati Membru għandhom idaħħlu fis-seħħ, sal-25 ta’ Novembru 2004, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrativi meħtieġa sabiex:

- jippermettu, sa mill-25 ta’ Novembru 2004, il-bejgħ ta’ prodotti li jkunu konformi ma din id-Direttiva;

- jipprojbixxu, sa mill-25 ta’ Novembru 2005, il-bejgħ ta’ prodotti li ma jkunux konformi ma din id-Direttiva; kwalunkwe prodotti li ma jkunux konformi ma din id-Direttiva imma li jkunu tqiegħdu fis-suq jew li kellhom it-tikketti qabel din id-data jistgħu, b’dana kollu, jistgħu ikunu mibjugħa sa kemm jinħlew il-ħażniet.

Għandhom minnufih jgħarrfu bihom lill-Kummissjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkompanjati b’referenza tali fl-okkażżjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif referenza bħal din għandha ssir.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-disposizzjonijiet ewlenija tal-liġijiet nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fl-10 ta’ Novembru 2003.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

P. Cox

Għall-Kunsill

Il-President

A. Marzano

[1] ĠU C 332 E, tas-27.11.2001, p. 257 u ĠU C 331 E, tal-31.12.2002, p. 188.

[2] ĠU C 80, tat-3.4.2002, p. 35.

[3] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Ġunju 202 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), il-Posizzjoni Komuni tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Frar 2003 (ĠU C 102, tad-29.4.2003, p. 16) u l-Posizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta’ Lulju 2003 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003.

[4] ĠU L 109, tas-6.5.2000, p. 29. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/101/KE (ĠU L 310, tat-28.11.2001, p. 19).

[5] ĠU L 237, tat-28.8.1997, p. 18. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2000/443/KE (ĠU L 179, tat-18.7.2000, p. 13).

[6] ĠU L 31, ta’ l-1.2.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1642/2003 (ĠU L 245, tad-29.9.2003, p. 4).

--------------------------------------------------

ANNESS

"

ANNEX IIIa

L-ingredjenti referuti fl-Artikolu 6(3a), (10) u (11)

Ċereali li jkun fihom il-glutina (i.e., qamh, sikrana, xgħir, ħafur, qamħ Ġermaniż, kamut jew is-siltiet ibridi tagħhom) u l-prodotti tagħhom

Krustaċej u l-prodotti tagħhom

Bajd u l-prodotti tagħhom

Ħut u l-prodotti tagħhom

Karawett u l-prodotti tagħhom

Fażola tas-sojja u l-prodotti tagħhom

Ħalib u l-prodotti tiegħu (inkluż il-lattożju)

Frott tal-qoxra iebsa (ġewż), i.e. Lewż (Amygdalus communis L.), Ġellewż (Corylus avellana), Ġewż (Juglans regia), Kaxjew (Anacardium occidentale), Pekani (Carya illinoiesis (Wangenh.) K. Koch), Ġewż tal-Brażil (Bertholletia excelsa), Pistaċċi (Pistacia vera), Ġewż tal-Makadamia u Ġewż ta' Queensland (Macadamia ternifolia) u l-prodotti tagħhom

Krafes u l-prodotti tagħhom

Mustarda u l-prodotti tagħha

Iż-żrieragħ tal-ġunġliel u l-prodotti tagħhom

Id-diossidu tal-kubrit u s-sulfidi f'konċentrazzjonijiet ta' aktar minn 10 mg/kg jew ċ0 mh/litru espressi bħala SO2.

"

--------------------------------------------------

Top