This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32003L0031
Commission Directive 2003/31/EC of 11 April 2003 amending Council Directive 91/414/EEC to include 2,4-DB, beta-cyfluthrin, cyfluthrin, iprodione, linuron, maleic hydrazide and pendimethalin as active substances (Text with EEA relevance)
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/31/KE tal-11 ta' April 2003 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE sabiex tinkludi l-2,4-DB, il-beta-cyfluthrin, is-cyfluthrin, l-iprodione, il-linuron, il-maleic hydrazide u l-pendimethalin bħala sustanzi attiviTest b'rilevanza għall-KEE
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/31/KE tal-11 ta' April 2003 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE sabiex tinkludi l-2,4-DB, il-beta-cyfluthrin, is-cyfluthrin, l-iprodione, il-linuron, il-maleic hydrazide u l-pendimethalin bħala sustanzi attiviTest b'rilevanza għall-KEE
ĠU L 101, 23.4.2003, p. 3–9
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 13/06/2011
Official Journal L 101 , 23/04/2003 P. 0003 - 0009
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/31/KE tal-11 ta' April 2003 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE sabiex tinkludi l-2,4-DB, il-beta-cyfluthrin, is-cyfluthrin, l-iprodione, il-linuron, il-maleic hydrazide u l-pendimethalin bħala sustanzi attivi (Test b'rilevanza għall-KEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid ta' prodotti li jipproteġu l-pjanti fis-suq [1], kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/23/KE [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha, Billi: (1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta' Diċembru 1992 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' l-ewwel stadju tal-programm imsemmi fl-Artiklu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li tikkonċerna t-tqegħid ta' prodotti li jipproteġu l-pjanti fis-suq [3], kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2266/2000 [4], jistabbilixxi lista ta' sustanzi attivi li għandhom ikunu stmati, bil-ħsieb li jkunu inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Dik il-lista tinkludi l-2,4-DB, il-beta-cyfluthrin, is-cyfluthrin, l-iprodione, il-linuron, il-maleic hydrazide u l-pendimethalin. (2) L-effetti ta' dawn is-sutanzi attivi fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent kienu stmati skond il-proviżjonijiet imsemmija fir-Regolament (KEE) Nru 3600/92 għal numru ta' użi proposti min-notifikanti. Bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 933/94 tas-27 ta' April 1994 li jistabbilixxi s-sustanzi attivi ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jinnomina l-Istat Membru relatur għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 [5], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2230/95 [6], l-Istati Membri relaturi li ġejjin kienu nominati u ssottomettew ir-rapporti ta' stima u r-rakkomandazzjonijiet rilevanti lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KEE) Nru 3600/92: 2,4-DB: l-Istat Membru relatur il-Greċja, l-informazzjoni rilevanti kollha ingħatat fit-30 ta' April 1996; beta-cyfluthrin: l-Istat Membru relatur il-Ġermanja, l-informazzjoni rilevanti kollha ingħatat fl-4 ta' Novembru 1996; cyfluthrin: l-Istat Membru relatur il-Ġermanja, l-informazzjoni rilevanti kollha ngħatat fl-4 Novembru 1996; iprodione: l-Istat Membru relatur Franza, l-informazzjoni rilevanti kollha ngħatat fit-18 ta' Lulju 1996; linuron: l-Istat Membru relatur il-ir-Renju Unit, l-informazzjoni rilevanti kollha ingħatat fil-31 ta' Ottubru 1996; maleic hydrazide: l-Istat Membru relatur id-Danimarka, l-informazzjoni rilevanti kollha ngħatat fil-5 ta' Settembru 1997; pendimethalin: l-Istat Membru relatur Spanja, l-informazzjoni rilevanti kollha ngħatat fl-20 ta' Mejju 1998. (3) Dawn ir-rapporti ta' stima kienu reviżjonati mill-Istati Membri u l-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali. (4) Skond l-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 91/414/KEE u minħabba l-possibbiltà ta' deċiżjoni sfavorevoli għall-2,4-DB u għall-pendimethalin il-Kummissjoni organizzat laqgħat tripartitiċi mal-preżentatur ewlieni ta' l-informazzjoni u l-Istat Membru relatur fis-7 ta' Mejju 1998 u fl-4 ta' Ġunju 1999. Għal dawn iż-żewġ sustanzi l-preżentatur ewlieni ta' l-informazzjoni ppreżenta informazzjoni oħra sabiex jirrispondi għat-tħassib oriġinali. (5) Ir-reviżjonijiet tas-sustanzi attivi kollha tlestew fit-3 ta' Diċembru 2002 fil-format tar-rapport ta' reviżjoni tal-Kummissjoni għall-2,4-DB, il-beta-cyfluthrin, is-cyfluthrin, l-iprodione, il-linuron, il-maleic hydrazide u l-pendimethalin. (6) Ir-reviżjonijiet tal-2,4-DB, il-linuron, il-maleic hydrazide u l-pendimethalin ma kixfu l-ebda mistoqsija miftuħa jew tħassib, li kieku kien jitlob konsultazzjoni mal-Kumitat Xjentifiku dwar il-Pjanti. (7) Ir-rapport dwar il-beta-cyfluthrin u dwar is-cyfluthrin u informazzjoni oħra dwar iż-żewġ sustanzi ngħataw ukoll lill-Kumitat Xjentifiku dwar il-Pjanti għal konsultazzjonijiet separati. Il-Kumitat intalab jikkummenta dwar l-istima xierqa tar-riskju tad-dieta li għandha tintuża u li jikkonferma li l-informazzjoni eko-tossikoloġika disponibbli tiġġustifika l-użu fis-serer u għat-trattament taż-żerriegħa. Fl-opinjonijiet tagħha [7] [8], il-Kumitat issuġġerixxa li flimkien ma' stima fit-tul tar-riskju tad-dieta, kif tkun magħmula regolarment fil-konfront ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, għandha ssir stima għal perijodu qasir tar-riskju ta' dieta akuta sabiex tevalwa l-potenzjal tal-proprjetajiet newrotossiċi tagħha. Il-Kumitat ikkonferma li l-użu bħala demel għaż-żerrriegħa u fis-serer (barra fejn artropodi li jagħmlu l-ġid ikunu użati) jistgħu jkunu kkunsidrati bħala mingħajr periklu għal organiżmi terrestri u li jgħixu fl-ilma li ma jkunux fil-mira ta' l-applikazzjoni minħabba iċ-ċirkostanzi speċifiċi ta' dawn l-applikazzjonijiet u l-immobbiltà tal-beta-cyfluthrin u s-cyfluthrin fil-ħamrija. Skond l-opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar il-Pjanti l-istima għal perjodu qasir tar-riskju tad-dieta kienet sussegwentement pprovduta u diskussa ma' l-Istati membri. Kien konkluż li t-teħid ta' residwi x'aktarx illi ma jaqbiżx il-limiti aċċettabbli. (8) Ir-rapport dwar l-iprodione u informazzjoni oħra kienu ssottomessi wkoll lill-Kumitat Xjentifiku dwar il-Pjanti għal konsultazzjoni separata. Il-Kumitat Xjentifiku kien mitlub jikkummenta dwar il-konċentrazzjonijiet ambjentali li huma previsti fil-ħamrija u fl-ilma li jinsab taħt l-art, u fuq il-livell aċċettabbli ta' l-esposizzjoni ta' l-operatur propost mir-relatur. Fl-opinjoni tiegħu [9], il-Kumitat qabel li informazzjoni biżżejjed kienet disponibbli sabiex tkun stmata b'mod serju l-imġieba nixxijja tas-sustanza għal ħamrija b'pH ogħla minn 6. Madankollu, l-istima ta' tnixxijja fil-ħamrija b'pH inqas minn 6 jistħoqilha aktar attenzjoni, minħabba li, għal ħamrija b'pH inqas minn 6, it-tnixxijja f'livelli ta' konċentrazzjoni li jaqbżu 0,1 ISO_7ìISO_1g/l tista' isseħħ f'xi sitwazzjonijiet realistiċi vulnerabbli. Il-Kumitat ma ra l-ebda ħtieġa li jkun użat fattur ta' protezzjoni addizzjonali għad-derivazzjoni tal-livell aċċettabbli ta' l-esposizzjoni ta' l-operatur. L-osservazzjonijiet tal-Kumitat Xjentifiku kienu kkunsidrati f'din id-Direttiva u fir-rapport tar-reviżjoni. (9) Mid-diversi eżaminazzjonijiet li saru deher illi l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-2,4-DB, il-beta-cyfluthrin, is-cyfluthrin, l-iprodione, il-linuron, il-maleic hydrazide jew il-pendimethalin jistgħu jkunu mistennija li jissodisfaw, b'mod ġenerali, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) u l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 91/414/KEE, b'mod partikolari fir-rigward ta' l-użi li kienu eżaminati u dettaljati fir-rapport tar-reviżjoni tal-Kummissjoni. Għalhekk huwa xieraq li dawn is-sustanzi attivi jkunu nklużi fl-Anness I, sabiex ikun żgurat li fl-Istati Membri kollha l-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom din is-sustanza attiva ikunu jistgħu jingħataw skond id-disposizzjonijiet ta' dik id-Direttiva. (10) Ir-rapport tar-reviżjoni tal-Kummissjoni jinħtieġ għall-implimentazzjoni b'mod xieraq mill-Istati Membri, ta' diversi sezzjonijiet tal-prinċipji uniformi stabbiliti fid-Direttiva 91/414/KEE. Għalhekk, huwa xieraq, li jkun stabbilit li r-rapport tar-reviżjoni tal-Kummissjoni komplut, ħlief għall-informazzjoni kunfidenzjali, għandu jkun miżmum disponibbli jew magħmul disponibbli mill-Istati Membri għall-konsultazzjoni mill-partijiet interessati. (11) Għandu jitħalla jgħaddi perijodu raġjonevoli qabel ma tkun inkluża sustanza attiva fl-Anness I sabiex l-Istati Membri u l-partijiet interessati jkunu jistgħu jippreparaw ruħhom sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti ġodda li jirriżultaw mill-inklużjoni. (12) Wara l-inklużjoni, l-Istati Membri għandhom ikunu mogħtija perjodu raġjonevoli sabiex jimplimentaw id-Disposizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE fil-konfront tal-prodotti li jipproteġu l-pjanti li fihom il-2,4-DB, il-beta-cyfluthrin, is-cyfluthrin, l-iprodione, il-linuron, il-maleic hydrazide jew il-pendimethalin, u b'mod partikolari, sabiex jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet eżistenti sabiex ikun żgurat li l-kondizzjonijiet li jirrigwardjaw dawk is-sustanzi attivi msemmija fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE huma sodisfatti. Għandu jkun previst perijodu itwal għas-sottomissjoni u l-istima tad-dokument kollu ta' kull prodott li jipproteġi l-pjanti skond il-prinċipji uniformi msemmija fid-Direttiva 91/414/KEE. (13) Għalhekk huwa xieraq li tkun emendata d-Direttiva 91/414/KEE skond kif intqal. (14) Il-miżuri msemmija f'din id-Direttiva jaqblu ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 L-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat skond l-Anness ta' din id-Direttiva. Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sa mhux akar tard mit-30 ta' Ġunju 2004 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi li huma neċessarji sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jgħarrfu b'dan lill-Kummissjoni. Huma għandhom japplikaw dawk id-disposizzjonijiet mill-1 ta' Lulju 2004. Meta l-Istati Membri jadottaw din id-disposizzjoni, huma għandhom ikunu jinkludu riferenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkompanjati minn tali riferenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-istati membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-riferenza. Artikolu 3 1. L-Istati Membri għandhom jirrevedu l-awtorizzazzjoni għal kull prodott li jipproteġi l-pjanti li fih il-2,4-DB, il-beta-cyfluthrin, is-cyfluthrin, l-iprodione, il-linuron, il-maleic hydrazide jew il-pendimethalin sabiex jiżguraw li jkun hemm konformità mal-kondizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' din is-sustanza attiva li huma msemmija fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Fejn ikun meħtieġ u sa mhux aktar tard mit-30 ta' Gunju 2004, huma għandhom jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni. 2. L-Istati Membri għandhom, għal kull prodott li jipproteġi l-pjanti li fih il-2,4-DB, il-beta-cyfluthrin, is-cyfluthrin, l-iprodione, il-linuron, il-maleic hydrazide jew il-pendimethalin bħala l-unika sustanza attiva jew bħala waħda minn diversi sustanzi attivi li kollha kemm huma huma mniżżla fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2003, jerġgħu jevalwaw il-prodott skond il-prinċipji uniformi msemmija fl-Anness VI tad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi ta' dokument li jissodisfa r-rekwiżiti ta' l-Anness III ta' dik id-Direttiva. Fuq il-bażi ta' dik l-evalwazzjoni, huma għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jissodisfax il-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4(1)(b), (ċ), (d) u (e) tad-Direttiva 91/414/KEE. Fejn ikun meħtieġ u sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2007, huma għandhom jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni. Artikolu 4 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2004. Artikolu 5 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussel, fil-11 ta' April 2003. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 230, tad-19.08.91, pġ. 1. [2] ĠU L 81, tat-28.03.03, pġ. 39. [3] ĠU L 366, tal-15.12.92, pġ. 10. [4] ĠU L 259, tat-13.10.00, pġ. 27. [5] ĠU L 107, tat-28.04.94, pġ. 8. [6] ĠU L 225, tat-22.09.95, pġ. 1. [7] Opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar il-Pjanti li tirrigwardja l-inklużjoni tal-beta-cyfluthrin fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li tikkonċerna t-tqegħid ta’ prodotti li jipproteġu l-pjanti fis-suq. (Opinjoni espressa mill-Kumitat Xjentifiku dwar il-Pjanti, 28 ta’ Jannar 2000). [8] Opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar il-Pjanti li tirrigwardja l-inklużjoni tas-cyfluthrin fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE dwar it-tqegħid ta’ prodotti li jipproteġu l-pjanti fis-suq. (Opinjoni espressa mill-Kumitat Xjentifiku dwar il-Pjanti, 28 ta’ Jannar 2000). [9] Opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar il-Pjanti dwar mistoqsijiet speċifiċi mill-Kummissjoni li jirrigwardjaw l-evalwazzjoni ta’ l-iprodione fil-kuntest tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE SCP/IPRODIO/002 – finali addottata 31 ta’ Jannar 2002. -------------------------------------------------- ANNESS "L-annotazzjonijiet li ġejjin għandhom jiżdiedu fl-aħħar tat-tabella fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KE Nru | Isem komuni, identifikazzjoni numri | Isem IUPAC | Purità | Dħul fis-seħħ | Skadenza ta' l-inklużjoni | Disposizzjonijiet speċifiċi | 47 | 2,4-DB SAK Nru 94-82-6 CIPAC Nru 83 | 4-(2,4-dichlorophenoxy) butyric aċidu | 940 g/kg | fl-1 ta' Jannar 2004. | fil-31 ta' Diċembru 2013. | Jista' ikun awtorizzat biss l-użu bħala erbiċida Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta' l-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport tar-reviżjoni dwar il-2,4-DB, u b'mod partikolari l-Appen diċi I u II tiegħu, kif iffinalizzati fil-Kumitat Permanenti dwar il- Katina ta' l-Ikel u l-annimali fit-3 ta' Diċembru 2002 għandu jkun ikkunsidrat. F'din l-istima komplessiva l-Istati Membri: għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-ħarsien ta' l-ilma li jinsab taħt l-art meta s-sustanza attiva tkun applikata f'reġjuni b'ħamrija u/jewkondizzjonijiet klimatiċi vulnerabbli. Miżuri li jnaqqsu r-riskju għandhom ikunu applikati, fejn ikun xieraq. | 48 | Beta-cyfluthrin SAK Nru 68359-37-5 (stereokimika mhux dikjarata) CIPAC Nru 482 | (1RS,3RS;1RS,3SR)-3-(2,2-dichlor- ovinyl)-2,2-dimethylcyclopropane-carboxylic acid (SR)-a-cyano-(4-fluoro-3-phenoxy-phenyl)methyl ester | 965 g/kg | fl-1 ta' Jannar 2004. | fil-31 ta' Diċembru 2013. | Jista' ikun awtorizzat biss l-użu bħala insettiċida Użi barra dawk ornamentali fis-serer u għat-trattament taż-żerriegħa bħalissa m'humiex appoġġjati b'mod adegwat u ma wrewx li huma aċċettabbli skond il-kriterji msemmija fl-Anness VI. Sabiex ikunu appoġġjati awtorizzazzjonijiet għal tali użi, data u informazzjoni li jippruvaw l-aċċettabilità tagħhom għal konsumaturi umani u l-ambjent ikollhom ikunu ġġenerati u sottomessi lill-Istati Membri. Dan sejjer ikun il-każ b'mod partikolari fil-konfront tad-data sabiex ikunu kkalkolati fid-dettalji kollha r-riskji ta' l-użu fuq il-weraq fil-beraħ u r-riskji rrelatati mad-dieta tat-trattament tal-weraq ta' l-uċuħ tar-raba' li huma tajbin għall-ikel. Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta' l-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport tar-reviżjoni dwar il-beta-cyfluthrin, u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali fit-3 ta' Diċembru 2002 għandu jkun ikkunsidrat. F'din l-istima komplessiva: L-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-ħarsien ta' antropodi li ma jkunux fil-mira ta' l-applikazzjoni. Il-kondizzjonijiet ta' l-awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri li jnaqqsu r-riskju b'mod adegwat. | 49 | Cyfluthrin SAK Nru 68359-37-5 (stereokimika mhux dikjarata) CIPAC Nru 385 | (RS),-a-cyano-4-fluoro-3-phenoxy- benzyl-(1RS,3RS;1RS,3SR)-3-(2,2-dichlorovinyl)-2,2-dimethycyclo-propanecarboxylate | 920 g/kg | fl-1 ta' Jannar 2004. | fil-31 ta' Diċembru 2013. | Jista' ikun awtorizzat biss l-użu bħala insettiċida Użi barra dawk ornamentali fis-serer u għat-trattament taż-żerriegħa bħalissa m'humiex appoġġjati b'mod adegwat u ma wrewx li huma aċċettabbli skond il-kriterji msemmija fl-Anness VI. Sabiex ikunu appoġġjati awtorizzazzjonijiet għal tali użi, data u informazzjoni li jippruvaw l-aċċettabilità tagħhom għal konsumaturi umani u l-ambjent ikollhom ikunu ġġenerati u ssottomessi lill-Istati Membri. Dan sejjer ikun il-każ b'mod partikolari fil-konfront tad-data sabiex ikunu kkalkolati fid-dettalji kollha r-riskji ta' l-użu fuq il-weraq fil-beraħ u r-riskji rrelatati mad-dieta tat-trattament tal-weraq ta' l-uċuħ tar-raba' li huma tajbin għall-ikel. Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta' l-Anness VI, il- konklużjonijiet tar-rapport tar-reviżjoni dwar il-, u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif finalizzat fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali fit-3 ta' Diċembru 2002 għandu jkun ikkunsidrat. F'din l-istima komplessiva: L-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-ħarsien ta' antropodi li ma jkunux fil-mira ta' l-applikazzjoni. Il-kondizzjonijiet ta' l-awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri li jnaqqsu r-riskju b'mod adegwat. | 50 | Iprodione CAS Nru 36734-19-7 CIPAC Nru 278 | 3-(3,5-dichlorophenyl)-N- isopropyl-2,4-dioxo-imidazolidine-1-carboximide | 960 g/kg | fl-1 ta' Jannar 2004. | fil-31 ta' Diċembru 2013. | Jista' ikun awtorizzat biss l-użu bħala fungiċida Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta' l-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport tar-reviżjoni dwar l-, u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali fit-3 ta' Diċembru 2002 għandu jkun ikkunsidrat. F'din l-istima komplessiva, L-Istati Membri: —għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-possibilità ta' kontiminazzjoni ta' l-ilma li jinsab taħt l-art meta s-sustanza attiva tkun applikata b'rati għolja ta' użu (b'mod partikolari l-użu fit-turf) fuq ħamrija aċiduża (pH inqas minn 6) f' kondizzjonijiet klimatiċi vulnerabbli,—għandhom jeżaminaw b'attenzjoni r-riskju għall-invertebrati li jgħixu fl-ilma jekk is-sustanza attiva tkun applikata direttament qrib l-ilmijiet tal-wiċċ. Miżuri li jnaqqsu r-riskju għandhom ikunu applikati, fejn ikun xieraq. | 51 | Linuron CAS Nru 330-55-2 CIPAC Nru 76 | 3-(3,4-dichlorophenyl)-1-methoxy- 1-methylurea | 900 g/kg | fl-1 ta' Jannar 2004. | fil-31 ta' Diċembru 2013. | Jista' ikun awtorizzat biss l-użu bħala erbiċida Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta' l-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport tar-reviżjoni dwar il-, u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti dwar il- Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali fit-3 ta' Diċembru 2002 għandu jkun ikkunsidrat. F'din l-istima komplessiva l-Istati Membri: —għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-ħarsien ta' l-annimali salvaġġi, antropodi li ma jkunux fil-mira ta' l-applikazzjoni u organiżmi li jgħixu fl-ilma. Il-kondizzjonijiet ta' l-awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri li jnaqqsu r-riskju b'mod adegwat, fejn ikun xieraq,—għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-ħarsien ta' l-opertauri. | 52 | Maleic hydra-zide SAK Nru 123-33-1 CIPAC Nru 310 | 6-hydroxy-2H-pyridazin-3-one | 940 g/kg Is-sustanza attiva għandha tikkonforma mad-Direttiva tal-kunsill 79/117/KEE, kif emendata mid- Direttiva tal-Kunsill 90/533/KEE. | fl-1 ta' Jannar 2004. | fil-31 ta' Diċembru 2013. | Jista' ikun awtorizzat biss l-użu bħala regolatur tat-tkabbir Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta' l-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport tar-reviżjoni dwar il-, u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif finalizzat fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali fit-3 ta' Diċembru 2002 għandu jkun ikkunsidrat. F'din l-istima komplessiva L-Istati Membri: —antropodi li ma jkunux fil-mira ta' l-applikazzjoni jkunu jinkludu miżuri li jnaqqsu r-riskju, fejn ikun xieraq,—għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-possibilità ta' kontiminazzjoni ta' l-ilma li jinsab taħt l-art meta s-sustanza attiva tkun applikata f'reġjuni li għandhom kondizzjonijiet tal-ħamrija u/jew klimatiċi vulnerabbli. Miżuri li jnaqqsu r-riskju għandhom ikunu applikati, fejn ikun xieraq. | 53 | Pendimethalin CAS Nru 40487-42-1 CIPAC Nru 357 | N-(1-ethylpropyl)-2,6-dinitro-3,4-xylidene | 900 g/kg | fl-1 ta' Jannar 2004. | fil-31 ta' Diċembru 2013. | Jista' ikun awtorizzat biss l-użu bħala erbiċida Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta' l-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport tar-reviżjoni dwar il-, u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif finalizzat fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali fit-3 ta' Diċembru 2002 għandu jkun ikkunsidrat. F'din l-istima komplessiva l-Istati Membri: —għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-ħarsien ta' l-organiżmi li jgħixu fl-ilma—u pjanti terrestri li ma jkunux fil-mira ta' l-applikazzjoni. Il-kondizzjonijiet ta' l-awtorizzazzjoni | --------------------------------------------------