This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32003L0038
Council Directive 2003/38/EC of 13 May 2003 amending Directive 78/660/EEC on the annual accounts of certain types of companies as regards amounts expressed in euro
Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/38/KE tat-13 ta’ Mejju 2003 li temenda d-Direttiva 78/660/KKE dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji fejn għandhom x’jaqsmu kontijiet espressi f’euros
Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/38/KE tat-13 ta’ Mejju 2003 li temenda d-Direttiva 78/660/KKE dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji fejn għandhom x’jaqsmu kontijiet espressi f’euros
ĠU L 120, 15.5.2003, p. 22–23
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 18/07/2013; Imħassar b' 32013L0034
Official Journal L 120 , 15/05/2003 P. 0022 - 0023
Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/38/KE tat-13 ta’ Mejju 2003 li temenda d-Direttiva 78/660/KKE dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji fejn għandhom x’jaqsmu kontijiet espressi f’euros IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidra r-Raba’ Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta’ Lulju 1978 dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpaniji [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 53(2) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni [2], Billi: (1) L-Artikoli 11 u 27 tad-Direttiva 78/660/KEE u, bħala referenza, l-Artikolu 6 tas-Seba’ Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1983 dwar kontijiet konsolidati [3] u l-Artikoli 20 u 21 tat-Tmien Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE tal-10 ta’ April 1984 dwar l-approvazzjoni ta’ persuni responsabbli għat-twettiq tal-verifiki ta’ dokumenti ta’ kontijiet meħtieġa mil-liġi [4] jispeċifikaw limiti bażiċi espressi f’ewro għat-total tal-balance sheet u għall-valur nett tal-bejgħ, fejn jekk it-total ikun ta’ dan il-limitu jew inqas l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħtu derogi minn ċerti disposizzjonijiet ta’ dawk id-Direttivi. (2) Minħabba li l-ħames perjodu ta’ ħames snin wara l-adozzjoni tad-Direttiva 78/660/KEE jispiċċa fl-24 ta’ Lulju 2003, saret reviżjoni ta’ dawn il-limit bażiċi, kif mitlub f’din id-Direttiva. Ir-riżultati ta’ din ir-reviżjoni jindikaw illi, fid-dawl tat-tendenzi ekonomiċi u monetarji fil-Komunità, hija meħtieġa żieda fl-ammonti espressi f’ewro. (3) Għaldaqstant, id-Direttiva 78/660/KEE għandha tiġi emendata. ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Id-Direttiva 78/660/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej: 1. Fl-Artikolu 11: (a) l-ewwel paragrafu għandu jiġi emendat kif ġej: (i) fl-ewwel inċiż il-kliem "total tal-balance sheet: EUR 3125000" għandhom jinbidlu għal "total tal-balance sheet: EUR 3650000"; (ii) fit-tieni inċiż il-kliem "valur nett tal-bejgħ: EUR 6250000" għandhom jinbidlu għal "valur nett tal-bejgħ: EUR 7300000"; (b) il-paragrafu li ġej għandu jiġi miżjud: "Fil-każ ta’ dawk l-Istati Membri li ma adottawx l-ewro, l-ammont li fil-munita nazzjonali huwa ekwivalenti għall-ammonti msemmija fl-ewwel paragrafu għandu jiġi kkalkulat billi tiġi applikata r-rata ta’ skambju ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea fid-data ta’ meta tidħol fis-seħħ id-Direttiva li tistabbilixxi dawk l-ammonti bħala konsegwenza tar-reviżjoni msemmija fl-Artikolu 53(2)."; 2. Fl-Artikolu 27: (a) l-ewwel paragrafu għandu jiġi emendat kif ġej: (i) fl-ewwel inċiż, il-kliem "total tal-balance sheet: EUR 12500000" għandhom jinbidlu bil-kliem "total tal-balance sheet: EUR 14600000"; (ii) fit-tieni inċiż, il-kliem "valur nett tal-bejgħ EUR 25000000" għandhom jinbidlu bil-kliem "valur nett tal-bejgħ: EUR 29200000"; (b) il-paragrafu li ġej għandu jiġi miżjud: "Fil-każ ta’ dawk l-Istati Membri li ma adottawx l-ewro, l-ammont li fil-munita nazzjonali huwa ekwivalenti għall-ammonti msemmija fl-ewwel paragrafu għandu jiġi kkalkulat billi tiġi applikata r-rata ta’ skambju ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea fid-data ta’ meta tidħol fis-seħħ id-Direttiva li tistabbilixxi dawk l-ammonti bħala konsegwenza tar-reviżjoni msemmija fl-Artikolu 53(2)."; Artikolu 2 1. L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri neċessarji sabiex iħarsu din id-Direttiva jekk u meta jiddeċiedu li jagħmlu użu mill-għażla pprovduta fl-Artikoli 11 u 27 tad-Direttiva 78/660/KEE. Huma għandhom jinfurmaw b’dan lill-Kummissjoni minnufih. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn il-miżuri għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif għandha ssir referenza bħal din għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri. 2. L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam regolat minn din id-Direttiva. Artikolu 3 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Artikolu 4 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fit-13 ta’ Mejju 2003. Għall-Kunsill Il-President A.–A. Tsochatzopoulos [1] ĠU L 222, ta’ l-14.8.1978, pġ. 11. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2001/65/EC (ĠU L 283, tas-27.10.2001, pġ. 28). [2] Proposta tal- 24.1.2003 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [3] ĠU L 193, tat-18.7.1983, pġ. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2001/65/EC. [4] ĠU L 126, tat-12.5.1984, pġ. 20. --------------------------------------------------