EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003D0886

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-10 ta’ Diċembru 2003 li tistabbilixxi l-kriterja għall-informazzjoni li għandha tkun ipprodvuta b’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE (notifikata permezz ta’ dokument numru K(2003) 4606)Test b’rilevanza ŻEE

ĠU L 332, 19.12.2003, p. 53–61 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/886/oj

32003D0886



Official Journal L 332 , 19/12/2003 P. 0053 - 0061


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

ta’ l-10 ta’ Diċembru 2003

li tistabbilixxi l-kriterja għall-informazzjoni li għandha tkun ipprodvuta b’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE

(notifikata permezz ta’ dokument numru K(2003) 4606)

(Test b’rilevanza ŻEE)

(2003/886/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa ta’ l-annimali li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju fl-annimali bovini u l-majjali [1], kif l-aħħar emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1226/2002 [2], u, partikolarment, l-Artikolu 8, it-tieni paragrafu tagħha,

Billi:

(1) Id-Direttiva 64/432/KEE tipprovdi li l-Istati Membru għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni dettalji dwar l-okkorenza tal-mard elenkat fl-Anness E(I) u b’xi mard ieħor kopert bil-garanziji addizzjonali li hemm provvediment dwarhom fil-leġislazzjoni tal-Komunità fit-territorju tagħha.

(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/677/KE [3] tat-22 ta’ Awissu 202, kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 203/394/KE [4] tistabbilixxi l-ħtiġiet normali tar-rapportaġġ għall-programmi ta’ l-eradikazzjoni u l-kontroll tal-mard ta’ l-annimali li kuma konġuntament-iffinanzjati mill-Komunità.

(3) L-informazzjoni ipprovduta mill-Istati Membri tista tkun użata mill-Kummissjoni sabiex tiddikjara lill-Istati Membri u r-reġjuni tal-Istati Membri uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolożi, mill-bruċellożi, jew lewkożi enżootika tal-bovini f’dak li jirigwardja merħliet ta’ bovini jew sabiex tissospendi jew tirrevoka dan l-istatus kif stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE [5].

(4) F’dak li jirrigwardja r-rinotraċejti bovina, l-informazzjoni ipprovduta mill-Istati Membri tista tkun użata mill-Kummissjoni sabiex tagħti jew tirtira l-garanziji addizzjonali għall-Istati Membri jew għar-reġjuni tal-Istati Membri bħala ħielsa mil-mard, kif elenkat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/42/KEE [6], jew li jkollhom programm obbligatorju eżistenti b’konformità mad-Direttiva 64/432/KEE.

(5) F’dak li jirigwardja l-infezzjoni Brucella suis u l-gastroenterite trasmissibbli, l-informazzjoni ipprovduta mill-Istati Membri tista tkun wżata mill-Kummissjoni sabiex tagħti jew tirtira l-garanziji addizzjonali għall-Istati Membri jew għar-reġjuni ta’ l-Istati Membri li jew ikollhom programm obbligatorju fis-seħħ jew li huma ħielsa mill-mard, b’konformità rispettivament ma l-Artikoli 9 u 10 tad-Direttiva 64/432/KEE.

(6) Ir-regoli ta’ l-informazzjoni li għandha tkun ipprovduta mill-Istati Membri f’dak li jirrigwardja l-marda Aujeszky huma stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 201/618/KE [7] u partikolarment fl-Anness IV ta’ dik id-Deċiżjoni.

(7) Sabiex tippermetti lill-Kummissjoni li tassessja sewwa s-sitwazzjoni tas-saħħa ta’ l-annimali, huwa wkoll xieraq li tkun armonizzata il-preżentazzjoni ta’ l-informazzjoni ipprovduta mill-Istati Membri dwar il-mard l-ieħor elenkat fid-Direttiva 64/432/KEE, i.e. ir-rabbja, il-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer, il-plewropnewmonja kontaġġjuża tal-bovini, il-marda veskulari tal-majjali, id-deni klassiku tal-majjali, id-deni Afrikan tal-majjali, l-infezzjoni Brucella suis, il-gastroenterite trasmissibbli u t-traċna meta dan il-mard ikun jista jaffettwa l-annimali bovini u porċini, waqt li tipprovdi għal ċerti derogi.

(8) Huwa għalhekk xieraq li tkun definita kritrerja uniformi għall-informazzjoni li għandha tkun ipprovduta mill-Istati Membri b’relazzjoni ma dawn il-mard.

(9) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Sa kemm ma jkunx mod ieħor meħtieġ bi qbil ma l-Artikoli 4 u 5 tad-Deċiżjoni 2002/677/KE, l-informazzjoni mwassla mill-Istati Membri lejn il-Kummissjoni bis-saħħa ta’ l-Artikolu 8 tad-Direttiva 64/432/KEE dwar l-okkorrenza tal-mard elenkat fl-Anness E ta’ dik id-Direttiva, bl-eċċezzjoni tal-marda ta’ Aujeszky, għandha tkun ibbażata fuq il-kriterja uniformi stabbilita fl-Annessi I sa VII ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tkun tapplika għall-ewwel darba għall-informazzjoni li għandha tintbgħat lill-Kummissjoni tal-31 ta’ Mejju 2004, f’dak li jirrgwardja s-sena 2003.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-10 ta’ Diċembru 2003.

Ghall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU C 121, tad-29.7.1964, p. 1977/64.

[2] ĠU L 179, tad-9.7.2002, p. 13.

[3] ĠU L 229, tas-27.8.2002, p. 24.

[4] ĠU L 136, ta’ l-4.6.2003, p. 8.

[5] ĠU L 156, tal-25.6.2003, p. 74.

[6] ĠU L 16, tal-25.1.1993, p. 50.

[7] ĠU L 215, tad-9.8.2001, p. 48.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS IV

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS V

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS VI

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS VII

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Top