Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003L0052

Id-Direttiva 2003/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ ġunju 2003 li temenda d-Direttiva 95/2/KE fir-rigward tal-kondizzjonijiet għal użu għal adittiv ta’ l-ikel E 425 konjacTest b’rilevanza għaż-ŻEE

ĠU L 178, 17.7.2003, p. 23–23 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/01/2010; Impliċitament imħassar minn 32008R1333

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/52/oj

32003L0052



Official Journal L 178 , 17/07/2003 P. 0023 - 0023


Id-Direttiva 2003/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tat-18 ta’ ġunju 2003

li temenda d-Direttiva 95/2/KE fir-rigward tal-kondizzjonijiet għal użu għal adittiv ta’ l-ikel E 425 konjac

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [3],

Billi:

(1) Id-Direttiva 95/2K/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Frar 1995 dwar additivi ta’ l-ikel barra minn koloranti u ħlewwiet [4] tawtorizza l-użu ta’ l-addittiv ta’ l-ikel E 425 konjac f’affarijiet ta’ l-ikel taħt ċerti kondizzjonijiet.

(2) Il-Kummissjoni ħadet miżuri għas-sospensjoni temporanja tat-tqegħid fis-suq ta’ tazzi żgħar tal-ġelatina li jikkontjenu E 425 konjac minħabba li nstab li huma perikolużi ladarba kkawżaw il-mewt ta’ diversi tfal u persuni anzjani f’pajjiżi terzi billi fgaw.

(3) Xi fabbrikanti ta’ tazzi żgħar tal-ġelatina jirrikonoxxu r-riskju għas-saħħa umana billi jwaħħlu twissija fuq il-pakkett ta’ l-ikel, li temfasizza r-riskju għal tfal u l-anzjani.

(4) Abbażi ta’ l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri li adottaw miżuri fuq livell nazzjonali, jista’ jiġi konkluż li tazzi żgħar tal-ġelatina li jikkontjenu E 425 konjac jikkostitwixxu riskju għall-ħajja. B’żieda mal-forma u d-daqs tagħhom, il-proprjetajiet kimiċi u fiżiċi ta’ konjac huma l-kawża għal tazzi żgħar tal-ġelatina li jikkostitwixxu riskju għas-saħħa umana.

(5) Fil-każ preżenti, twissija permezz ta’ l-ittikkettjar mhijiex suffiċjenti għall-protezzjoni tas-saħħa umana, speċjalment fir-rigward ta’ tfal.

(6) Huwa neċessarju li jiġu modifikati l-kondizzjonijiet ta’ użu għal E 425 konjac fir-rigward ta’ l-użu tiegħu f’ħellu tal-ġelatina, inklużi tazzi żgħar tal-ġelatina.

(7) Id-Direttiva 95/2/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif suppost,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Fl-Anness IV mad-Direttiva 95/2/KE fil-filliera għal E 425: Konjac: (i) gomma tal-Konjac (ii) glukomannane tal-Konjac it-test "Affarijiet ta’ l-ikel in ġenerali (ħlief dawk imsemmija fl-Artikolu 2(3))" għandu jiġi sostitwit bit-test "Affarijiet ta’ l-ikel in ġenerali (ħlief dawk imsemmija fl-Artikolu 2(3) u ħelu tal-ġelatina inklużi tazzi żgħar tal-ġelatina)".

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattvii neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva qabel is-17 ta’ Jannar 2004. Għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni bihom.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, għandujkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjon uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, fit-18 ta’ Ġunju 2003.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

P. Cox

Għall-Kunsill

Il-President

G. Drys

[1] (1) ĠU C 331 E, tal-31.12.2002, p. 124.

[2] ĠU C 85, tat-8.4.2003, p. 39.

[3] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Frar 2003 (għadha mhux ippubblikata fil-urnal Uffiċjali), u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2003.

[4] ĠU L 61, tat-18.3.1995, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2001/5/KE (ĠU L 55, ta’ l-24.2.2001, p. 59).

--------------------------------------------------

Top