EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003L0062

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/62/KE ta' l-20 ta' Ġunju 2003 temenda d-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE u 90/642/KEE dwar il-livelli massimi ta' residwi għal hexaconazole, clofentezine, myclobutanyl u prochlorazTest b'relevanza għall-FEE

ĠU L 154, 21.6.2003, p. 70–78 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2008; Impliċitament imħassar minn 32005R0396

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/62/oj

32003L0062



Official Journal L 154 , 21/06/2003 P. 0070 - 0078


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/62/KE

ta' l-20 ta' Ġunju 2003

temenda d-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE u 90/642/KEE dwar il-livelli massimi ta' residwi għal hexaconazole, clofentezine, myclobutanyl u prochloraz

(Test b'relevanza għall-FEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE tas-27 ta' Novembru 1990 fuq l-iffissar tal-livelli massimi ta' residwi tal-pestiċidi li jinsabu fuq u fil-prodotti li joriġinaw mill-pjanti, inkluż frott u ħaxix [1], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 806/2003 [2], u partikolarment l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkunsidrat d-Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE tal-24 ta' Lulju 1986 fuq l-iffissar tal-livelli massimi ta' residwi tal-pestiċidi fuq u fiċ-ċereali [3], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 807/2003 [4], u partikolarment l-Artikolu 10 tiegħu,

Billi:

(1) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/79/KE [5] iffissat livelli massimi ta' residwi (MRLs) in konnessjoni ma ċertu taħlit ta' pestiċidju/ikel.

(2) Wara l-pubblikazzjoni tad-Direttiva 2002/79/KE, il-Kummissjoni rċeviet talbiet, sostnuti minn iktar data, biex tirrevedi l-livelli fejn l-MRLs ta' ċertu taħlit ta' pestiċidju/ikel ma kinux iffissati skond id-Direttiva 2002/79/KE. L-applikazzjonijiet u d-data kienu reveduti, u għal ċertu taħlit, id-data kienet suffiċjenti biex ikun iġġustifikat l-iffissar ta' MRL 'il fuq mil-limitu l-aktar baxx tad-determinazzjoni analitika.

(3) L-esposizzjoni akuta għal dawn il-pestiċidji matul l-ħajja tal-konsumaturi permezz ta' prodotti ta' l-ikel li jistgħu jikkontjenu residwi ta' dawn il-pestiċidji li jirriżultaw mill-użu tagħhom fil-protezzjoni għall-pjanti u, fejn ikun applikabbli, f'mediċina veterinarja kienet stmata u valutata skond il-proċeduri u l-prattika segwita fil-Komunità Ewropea, ġiet kkunsidrata l-għajnuna ppublikata mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa [6] u kien ikkalkulat li l-livelli massimi ta' residwi ffissati f'din id-Direttiva ma jagħtux lok għal vjolazzjoni tad-dħul aċċettat ta' kuljum jew tad-dosaġġi ta' referenza akuti.

(4) L-isħab kummerċjali tal-Komunità għandhom ikunu kkonsultati dwar il-livelli mfassla f'din id-Direttiva permezz ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa u l-kummenti tagħhom fuq dawn il-livelli jkunu kkunsidrati.

(5) L-opinjonijiet tal-Kumitat Xjentifiku Għall-Pjanti, partikolarment il-pariri u r-rakkomandazzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi ta' prodotti ta' l-ikel trattati bil-pestiċidji u fuq l-applikazzjoni tal-metodoloġija, imsemmija hawn fuq, mill-istat Membru relatur kienu kkunsidrati [7].

(6) Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Food Chain u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Il-livelli massimi ta' residwi elenkati fl-Anness ta' din d-Direttiva għandhom jissostitwixxu dawk elenkati fl-Anness II tad-Direttiva 90/642/KEE għall-pestiċidji in kwistjoni.

Artikolu 2

Fil-parti A ta' l-Anness II tad-Direttiva 86/362/KEE il-fillieri segwenti jinbidlu:

"Residwu tal-pestiċidju | Livell massimu f'mg/kg |

Hexaconazole | 0,1 Barley u qamħ 0,02 Ċereali oħra |

Prochloraz (somma ta' prochloraz) | 1 Ross, ħafur, barley 0,5 Triticale, qamħ, segala 0,05 Ċereali oħra |

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi neċessarji minn mhux aktar tard mill-31 ta' Lulju 2003 biex tiġi mħarsa din id-Direttiva. Għandhom jgħarrfu fil-pront lill-Kummissjoni.

Dawn il-miżuri għandhom japplikaw mill-1 ta' Awissu 2003.

Artikolu 4

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet, għandhom jinkludu riferenza għal din id-Direttiva jew jiġu akkumpanjati b'din ir-riferenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-mod kif din ir-riferenza għandha ssir.

Artikolu 5

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ ġurnata wara li tkun ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 6

Din id-Direttiva qiegħeda tiġi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-20 ta' Ġunju 2003.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 350, ta’ l-14.12.90, pġ. 71.

[2] ĠU L 122, tas-16.5.3, pġ. 1.

[3] ĠU L 221, tas-7.08.86, pġ. 37.

[4] ĠU L 122, tas-16.5.3, pġ. 36.

[5] ĠU L 291, tat-28.10.2002, pġ. 1.

[6] Regoli ta’ gwida għat-tħabbir ta’ dħul Djetarju ta’ residwi tal-pestiċidi (reviżjonata), preparati minn GEMS/Food Programme in kollaborazzjoni mall-Kumitat Codex fuq Residwi tal-Pestiċidji, ippublikata mill-Organizzazzjoni Dinija għas-Saħħa fl-1997 (WHO/FSF/FOS/97.7).

[7] SCP/RESI/021; SCP/RESI/024.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Gruppi u eżempji ta' prodotti individwali għal liema japplikaw l-MRLs | Residwi ta' pestiċidi u livelli massimi ta' residwi (mg/kg) |

Hexaconazole | Myclobutanil | Clofentezine |

1.Frott, frisk, imqadded jew mhux imsajjar, ippreservat bl-iffriżar, li ma jkollux zokkor, ġewż miżjud

(i)FROTT TAĊ-ĊITRU | 0,02 | 3 | 0,5 |

Tronġ | | | |

Lumi | | | |

Lajm | | | |

Mandolin (inkluż klementini uibridi oħra) | | | |

Larinġ | | | |

Grejpfrut | | | |

Oħrajn | | | |

(ii)Ġewż tas-Siġar (bil-qoxra jew bla qoxra) | 0,05 | 0,05 | 0,05 |

Lewż | | | |

Ġewż tal-Brażil | | | |

Ġewża ta' l-anakardju | | | |

Qastan | | | |

Ġewża ta' l-indi | | | |

Ġellewża | | | |

Macadamia | | | |

Ġewża Amerikana | | | |

Ġewż ta' l-arżnu | | | |

Pistaċċi | | | |

Ġewża | | | |

Oħrajn | | | |

(iii)FROTT TAL-POME | | 0,5 | 0,5 |

Tuffieħ | 0,1 | | |

Lanġas | 0,1 | | |

Sfarġel | | | |

Oħrajn | 0,02 | | |

(iv)FROTT TA' L-GĦADMA | 0,02 | | |

Berquq | | 0,3 | |

Ċirasa | | 1 | |

Ħawħa (inkluż ċiprisk uibrid i simili) | | 0,5 | |

Għanbaqar | | 0,5 | 0,2 |

Oħrajn | | 0,02 | 0,02 |

(v)FROTT ŻGĦIR

(a)Għeneb tal-mejda u ta' l-inbid | 0,1 | 1 | |

Għeneb tal-mejda | | | 0,02 |

Għeneb ta' l-inbid | | | 1 |

(b)Frawli (barra mis-selvaġġ) | 0,2 | 1 | 2 |

(ċ)Frott tal-Qasba (barra mis-selvaġġ) | 0,02 | 0,02 | |

Tuta salvaġġa | | | 3 |

Dewberries | | | |

Loganberries | | | |

Frotta tal-ġens taċ-ċawsli | | | 3 |

Oħrajn | | | 0,3 |

(d)Frott żgħir ieħor (minbarradak selvaġġ) | 0,02 | | |

Mirtill | | | |

Cranberries | | | |

Passolina (ħamra, sewda u bajda) | | 1 | 0,5 |

Rużberi | | 1 | |

Oħrajn | | 0,02 | 0,02 |

(e)Tuta Salvaġġa u Frott Salvaġġ | 0,02 | 0,02 | 0,02 |

(vi)Mixxellanji | | | 0,02 |

Avokado | | | |

Banana | 0,1 | 2 | |

Tamli | | | |

Tin | | | |

Kiwi | | | |

Kumquats | | | |

Litchi | | | |

Mangu | | | |

Żebbuġ | | | |

Frotta tal-fjura tal-Passjoni | | | |

Ananas | | | |

Rummiena | | | |

Oħrajn | 0,02 | 0,02 | |

2.Ħaxix, frisk jew mhux imsajjar, iffriżat jew xott

(i)ĦAXIX TUBERU U TA' L-GĦERUQ | 0,02 | | 0,02 |

Pitravi | | | |

Karrotta | | 0,2 | |

Krafes ħoxnin | | | |

Ħorsradixx | | | |

Qaqoċċ ta' Ġerusalem | | | |

Zunnarija bajda | | | |

Għerq tat-tursin | | | |

Ravanell abjad | | | |

Salsafja | | | |

Patata ħelwa | | | |

Swedes | | | |

Nevew | | | |

Jam | | | |

Ohrajn | | 0,02 | |

(ii)ĦAXIX TAL-BASLA | 0,02 | 0,02 | 0,02 |

Tewm | | | |

Basal | | | |

Basal abjad | | | |

Basal zgħir | | | |

Ohrajn | | | |

(iii)ĦAXIX TAL-FROTT

(a)Solanacea

Tadam | 0,1 | 0,3 | 0,3 |

Bżar | | 0,5 | |

Brunġiel | | 0,3 | |

Ohrajn | 0,02 | 0,02 | 0,02 |

(b)atrambatra qoxra li tista' tittiekel | 0,02 | 0,1 | 0,02 |

Ħjara | | | |

Ħjara żgħira | | | |

Qargħa bagħli żgħir | | | |

Ohrajn | | | |

(ċ)atrambatra qoxra li ma tistax tittiekel | 0,02 | 0,2 | |

Bettieħ | | | 0,1 |

Għattan | | | |

Dulliegħa | | | |

Oħrajn | | | 0,02 |

(d)Qamħ ħelu | 0,02 | 0,02 | 0,02 |

(iv)ĦAXIX TAL-BRASSIKA | 0,02 | 0,02 | 0,02 |

(a)BrassiKa li tagħmel il-fjuri

Brokkli | | | |

Pastarda | | | |

Oħrajn | | | |

(b)Brassika tar-ras

Kaboċċi żgħar | | | |

Kaboċċa tar-ras | | | |

Ohrajn | | | |

(ċ)Brassica mwerraq

Kaboċċa ċiniża | | | |

Kaboċċa | | | |

Oħrajn | | | |

(d)Ġidra | | | |

(v)ĦAXIX TAL-WERAQ U ĦWAWAR FRISK | 0,02 | 0,02 | 0,02 |

(a)Ħassa u simili

Ħaxixet id-drass | | | |

Valerjanella | | | |

Ħassa | | | |

Scarole | | | |

Oħrajn | | | |

(b)Spinaċi u simili

Spinaċi | | | |

Beet leaves (l-ispeċi fl-ġeneru Salvelinus) | | | |

Oħrajn | | | |

(ċ)Krexxuni | | | |

(d)Wtloof | | | |

(e)Ħwawar

Sorfolja | | | |

Kurrat salvaġġ | | | |

Tursin | | | |

Weraq tal-karfus | | | |

Ohrajn | | | |

(vi)ĦAXIX TAL-LEGUM (frisk) | 0,02 | 0,02 | 0,02 |

Fażola (bil-miżwed) | | | |

Fażola (mingħajr miżwed) | | | |

Piselli (bil-miżwed) | | | |

Piselli (mingħajr miżwed) | | | |

Oħrajn | | | |

(vii)ĦAXIX TAZ-ZOKK (frisk) | 0,02 | | 0,02 |

Sfarġ | | | |

Kardun | | | |

Karfus | | | |

Bużbież | | | |

Qaqoċċ tal-globu | | 0,5 | |

Kurrata | | | |

Rabarbu | | | |

Oħrajn | | 0,02 | |

(viii)FUNGI | 0,02 | 0,02 | 0,02 |

(a)Faqqiegħ ikkoltivat | | | |

(b)Faqqiegħ salvaġġ | | | |

3.Legumi | 0,02 | 0,02 | 0,02 |

Fażola | | | |

Għadsa | | | |

Piselli | | | |

Oħrajn | | | |

4.Żerriegħa li minnha jingħasar iż-żejt | 0,05 | 0,05 | 0,05 |

Linseed | | | |

Karawett | | | |

Żerriegħa tal-peprina | | | |

Ġulġlien | | | |

Żerriegħa tal-ġirasol | | | |

Żerriegħa tar-apa | | | |

Soya sħiħa | | | |

Senapa | | | |

Żerriegħa tal-qoton | | | |

Oħrajn | | | |

5.Patata | 0,02 | 0,02 | 0,02 |

Patata | | | |

Patata tal-ware | | | |

6.Tè (weraq u zkuk, imnixxfa, fermentati mod ieħor, mill-weraq tal-Camellia sinensis) jew | 0,05 | 0,05 | 0,05 |

7.Il-Ħop(imnixxef), inkluż gerbubiet tal-ħop u trab mhux konċentrat | 0,05 | 2 | 0,05 |

--------------------------------------------------

Top