This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32003L0047
Commission Directive 2003/47/EC of 4 June 2003 amending Annexes II, IV and V to Council Directive 2000/29/EC on protective measures against the introduction into the Community of organisms harmful to plants or plant products and against their spread within the Community
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/47/KE ta’ l-4 ta’ Ġunju 2003 li temenda l-Annessi II, IV u V tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE rigward il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni fil-Komunità ta’ organiżmi li huma ta’ ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom fil-Komunità
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/47/KE ta’ l-4 ta’ Ġunju 2003 li temenda l-Annessi II, IV u V tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE rigward il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni fil-Komunità ta’ organiżmi li huma ta’ ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom fil-Komunità
ĠU L 138, 5.6.2003, p. 47–48
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2019; Impliċitament imħassar minn 32016R2031
Official Journal L 138 , 05/06/2003 P. 0047 - 0048
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/47/KE ta’ l-4 ta’ Ġunju 2003 li temenda l-Annessi II, IV u V tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE rigward il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni fil-Komunità ta’ organiżmi li huma ta’ ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom fil-Komunità IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2003/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni fil-Komunità ta’ organiżmi li huma ta’ ħsara għall-pjanti jew tal-prodotti tal-pjanti u kontra it-tixrid tagħhom fil-Komunità [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/22/KE [2], u partikolarment il-punt (c) tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 14 tagħha, Wara li kkunsidrat l-proposta mill-Istati Membri kkonċernati, Billi: (1) Minn informazzjoni fornuta mill-Portugall ibbażata fuq stħarriġ aġġornat, jidher li ż-żona protetta għal Gonipterus scutellatus Gyll. għandha tkun immodifikata u ristretta biss għall-Ażores. (2) Minħabba żball klerikali fil-preparazzjoni tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/36/KE [3] li temenda ċerti annessi tad-Direttiva 2000/29/KE, dispożizzjonijiet ġodda fir-rigward tal-ħamrija u l-medja tat-tkabir, marbuta jew assoċjata mal-pjanti, li joriġinaw f’¬ipru jew f’Malta, kienu adottati mingħajr ġustifikazzjoni. (3) Minħabba żball klerikali fil-preparazzjoni tad-Direttiva 2002/36/KE, it-test fil-punt 2 taħt l-intestatura I tal-Parti B ta’ l-Anness V tad-Direttiva 200/29/KE kien mibdul mingħajr ma kienu msemmija l-prodotti tal-pjanti relevanti kkonċernati. (4) L-Annessi relevanti tad-Direttiva 2000/29/KE għandhom għalhekk ikunu emendati kif xieraq, (5) il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’din id-Direttiva huma bi qbil ma l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti, ADDOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 L-Annessi II, IV u V tad-Direttiva 2000/29/KE huma b’dan emendati bi qbil mal-Anness ta’ din id-Direttiva. Artikolu 2 1. L-Istati Membru għandhom jadottaw u jippubblikaw qabel il-15 ta’ Ġunju 2003 l-aktar tard, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrativi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jinfurmaw b’dan lill-Kummissjoni minnufih. Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mis-16 ta’ Ġunju 2003. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew li jkunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. l-istati membri għandhom jistabbilixxu kif trid issir din ir-riferenza. 2. L-Istati Membri għandhom immedjetament jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet ewlenija tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra bihom. Artikolu 3 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Artikolu 4 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fl-4 ta’ Ġunju 2003. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 169, ta’ l-10.7.2000, p. 1. [2] ĠU L 78, tal-25.3.2003, p. 10. [3] ĠU L 116, tat-3.5.2002, p. 16. -------------------------------------------------- L-ANNESS L-Annessi tad-Direttiva 2000/29/KEE huma emendati kif ġej: 1. fil-Parti B ta’ l-Anness II, taħt l-intestatura (a), il-punt (5), id-dħul fil-kolonna tan-naħa tal-lemin huwa mibdul b’dan li ġej: "EL, P (Ażores)" ; 2. fl-Anness IV: (a) fis-Sezzjoni I tal-Parti A, fil-punt (34), fil-kolonna tan-naħa tax-xellug, il-kliem "Ċipru, Malta," huma mħassra; (b) fil-Parti B, fil-punt (19), id-dħul fil-kolonna tan-naħa tal-lemin huwa mibdul b’dan li ġej: "EL, P (Ażores)" ; 3. fil-Parti B ta’ l-Anness V, taħt l-intestatura I: (a) fil-punt (2), it-test huwa mibdul b’dan li ġej: "Partijiet ta’ pjanti, apparti milli l-frott u ż-żrieragħ ta’: - Castanea Mill., Dendranthema (DC) Des. Moul., Dianthus L., Gypsophila L., Pelargonium l’Herit. ex Ait, Phoenix spp., Populus L., Quercus L., Solidago L. u l-fjuri maqtugħin ta’ Orchidaceae, - koniferi (Coniferales), - Acer saccharum Marsh., li joriġinaw fil-pajjiżi ta’ l-Amerika ta’ Fuq, - Prunus L., li joriġinaw fil-pajjiżi mhux-Ewropej, - Il-fjur maqtugħin ta’ Aster spp., Eryngium L., Hypericum L., Lisianthus L., Rosa L. u Trachelium L.,, li joriġinaw fil-pajjiżi mhux-Ewropej, - Il-weraq veġitali ta’ Apium graveolens L. u Ocimum L."; (b) fil-punt (7)(b), il-kliem "Ċipru, Malta," huma mħassra. --------------------------------------------------