This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32003D0798
2003/798/EC: Council Decision of 5 June 2003 concerning the conclusion of an Agreement aimed at renewing the Agreement on cooperation in science and technology between the European Community and the Government of the Russian Federation
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2003 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim immirat lejn it-tiġdid tal-Ftehim ta' Koperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-komunità Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni tar-Russja
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2003 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim immirat lejn it-tiġdid tal-Ftehim ta' Koperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-komunità Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni tar-Russja
ĠU L 299, 18.11.2003, p. 20–20
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/798/oj
Official Journal L 299 , 18/11/2003 P. 0020 - 0020
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2003 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim immirat lejn it-tiġdid tal-Ftehim ta' Koperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-komunità Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni tar-Russja (2003/798/KE) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi il-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari it-tieni paragrafu ta' l-Artikoli 170, flimkien ma l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2), u l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(3) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1], Billi: (1) B'din id-deċiżjoni tas-16 ta' Novembru 2000 [2], il-Kunsill approva l-konklużjoni tal-Ftehim ta' koperazzjoni fix-xjenza u teknoloġija bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa (min h awn il-quddiem imsejjaħ "Russja')." (2) L-Artikolu 12(b) tal-Ftehim jipprovdi kif ġej: "Dan il-Ftehim għandu jkun konkluż għal perjodu inizjali li jispiċċa fil-31 ta' Diċembru 2002 u jista' jkun imġedded bi Ftehim komuni bejn il-partijiet għal-perjodu addiżjonali ta' ħames snin". (3) B'nota verbali bid-data tad-19 ta' Settembru 2002, il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin staqsa għat-tiġdid tal-Ftehim msemmi hawn fuq għal ħames snin: il-partijiet tal-Ftehim jikkonsidra t-tiġdid tal-Ftehim għandu jkun għall-interess tat-tnejn. (4) Il-materjal li jinsab fil-Ftehim imġedded għandu jkun identiku bħal materjal kontenut fil-Ftehim li għadu kif spiċċa. (5) Il-Ftehim kien li jġedded il-Ftehim fuq koperazzjoni fix-xjenza u teknoloġija bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa għandu jkun approvat min-naħa tal-Komunità, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Il-mira tal-Ftehim kien għat-tiġdid tal-Ftehim ta' koperazzjoni fix-xjenza u teknoloġija bejn il-komunità Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni tar-Russja għal perjodu addizjonali ta' ħames snin huwa hawnhekk approvat mill-Komunità. It-test ta' dan il-Ftehim huwa anness ma' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill huwa ħawnhekk awtorizzat li jaħtar persuna(i) bil-poter li jiffirma l-Ftehim biex jesprimi il-kunsens tal-Komunità li jkun marbut biha. Magħmula fi Brussel, fil-5 ta' Ġunju 2003. F'isem il-Kunsill Il-President M. Stratakis [1] Opinjoni tat-13 ta' Mejju 2003 (għada mhux Ippublikata fil-ġurnal uffiċjali). [2] ĠU L 299, 28.11.00, p. 14. --------------------------------------------------