Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003L0002

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/2/KE tas-6 ta’ Jannar 2003 dwar restrizzjonijiet fuq il-marketing u l-użu ta’ l-arseniku (l-għaxar adattament għall-progress tekniku tad-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE)Test b’rilevanza għaż-ŻEE

ĠU L 4, 9.1.2003, pp. 9–11 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/05/2009

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/2/oj

32003L0002



Official Journal L 004 , 09/01/2003 P. 0009 - 0011


Direttiva tal-Kummissjoni 2003/2/KE

tas-6 ta’ Jannar 2003

dwar restrizzjonijiet fuq il-marketing u l-użu ta’ l-arseniku (l-għaxar adattament għall-progress tekniku tad-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l- dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta’ ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi [1], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/62/KE [2] u b’mod partikolari l-Artikolu 2(a) tagħha, introdott mid-Direttiva tal-Kunsill 89/678/KEE [3],

Billi:

(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 89/677/KEE [4] li temenda għat-tmien darba d-Direttiva 76/769/KEE tqiegħed ċerti restrizzjonijiet fuq il-marketing u l-użu ta’ l-arseniku.

(2) Fil-qafas ta’ reviżjoni tal-leġislazzjoni Komunitarja li tikkonċerna l-użu ta’ komposti b’bażi ta’ l-arseniku għall-preservazzjoni ta’ l-injam wara l-adeżjoni ta’ l-Awstrija, tal-Finlandja u ta’ l-Isvezja fl-Unjoni Ewropea fl-1995, twettqu stima tar-riskji u analiżi tal-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ aktar restrizzjonijiet fuq l-arseniku f’ċerti preservattivi ta’ l-injam [5].

(3) L-istima tar-riskju ġiet irreferuta lill-Kumitat Xjentifiku dwar it-Tossiċità, l-Ekotossiċità u l-Ambjent (CSTEE) għal reviżjoni ta’ pari [6] u CSTEE ikkonkluda li r-riskji prinċipali kienu ġew identifikati b’mod korrett. Dawn ir-riskji jinkludu dawk għas-saħħa umana mir-rimi ta’ l-injam li ġie ttrattat b’preservattivi ta’ l-injam li fihom ir-ram, il-kromju u l-arseniku (CCA) u b’mod partikolari riskji għas-saħħa tat-tfal mill-użu ta’ injam ittrattat bis-CCA f’tagħmir għall-parks tal-logħob. Ġie identifikat ukoll riskju għall-ambjent akwatiku f’ċerti ibħra marittimi.

(4) Is-CSTEE irrakkomanda wkoll li fid-dawl ta’ nuqqas serju ta’ tagħrif fir-rigward ta’ injam ittrattat bl-arseniku fir-radam, ikun opportun li wieħed ikun kawt billi jillimita l-użu ta’ preservazzjoni ta’ l-injam b’bażi ta’ l-arseniku għal dawk is-sitwazzjonijiet fejn huwa assolutament neċessarju.

(5) F’konsiderazzjoni oħra dwar l-effetti ta’ l-arseniku fuq is-saħħa [7], is-CSTEE ikkonkluda li s-sustanza hi kemm ġenotossika kif ukoll karċinoġenu magħruf sew, u li jista’ jkun xieraq li jkun ikkunsidrat li ma jeżistu l-ebda limiti għall-effett karċinoġeniku.

(6) L-iskart ta’ l-injam ittrattat b’CCA ġie kklassifikat bħala skart perikoluż skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE tat-3 ta’ Mejju 2000 li tissostitwixxi d-Deċiżjoni 94/3/KE li tistabbilixxi lista ta’ skart skond l-Artikolu 1(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE dwar l-iskart u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/904/KE li tistabbilixxi lista ta’ skart perikoluż skond l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KE dwar skart perikoluż [8] kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/573/KE [9].

(7) Id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti bijoċidji [10] tistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-armonizzazzjoni ta’ l-awtorizzazzjoni ta’ bijoċidji f’livell komunitarju u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1896/2000 tas-7 ta’ Settembru 2000 dwar l-ewwel fażi tal-programm imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prodotti bijoċidi [11], jeħtieġ li preservattivi ta’ l-injam għandhom ikunu valutati bi priorità fil-programm ta’ reviżjoni stabbilit taħt id-Direttiva 98/8/KE. L-arseniku ġie identifikat u nnotifikat bħala sustanza attiva fi ħdan l-iskadenza stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1896/2000. Sat-28 ta’ Marzu 2004 għandu jiġi ppreżentat dossier komplet għall-valutazzjoni ta’ l-arseniku bħala sustanza eżistenti.

(8) Fir-rigward ta’ l-istima tar-riskju u filwaqt li jittieħed kont tal-prinċipju ta’ prekawzjoni, sakemm isseħħ l-armonizzazzjoni tar-regoli taħt id-Direttiva 98/8/KE jew Deċiżjoni skond l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 1896/2000, hu neċessarju li r-restrizzjonijiet fuq l-arseniku fid-Direttiva 76/769/KEE jiġu adattati għall-progress tekniku. Din id-Direttiva ma tapplikax għall-injam ittrattat b’CCA diġà fil-funzjoni tiegħu.

(9) Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għal-leġislazzjoni komunitarja li tistabbilixxi ħtiġiet minimi għall-protezzjoni tal-ħaddiema, b’mod partikolari d-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri li jinkoraġġixxu titjib fis-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema fuq ix-xogħol [12], id-Direttiva tal-Kunsill 90/394/KEE tat-28 ta’ Ġunju 1990 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji li ġejjin minn espożizzjoni għal karċinoġeni waqt ix-xogħol (Is-Sitt Direttiva individwali fis-sens ta’ l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) [13], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 1999/38/KE [14] u d-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE tas-7 ta’ April 1998 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn aġenti kimiċi waqt ix-xogħol (l-14-il Direttiva individwali fis-sens ta’ l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) [15].

(10) Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-adattament għal progress tekniku tad-direttivi dwar it-tneħħija ta’ ostakli tekniċi għal kummerċ f’sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 76/769/KEE hu hawnhekk emendat kif stabbilit fl-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2003. Għandhom jinformaw minnufih lill-Kummissjoni b’dan. Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2004.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-6 ta’ Jannar 2003.

Għall-Kummissjoni

Erkki Liikanen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 262, tas-27.9.1976, pġ. 201.

[2] ĠU L 183, tat-12.7.2002, pġ. 58.

[3] ĠU L 398, tat-30.12.1989, pġ. 24.

[4] ĠU L 398, tat-30.12.1989, pġ. 19.

[5] Assessjar tar-Riskji għas-Saħħa u għall-Ambjent, tal-Arseniku fil-Presarvativi tal-Injam u tal-Effetti ta’ Aktar Restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu tiegħu, 1998

[6] http://europa.eu.int/comm/food/fs/sc/sct/out18_en.html.

[7] http://europa.eu.int/comm/food/fs/sc/sct/out106_en.html.

[8] ĠU L 226, tas-6.9.2000, pġ. 3.

[9] ĠU L 203, tat-28.7.2001, pġ. 18.

[10] ĠU L 123, ta’ l-24.4.1998, pġ. 1.

[11] ĠU L 228, tat-8.9.2000, pġ. 6.

[12] ĠU L 183, tad-29.6.1989, pġ. 1.

[13] ĠU L 196, tas-26.7.1990, pġ. 1.

[14] ĠU L 138, ta’ l-1.6.1999, pġ. 66.

[15] ĠU L 131, tal-5.5.1998, pġ. 11.

--------------------------------------------------

ANNESS

Il-punt 20 ta’ l-Anness I għad-Direttiva 1976/769/KEE hu sostitwit b’dan li ġej:

"20. Komposti ta’ l-arseniku | 1.Ma jistgħux jintużaw bħala sustanzi u kostitwenti ta’ preparazzjonijiet maħsuba għal użu: |

(a)biex jipprevjenu t-tħammiġ minn mikro-organiżmi, pjanti jew animali:tal-buqijiet ta’ dgħajjes,tal-gaġeġ, floats, xbieki u kwalunkwe għodda u tagħmir ieħor użati għat-trobbija tal-ħut jew tal-molluski,kwalunkwe għodda jew tagħmir mgħarraq kompletament jew parzjalment. |

(b)fil-preservazzjoni ta’ l-injam. Barra dan, injam hekk ittrattat ma jistax jitqiegħed fis-suq; |

(ċ)madankollu, b’deroga: |

(i)li tirrelata mas-sustanzi u mal-preparazzjonijiet fil-preservazzjoni ta’ l-injam; dawn jistgħu jintużaw biss f’impjanti industrijali taħt vakwu jew taħt pressjoni biex jiddaħħlu fl-injam jekk huma soluzzjonijiet ta’ komposti inorganiċi tar-ram, kromju, arseniku (CCA) tip Ċ. L-injam hekk ittrattat ma jistax jitqiegħed fis-suq qabel it-twaħħil komplet tal-preservattiv. |

(ii)li tirrelata ma’ l-injam ittrattat b’soluzzjonijiet CCA fi stallazzjonijiet industrijali skond il-punt (i): dan jista’ jitqiegħed fis-suq għal użu professjonali u industrijali basta li l-integrità strutturali ta’ l-injam hi meħtieġa għas-sigurtà tal-bniedem jew tal-bhejjem, u meta mhux probabbli li jidħol f’kuntatt mal-ġilda tal-pubbliku ġenerali matul il-ħajja ta’ servizz tiegħu:fl-istrutturi ta’ l-injam f’bini pubbliku u agrikolu, bini ta’ l-uffiċċji u żoni industrijali,f’pontijiet,f’konstruzzjonijiet ta’ l-injam f’żoni ta’ l-ilma ħelu u ta’ ilmijiet salmastri eż. mollijiet u pontijiet,f’barrikati għal kontra l-ħsejjes,f’sistemi ta’ kontroll ta’ valangi,fi ċnut u barrikati ta’ l-awtostrada,f’palijiet tal-koniferi tondi u mqattgħin mill-qoxra għall-bhejjem.fi strutturi għaż-żamma tal-ħamrijaf’arbli tal-linji elettriċi u tat-telekomunikazzjonifi travijiet ta’ l-injam għall-ħadidiet tal-ferrovija ta’ taħt l-art. |

Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet Komunitarji oħra dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikettjar ta’ sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi, l-injam ittrattat kollu mqiegħed fis-suq għandu jkun individwalment immarkat "Għal impjanti u użu professjonali u industrijali biss, fih l-arseniku". Ma’ dan, l-injam kollu mqiegħed fis-suq f’pakketti għandu wkoll ikollu tikketta li tiddikjara "Ilbes l-ingwanti meta tuża dan l-injam. Ilbes maskra għal kontra t-trab u protezzjoni ta’ l-għajnejn meta taqta’ jew inkella taħdem dan l-injam. Skart minn dan l-injam għandu jkun ttrattat bħala perikoluż minn impriża awtorizzata". |

(iii)Injam ittrattat imsemmi fil-punti (i) u (ii) ma jistax jintuża:f’kostruzzjonijiet residenzjali jew domestiċi, ikun xi jkun l-iskop,fi kwalunkwe applikazzjoni fejn hemm riskju ta’ kuntatt ripetittiv mal-ġilda,f’ibħra marittimi,għal skopijiet agrikoli għajr għal palijiet għall-bhejjem u għal użi strutturali skond il-punt (ii),fi kwalunkwe applikazzjoni fejn l-injam ittrattat jista’ jiġi f’kuntatt ma’ prodotti intermedji jew lesti, maħsuba għal konsum mill-bniedem u/jew mill-annimali. |

2.Ma jistgħux jintużaw bħala sustanzi u kostitwenti ta’ preparazzjonijiet maħsuba għal użu fit-trattament ta’ ilmijiet industrijali, irrispettivament mill-użu tagħhom." |

--------------------------------------------------

Top