EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003D0845

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Diċembru 2003 dwar miżuri ta' protezzjoni kontra l-blue tongue fl-importazzjoni ta' ċerti annimali, kif ukoll il-likwidu seminali, l-ova u l-embrijoni tagħhom mill-Albanija u l-Ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u s-Serbja u l-Montenegro (notifikata bid-dokument numru K(2003) 4526)Test b'relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 321, 6.12.2003, p. 61–61 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 01/07/2022

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/845/oj

32003D0845



Official Journal L 321 , 06/12/2003 P. 0061 - 0061


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-5 ta' Diċembru 2003

dwar miżuri ta' protezzjoni kontra l-blue tongue fl-importazzjoni ta' ċerti annimali, kif ukoll il-likwidu seminali, l-ova u l-embrijoni tagħhom mill-Albanija u l-Ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u s-Serbja u l-Montenegro

(notifikata bid-dokument numru K(2003) 4526)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2003/845/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 fejn hemm imniżżla l-principji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-kontroll veterinarju fuq dawk l-Annimali li ser jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u jemendaw Direttiva 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE [1], b'mod partikolari l-Artikolu 18 tagħha,

Billi:

(1) Bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/706/EC tas-27 Settembru 2001 li tirrigwarda l-miżuri ta' protezzjoni kontra l-blue tongue fl-importazzjoni ta' ċerti annimali kif ukoll il-prodotti tagħhom li ġejjin mill-Albanija, il-Bulgarija, l-Ex Repubblika tal-Macedonja u r-Repubblika Federali tal-Jugoslavja [2], ġiet projbita l-importazzjoni, minn dawn il-pajjiżi terzi, ta' l-ispeċi kollha ta' annimali ħajjin li huma suxxettibli għall-marda tal-Blue tongue (l-annimali kollha li jixtarru), wara li kien hemm avviżi tat-tifiqigħa tal-Blue tongue.

(2) Fuq il-bażi ta' l-informazzjoni riċevuta, il-Bulgarija tista' issa titqies bħala Stat liberu mill-'blue tongue'. Izda, m'hemmx tibdil fis-sitwazzjoni ta' l-Albanija, l-Ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u Serbja u Montenegro (l-ex Jugoslavja).

(3) Sabiex ikun hemm kjarezza fil-liġijiet Komunitarji, Deċiżjoni Nru 2001/706/KE għandha għalhekk tiġi mħassra u din id-Deċiżjoni għandha tieħu postha.

(4) Il-miżuri li ttieħdu f'din id-Deċiżjoni huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DECIZJONI:

Artikolu 1

1. L-Istati Membri m'għandhomx jawtorizzaw id-dhul ta' ċerti annimali ħajjin li huma suxxettibbli għall-'blue tongue' mill-Albanija jew li jgħaddu mill-Albanija, l-Ex Repubblika tal-Maċedonja u s-Serbja u l-Montenegro.

2. L-Istati Membri ma jistgħux jawtorizzaw d-dħul ta' likwidu seminali, ova u embrijoni li huma suxxettibbli għall-'blue tongue' mill-Albanija, l-Ex Repubblika Jugoslava tal-Macedonja u s-Serbja u l-Montenegro.

Artikolu 2

1. B'deroga mill-Artikolu 1(1) l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw id-dħul ta' speċi t'annimali ħajjin suxxettibbli għall-'blue tongue' li għaddew fi transitu mill-Albanija, l-Ex Repubblika Jugoslava tal-Macedonja u s-Serbja u l-Montenegro, sakemm il-'blue tongue' ma jkunx ta' perikolu għall-Istati Membri konċernati.

2. L-Istati Membri għandhom iżommu l-Kummissjoni infurmata dwar dawk il-kriterji li jintużaw biex tingħata d-deroga msemmija fil-paragrafu 1

Artikolu 3

Deċiżjoni Nru 2001/706/EC hija mħassra.

Referenzi għad-deċiżjoni mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ b'effett mid-9 ta' Diċembru 2003.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-5 ta' Diċembru 2003.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 268, ta’ l- 24.9.1991, pġ. 56. Id-direttiva ġiet emendata l-aħħar bid-Direttiva 96/43/EC (ĠU L 162, ta’ l- 1.7.1996, pġ. 1).

[2] ĠU L 260, tat-28.9.1, pġ. 37.

--------------------------------------------------

Top