Escolha as funcionalidades experimentais que pretende experimentar

Este documento é um excerto do sítio EUR-Lex

Documento 32003L0014

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/14/KE tal-10 ta’ Frar 2003 li temenda d-Direttiva 91/321/KEE dwar il-formulae tat-trabi u l-formulae tal-prosegwimentTest b’rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 41, 14.2.2003, p. 37—40 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Estatuto jurídico do documento Já não está em vigor, Data do termo de validade: 18/01/2007

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/14/oj

    32003L0014



    Official Journal L 041 , 14/02/2003 P. 0037 - 0040


    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/14/KE

    tal-10 ta' Frar 2003

    li temenda d-Direttiva 91/321/KEE dwar il-formulae tat-trabi u l-formulae tal-prosegwiment

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat il-Direttiva 89/398/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Mejju 1989, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' l-oġġetti ta' l-ikel maħsuba għal użu ta' nutrizzjoni partikolari [1], kif l-aħħar emendata bid-Diretiva 1999/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tagħha,

    Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku ta' l-Ikel,

    Billi:

    (1) L-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 91/321/KEE [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 1999/50/KE [4], jistabbilixxi illi l-formulae għat-trabi u l-formulae tal-prosegwiment ma għandu jkun fihom l-ebda sustanza f'ebda kwantità hekk li jipperikolaw is-saħħa tat-trabi u tat-tfal iż-żgħar.

    (2) Fuq il-bażi ta' l-opinjonijiet mogħtija mill-Kumitat Xjewntifiku ta' l-Ikel fid-19 ta' Settembru 1997 u fl-4 ta' Ġunju 1998, id-Direttiva 91/321/KEE stabbiliet livell massimu ġenerali ta' fdal ta' 0,01 mg/kg għal kull pestiċida individwali fil-formulae għat-trabi u l-formulae tal-prosegwiment.

    (3) Fil-każ ta' numru żgħir ta' pestiċidi jew metaboliti tal-pestiċidi saħansitra l-livell massima tal-fdal ta' 0,01 mg/kg, taħt l-agħar kondizzjonijiet tat-teħid, jippermetti lit-trabi u lit-tfal iż-żgħar li jaqbżu t-teħid aċettabbli ta' kuljum. Dan huwa l-każ għall-pestiċidi jew il-metaboliti tal-pestiċidi b'teħid ta' kuljum aċċettabbli ta' inqas minn 0,0005 mg/kg tal-piż tal-ġisem.

    (4) Id-Direttiva 91/321/KEE tistabbilixxi l-prinċipju tal-projbizzjoni ta' l-użu ta' dawn il-pestiċidi fil-produzzjoni tal-prodotti agrikoli maħsuba għall-formulae għat-trabi u l-formulae tal-prosegwiment. Il-pestiċidi fil-kwistjoni għandhom jiġu elenkati fl-Anness IX mad-Direttiva 91/321/KEE. Madankollu, din il-projbizzjoni mhux neċessarjament tiggarantixxi illi l-prodoti jkunu ħielsa mill-pestiċidi, ġaladarba wħud mill-pestiċidi jniġġżu l-ambjent u l-fdalijiet tagħhom jistgħu jinstabu fil-prodotti interessati.

    (5) Is-saħħa tat-trabi u tat-tfal iż-żgħar tista' tiġi protetta aħjar billi jiġu applikati l-ħtiġiet addizzjonali li jistgħu jiġu infurzati minn analiżi jkun xi jkun l-oriġini tal-prodott.

    (6) Il-biċċa l-kbira tal-pestiċidi li jkollhom il-valuri tat-teħid ta' kujum aċċettabbli iktar baxx minn 0,0005 mg/kg tal-piż tal-ġisem huma diġà pprojbiti fil-Komunità jew iridu jiġu pprojbiti sa Lulju 2003. Il-pestriċidi pprojbiti ma għandhomx jiġu mikxufa fil-formulae għat-trabi u l-formulae tal-prosegwiment mill-metodi analitiċi ta' l-iktar stat avvanzat. Madankollu, uħud mill-pestiċidi jiddegradaw bil-mod u jissoktaw iniġġżu l-ambjent. Jistgħu jkunu preżenti fil-formulae għat-trabi u l-formulae tal-prosegwiment saħansitra jekk ma jkunux intużaw. Għall-għanijiet tal-kontroll, irid jiġi segwit avviċinament armonizzat.

    (7) Sakemm jittieħdu d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar jekk jissodisfawx il-ħtiġiet tas-sigurtà ta' l-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 91414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tirrigwarda t-tqegħid fis-suq tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti [5], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/5/KE [6], l-użu ssoktat tal-pestiċidi awtorizzati għandu jiġi permess sakemm il-fdalijiet tagħhom jikkonformaw mal-livelli massimi tal-fdalijiet stabbiliti fid-Direttiva preżenti. Dawn ta' l-aħħar għandhom jiġu ffissati il-livelli li jiżguraw illi l-valuri tat-teħid tagħhom ta' kuljum ma jkunux inqabżu mit-trabi u t-tfal iż-żgħar taħt l-agħar kondizzjonijiet tat-teħid.

    (8) Id-Direttiva 91/321/KEE għandha tiġi emendata kif jixraq.

    (9) Il-miżuri pprovvduti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Id-Direttiva 91/321/KEE hija emendata kif ġej:

    1. L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:

    - Il-paragrafu 1 jiġi mibdul b'dan li ġej:

    "1. Il-formulae għat-trabi u l-formulae tal-prosegwiment ma għandu jkun fihom l-ebda sustanza fil-kwantita li tipperikola s-saħħa tat-trabi u tat-tfal iż-żgħar. Il-liveli massimi meħtieġa għandhom jiġu stabbiliti mingħajr dewmien."

    - Il-paragrafu 3 jiġi mibdul b'dan li ġej:

    "3. (a) Dawk il-pestiċidi elenkati fl-Anness IX ma għandhomx jintużaw fil-prodotti agrikoli maħsuba għall-produzzjoni tal-formulae għat-trabi u l-formulae tal-prosegwiment. Madankolli, bil-għan tal-kontroll:

    (i) il-pestiċidi elenkati fit-Tabella 1 ta' l-Anness IX huma meqjusa li ma kenux intużati jekk il-fdalijiet tagħhom ma jaqbżux il-livell ta 0,003 mg/kg. Dan il-livell li huwa kkunsidrat il-limitu tal-kwantifikazzjoni tal-metodi analitiċi għandu jinżamm taħt rivista regolari fid-dawl tal-progress tekniku;

    (i) il-pestiċidi elenkati fit-Tabella 2 ta' l-Anness IX huma meqjusa li ma kenux intużati jekk il-fdalijiet tagħhom ma jaqbżux il-livell ta 0,003 mg/kg. Dan il-livell li huwa kkunsidrat il-limitu tal-kwantifikazzjoni tal-metodi analitiċi għandu jinżamm taħt rivista regolari fid-dawl tal-progress tekniku;

    (b) Bħala deroga mill-paragrafu 2, għall-pesriċidi elenkati fl-Anness X, għandhom japplikaw il-livelli massimi tal-fdal speċifikati fih.

    Għall-pestiċidi elenkati fl-Anness X, meta ittieħed deċiżjoni li tirrigwarda in-nuqqas ta' l-inklużjoni ta' sustanza attiva fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE, għandhom jiġu emendati l-Anness IX u l-Anness X ma' din id-Direttiva kif jixraq.

    (ċ) Il-livelli massimi riferiti fis-subparagrafi (a) u (b) għandhom japplikaw għall-prodotti kif proposti lesti għall-konsum jew ikkostitwiti mill-ġdid skond l-istruzzjonijiet tal-fabbrikanti."

    2. L-Anness IX jiġi mibdul bl-Anness I ma' din id-Direttiva.

    3. Jiżdied l-Anness II ma' din id-Direttuva bħala l-Anness X.

    Artikolu 2

    1. L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw il-kummerċ fil-prodotti li jikkonformaw ma' l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 91/321/KEE l-iktar tard sas-6 ta' Marzu 2004.

    2. L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-kummerċ fil-prodotti li ma jikkonformawx ma' l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 91/321/KEE sas-6 ta' Marzu 2005.

    Artikolu 3

    L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva l-iktar tard sas-6 ta' Marzu 2004. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan minnufih.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif trid issir din ir-referenza.

    Artikolu 4

    Din id-Direttuva għandha tidħol fis-seħħ fil-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 5

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fl-10 ta' Frar 2003.

    Għall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 186, tat-30.6.1989, p. 27.

    [2] ĠU L 172, tat-8.7.1999, p. 38.

    [3] ĠU L 175, ta' l-4.7.1991, p. 35.

    [4] ĠU L 139, tat-2.6.1999, p. 29.

    [5] ĠU L 230, tad-19.8.1991, p. 1.

    [6] ĠU L 8, ta' l-14.1.2003, p. 7.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS I

    "

    L-ANNESS IX

    Il-pestiċidi li ma għandhomx jintużaw fil-produzzjoni agrikola maħsuba għall-produzzjoni tal-formulae għat-trabi u l-formulae tal-prosegwiment.

    Tabella 1

    L-isem kimiku tas-sustanza (id-definizzjoni tal-fdal)

    Id-Disulfoton (is-somma tad-disulfoton, is-sulfossid tad-disulfoton u s-sulfon tad-disulfoton expressi bħala disulfoton)

    Il-Fensulfozjon (is-somma tal-fensulfozjon, l-analogu ossiġenu iegħu u s-sulfoni tagħhom espressi bħala fensulfozjon)

    Il-Fentin, espress bħala trifeniltinkazzjoni

    L-Alossifop (is-somma ta' l-alossifop, l-imluħ u lesteri tiegħu inklużi l-konjugati, espressi bħala alossifop)

    L-Eptaklor u epossid tat-trans-eptaklor, espressi bħala eptaklor

    L-Eksaklorobenżene

    In-Nitrofen

    L-Ometoat

    It-Terbufos (is-somma tat-terbufos, is-sulfossid u s-sulfon tiegħu expressi bħala terbufos)

    Tabella 2

    L-isem kimiku tas-sustanza

    L-Aldrin u d-Dieldrin, espressi bħala dieldrin

    L-Endrin

    "

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS II

    "

    L-ANNESS X

    Il-livelli speċifiċi massimi tal-fdalijiet tal-pestiċidi jew il-metaboliti tal-pestiċidi fil-formulae għat-trabi u l-formulae tal-prosegwiment

    L-Isem kimiku tas-sustanza | Il-livell massimu tal-fdal (mg/kg) |

    Il-Kadisafos | 0,006 |

    Id-Demeton-S-metil/demeton-S-metil sulfone/ossidemeton-metil (individwalmentjew ikkombinati, espressi bħala demeton-S-metil) | 0,006 |

    L-Etoptofos | 0,008 |

    Il-Fipronil (is-somma tal-fipronil u l-fipronil-desulfinil, espressi bħala fipronil) | 0,004 |

    Il-Propineb/propilenezjourea (is-somma tal-propineb u l-propilenezjourea) | 0,006 |

    "

    --------------------------------------------------

    Início