Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003D0899

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Novembru 2003 li tagħti (tikkonċedi) lil ċerti partijiet eżenzjoni mill-estensjoni għal ċerti partijiet ta’ roti, bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97, ta’ dazju kontra l-iddampjar fuq roti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina impost bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2474/93, u miżmum bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1524/2000, u li tneħħi s-sospensjoni tal-pagament tad-dazju kontra l-iddampjar estiż għal ċertu partijiet ta’ roti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina mogħtija lil ċerti partijiet skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97 (innotifikat taħt id-dokument numru C(2003) 4419)

    ĠU L 336, 23.12.2003, p. 101–106 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/899/oj

    32003D0899



    Official Journal L 336 , 23/12/2003 P. 0101 - 0106


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tat-28 ta’ Novembru 2003

    li tagħti (tikkonċedi) lil ċerti partijiet eżenzjoni mill-estensjoni għal ċerti partijiet ta’ roti, bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97, ta’ dazju kontra l-iddampjar fuq roti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina impost bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2474/93, u miżmum bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1524/2000, u li tneħħi s-sospensjoni tal-pagament tad-dazju kontra l-iddampjar estiż għal ċertu partijiet ta’ roti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina mogħtija lil ċerti partijiet skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97

    (innotifikat taħt id-dokument numru C(2003) 4419)

    (2003/899/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet iddampjati minn pajjiżi m’humiex membri tal-Komunità Ewropea [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1972/2002 [2] (ir-Regolament bażiku),

    Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97 ta’ l-10 ta’ Jannar 1997 li jestendi d-dazju definittiv kontra l-iddampjar impost bir-Regolament (KEE) Nru 2474/93 fuq roti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ ċerti partijiet ta "roti mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, u li jintaxxa d-dazju estiż fuq importazzjonijiet tali reġistrati taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 703/96 [3], u miżmum bir-Regolament tal-Kunsill (KE) No 1524/2000 [4] (ir-Regolament li jestendi),"

    Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97 ta’ l-20 ta’ Jannar 1997 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ l-eżenzjoni ta’ importazzjonijiet ta’ ċerti partijiet ta’ roti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina mill-estensjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97 tad-dazju kontra l-iddampjar impost bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2474/93 [5] (ir-Regolament ta’ l-eżenzjoni), miżmum bir-Regolament (KE) Nru 1524/2000, u b’mod partikolari Artikolu 7 tiegħu,

    Wara li konsultat lill-Kumitat Konsultattiv,

    Billi:

    (1) Wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta’ eżenzjoni, numru ta’ montaturi ta’ roti sottomettew talbiet skond Artikolu 3 ta’ dak ir-Regolament għal eżenzjoni tad-dazju kontra l-iddampjar kif estiż għal importazzjonijiet ta’ ċerti partijiet ta’ roti mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97 (id-dazju estiż kontra l-iddampjar). Il-Kummissjoni pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea listi suċċessivi ta’ applikanti [6] li għalihom pagament tad-dazju estiż kontra l-iddampjar rigward l-importazzjonijiet tagħhom ta’ partijiet essenzali ta’ roti dikjarati għal ċirkolazzjoni libera kien sospiż skond Artikolu 5(1)tar-Regolament ta’ l-eżenzjoni.

    (2) Il-Kummissjoni talbet u rċeviet mill-partijiet elenkati fit-Tabella 1 hawn aktar "l isfel l-informazzjoni kollha rekwiżita għad-determinazzjoni ta’ l-ammissibilita tat-talbiet tagħhom. L-informazzjoni provduta kienet eżaminata u verifikata, fejn meħtieġ, fil-post tal-partijiet ikkonċernati. Ibbażata fuq din l-informazzjoni, l-Kummissjoni sabet li t-talbiet issottomessi mill-partijiet elenkati fit-Tabella 1 hawn iktar" l isfel huma ammissibbli skond Artikolu 4(1) tar-Regolament ta’ eżenzjoni.

    TABELLA 1

    Isem | Belt | Pajjiż | Kodiċi addizzjonali TARIC |

    Ottobici srl | Z.I. Località Terzerie I-84053 Cicerale (SA) | L-Italja | A243 |

    Heinrich Böttcher GmbH & Co. KG | Waldstraße 3 D-25746 Wesseln/Heide | Il-Ġermanja | A415 |

    Sangal Lda — Indústria de Veículos, | Rua do Serrado — Apartado 21 P-3781 – 908 Sangalhos | Il-Portugall | A407 |

    Biciclasse CS SRL | Via Roma, 4 I-84020 Oliveto Citra | L-Italja | A359 |

    GFM Bike di Ingarao Franco | Via Circonvallazione, 32 I-94011 Agira | L-Italja | A360 |

    Jose Alvarez SA | Z.I. de l’Hippodrome F-32020 Auch Cedex 09 | Franza | A374 |

    Epple Zweirad GmbH | Mittereschweg 1 D-87700 Memmingen | Il-Ġermanja | A376 |

    F.A.A.C. Snc di Sbrissa F.lli & C. | Via Monte Antelao 11/a I-31030 Bessica di Loria | L-Italja | A377 |

    Toim SL | C/. Jarama — Parcela 138 Polígono indus-trial E-45007 Toledo | Spanja | A384 |

    Veronese Luigi Snc di Veronese Paolo e Elisabetta (Cicli Roveco) | Via Umberto I 508 I-45023 Costa di Rovigo | L-Italja | A402 |

    Telai Olagnero Srl | Strada Valle Maira I-12020 Roccabruna | L-Italja | A403 |

    Steppenwolf GmbH | Wetterstreinstraße, 18 D-82024 Taufkirchen | Il-Ġermanja | A406 |

    B -- tecnología SA | Ag Panteleimonas — N. Santa GR-61100 Dimou Gallikou — Kilkis | Il-Greċja | A411 |

    Atala SpA | Via Lussemburgo 31/33 I-35127 Padova | L-Italja | A412 |

    Norta N.V. | Stradsestraat 17 B-2250 Olen | Il-Belġju | A413 |

    Cicli Roger di Rubin Giorgio Sas | Via delle Industrie 2/72 I-30020 Meolo | L-Italja | A422 |

    Carnielli Fitness Spa | Via Menarè 296 I-31029 Vittorio Veneto | L-Italja | A423 |

    (3) Il-fatti kif finalment aċċertati mill-Kummissjoni juru li għal dawn l-operazzjonijiet kollha ta’ l-immuntar ta’ roti ta’ l-applikanti, l-valur tal-partijiet li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina li kienu wżati fl-operazzjonijiet ta’ immuntar tagħhom kien aktar baxx minn 60 % tal-valur totali tal-partijiet użati f’dawn l-operazzjonijiet ta’ immuntar tagħhom, u huma, għalhekk, jaqgħu barra l-ambitu ta’ Artikolu 13(2) tar-Regolament bażiku.

    (4) Għar-raġunijiet ta’ hawn aktar "il fuq, u skond Artikolu 7(1) tar-Regolament ta’ eżenzjoni, l-partijiet elenkati fit-tabella ta’ hawn aktar" il fuq għandhom ikunu eżentati mid-dazju estiż kontra l-iddampjar.

    (5) Skond Artikolu 7(2) tar-Regolament ta’ eżenzjoni, l-eżenzjoni tal-partijiet elenkati fit-Tabella 1 mid-dazju estiż kontra l-iddampjar għandha tieħu effett mid-data ta’ l-irċevuta tat-talbiet tagħhom. Barra minn dan, id-dejn doganali tagħhom rigward id-dazju estiż kontra l-iddampjar għandu jitqies bħala null mid-data ta’ l-irċevuta tat-talbiet għal eżenzjoni tagħhom.

    (6) Il-partijiet elenkati fit-Tabella 2 hawn aktar "l isfel issottomettew ukoll talbiet għal eżenzjoni mid-dazju estiż kontra l-iddampjar."

    TABELLA 2

    Isem | Belt | Pajjiż | Kodiċi addizjonali TARIC |

    A.J. Maias, Lda | Ajmaia P — Apartado 27 P-3781-908 Sangallhos | Il-Portugall | A401 |

    Faema Cicli Picc. Soc. Coop.ARL | Via Nicosia 6 I-93017 San Cataldo | L-Italja | A358 |

    Reece Cycles Plc | 106-114 Emily Street Birmingham — B12 OSL Ir-Renju Unit | Ir-Renju Unit | A385 |

    Bikedirect Europa Ltd | Unit 8 Parc Hafren — Business Park Llanidloes;Powys;SY18 6RB Ir-Renju Unit | Ir-Renju Unit | A399 |

    Coster SNC di Lazzarini Nadia e Pagani Patrizia | Piazza Borromeo 10 I-20123 Milano | L-Italja | A414 |

    Rigward dawn it-talbiet, għandu jkun innotat li:

    (a) tnejn min dawk il-partijiet naqsu li jissottomettu l-informazzjoni meħtieġa mitluba mill-Kummissjoni;

    (b) parti oħra rtirat it-talba tagħha għall-eżenzjoni;

    (ċ) parti oħra ma nstabitx fl-indirizz indikat fl-applikazzjoni;

    (d) l-aħħar applikant saritlu żjara fuq il-post minn uffiċjali tal-Kummissjoni u nstab li matul il-perjodu ta’ l-eżami (is-sena finanzjarja 2002), il-partijiet ta’ roti mixtrija minn dak l-applikant inbiegħu lil partijiet terzi u sussegwentement kienu immuntati, flimkien ma’ partijiet oħra ta’ roti, minn dak l-applikant f’isem is-sidien il-ġodda tat-totalita tal-partijiet ta’ roti. Għalhekk, mhux possibbli li jkun aċċertat li l-valur tal-partijiet li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina li ntużaw fl-operazzjoni ta’ immuntar tiegħu kienx aktar baxx minn 60 % tal-valur totali tal-partijiet użati u ġie konkluż li l-applikant ma jaqax fl-ambitu ta’ Artikolu 13(2).

    (7) Labarba l-partijiet elenkati fit-Tabella 2 naqsu li jissodisfaw il-kriterji għal eżenzjoni stabbiliti bl-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ eżenzjoni, l-Kummissjoni kellha tirrifjuta t-talbiet għal eżenzjoni tagħhom, skond Artikolu 7(3) tar-Regolament. Fid-dawl ta’ dan, is-sospensjoni għall-pagament tad-dazju estiż kontra l-iddampjar li jirreferi għalih Artikolu 5 tar-Regolament ta’ l-eżenzjoni għandha titneħħa u d-dazju estiż kontra l-iddampjar għandu jitħallas (jinġabar) mid-data ta’ l-irċevuta tat-talbiet issottomessi minn dawn il-partijiet.

    (8) Wara l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, lista aġġornata tal-partijiet eżentati skond Artikolu 7 tar-Regolament ta’ eżenzjoni u l-partijiet li t-talbiet tagħhom skond Artikolu 3 ta’ dak ir-Regolament qegħdin ikunu eżaminati għandha tkun ippubblikata fis-serje "C" tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea skond Artikolu 16(2) ta’ dak ir-Regolament,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-partijiet elenkati hawn aktar ‘l isfel fit-Tabella 1 huma b’dan eżentati mill-estensjoni għal importazzjonijiet ta’ ċerti partijiet ta’ roti mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina bir-Regolament (KE) Nru 71/97 tad-dazju definittiv kontra l-iddampjar impost fuq roti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina bir-Regolament (KEE) Nru 2474/93, u miżmum bir-Regolament (KE) Nru 1524/2000.

    L-eżenzjonijiet għadhom jieħdu effett (jidħlu fis-seħħ) b’relazzjoni ma’ kull parti mid-data relevanti murija fil-kolonna intitolata "Data ta’ effett".

    TABELLA 1

    Lista tal-partijiet li għandhom ikunu eżentati

    Isem | Belt | Pajjiż | Eżenzjoni skond ir-Regolament (KE) Nru 88/97 | Data ta’ effett | Kodiċi addizzjonali TARIC |

    Ottobici srl | Z.I. Località Terzerie I-84053 Cicerale (SA) | L-Italja | Artikolu 7 | 5.1.2001 | A243 |

    Heinrich Böttcher GmbH & Co. KG | Waldstraße 3 D-25746 Wesseln/Heide | Il-Ġermanja | Artikolu 7 | 7.3.2001 | A415 |

    Sangal — Indústria de Veículos, Lda | Rua do Serrado— Apartado 21 P-3781-908 Sangalhos | Il-Portugall | Artikolu 7 | 15.10.2001 | A407 |

    Biciclasse CS SRL | Via Roma 4 I-84020 Oliveto Citra | L-Italja | Artikolu 7 | 1.3.2002 | A359 |

    GFM Bike di Ingarao Franco | Via Circonvallazione 32 I-94011 Agira | L-Italja | Artikolu 7 | 18.3.2002 | A360 |

    Jose Alvarez SA | Z.I. de l’Hippodrome F-32020 Auch Cedex 09 | Franza | Artikolu 7 | 26.3.2002 | A374 |

    Epple Zweirad GmbH | Mittereschweg 1 D-87700 Memmingen | Ġermanja | Artikolu 7 | 15.4.2002 | A376 |

    F.A.A.C. F.lli & C. Snc di Sbrissa | Via Monte Antelao 11/a I-31030 Bessica di Loria | L-Italja | Artikolu 7 | 23.4.2002 | A377 |

    Toim SL | C/. Jarama — Parcela 138 Polígono industrial E-45007 Toledo | Spanja | Artikolu 7 | 7.5.2002 | A384 |

    Veronese Veronese betta — Luigi s.n.c. di Paolo e Elisa-Cicli Roveco | Via Umberto I 508 I-45023 Costa di Rovigo | L-Italja | Artikolu 7 | 12.6.2002 | A402 |

    Telai Olagnero Srl | Strada Valle Maira I-12020 Roccabruna | L-Italja | Artikolu 7 | 18.7.2002 | A403 |

    Steppenwolf GmbH | Wetterstreinstraße, 18 D-82024 Taufkirchen | Il-Ġermanja | Artikolu 7 | 24.7.2002 | A406 |

    B — tecnología SA | Ag Panteleimonas — N. Santa GR-61100 Dimou Gallikou -- Kilkis | Il-Greċja | Artikolu 7 | 6.9.2002 | A411 |

    Atala SpA | Via Lussemburgo 31/33 I-35127 Padova | L-Italja | Artikolu 7 | 23.9.2002 | A412 |

    Norta NV | Stradsestraat 17 B-2250 Olen | Il-Belġju | Artikolu 7 | 24.9.2002 | A413 |

    Cicli Roger di Rubin Giorgio Sas | Via delle Industrie 2/72 I-30020 Meolo | L-Italja | Artikolu 7 | 22.11.2002 | A422 |

    Carnielli Fitness Spa | Via Motta 296 I-31029 Vittorio Veneto | L-Italja | Artikolu 7 | 16.12.2002 | A423 |

    Artikolu 2

    It-talbiet għal eżenzjoni mid-dazju estiż kontra l-iddampjar magħmula skond Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 88/97 mill-partijiet elenkati hawn iktar "l isfel fit-Tabella 2 huma b’dan irrifjutati."

    Is-sospensjoni tal-pagament tad-dazju estiż kontra l-iddampjar skond Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 88/97 hija b’dan imneħħija għall-partijiet ikkonċernati mid-data relevanti murija fil-kolonna intitolata "Data ta’ effett".

    TABELLA 2

    Lista tal-partijiet li għalihom is-sospensjoni għandha titneħħa

    Isem | Belt | Pajjiż | Sospensjoni skond ir-Regolament (KE) Nru 88/97 | Data ta "effett" | Kodiċi addizzjonali TARIC |

    A.J. Maias, Lda | Ajmaia P — Apartado 27 P-3781-908 Sangalhos | Il-Portugall | Artikolu 5 | 12.12.2001 | A401 |

    Faema Cicli Picc. Soc. Coop. ARL | Via Nicosia 6 I-93017 San Cataldo | L-Italja | Artikolu 5 | 13.3.2002 | A358 |

    Reece Cycles Plc | 106-114 Emily Street Birmingham — B12 OSL Ir-Renju Unit | Ir-Renju Unit | Artikolu 5 | 7.5.2002 | A385 |

    Bikedirect Europa Ltd | Unit 8 Parc Hafren — Business Park Llanidloes;Powys;SY18 6RB Ir-Renju Unit | Ir-Renju Unit | Artikolu 5 | 24.6.2002 | A399 |

    Coster SNC di Lazzarini Nadia e Pagani Patrizia | Piazza Borromeo 10 I-20123 Milano | L-Italja | Artikolu 5 | 11.9.2002 | A414 |

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri u lill-partijiet elenkati f’Artikoli 1 u 2.

    Magħmula fi Brussel, fit-28 ta’ Novembru 2003.

    Għall-Kummissjoni

    Pascal Lamy

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] GU L 56, 6.3.1996, p. 1

    [2] GU L 305, 7.11.2002, p. 1

    [3] GU L 16, 18.1.1997, p. 55

    [4] GU L 175, 14.7. 2000, p. 39

    [5] GU L 17, 21.1.1997, p. 17

    [6] GU C 45, 13.2.1997, p. 3, GU C 112, 10.4.1997, p. 9, GU C 378, 13.12.1997, p. 2GU C 217, 11.7.1998, p. 9, GU C 37, 11.2.1999, p. 3, GU C 186, 2.7.1999, p. 6, GU C 216, 28.7.2000, p. 8, GU C 170, 14.6.2001, p. 5, GU C 103, 30.4.2002 p. 2, GU C 43, 22.2.2003, p. 5.

    --------------------------------------------------

    Top