EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003D0766

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-24 ta’ Ottubru 2003 dwar miżuri ta’ emerġenza biex ma jitħalliex it-tixrid ta’ Diabrotica virgifera Le Conte fil-Komunità (notifikata bid-dokument numru K(2003) 3880)

ĠU L 275, 25.10.2003, p. 49–50 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 06/02/2014; Imħassar b' 32014D0062

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/766/oj

32003D0766



Official Journal L 275 , 25/10/2003 P. 0049 - 0050


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

ta’ l-24 ta’ Ottubru 2003

dwar miżuri ta’ emerġenza biex ma jitħalliex it-tixrid ta’ Diabrotica virgifera Le Conte fil-Komunità

(notifikata bid-dokument numru K(2003) 3880)

(2003/766/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar miżuri ta’ protezzjoni kontra l-introduzzjoni fil-Komunità ta’ organiżmi perikolużi għall-pjanti u għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom fil-Komunità [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/47/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 16(3), it-tielet sentenza tagħha,

Billi:

(1) Fl-2002, Franza u l-Awstrija informaw lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bit-tifqigħa għall-ewwel darba fit-territorji rispettivi tagħhom ta’ Diabrotica virgifera Le Conte (hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejħa "l-organiżmu") u bil-miżuri meħuda għall-kontroll tagħhom.

(2) FI-2002, il-kontroll ġie effettwat f’żoni fl-Italja li kienu diġà infettati bl-organiżmu, b’mod partikolari f’żoni ta’ monokultura ta’ qamħirrun u f’żoni ta’ introduzzjoni possibli ta’ l-organiżmu, bħal ajruporti u postijiet tad-dwana. Jidher li miżuri ta’ qirda meħuda fir-reġjun ta’ Veneto biex jillimitaw it-tixrid ta’ l-organiżmu kienu effettivi u n-numru ta’ l-organiżmu naqas; fil-Lombardia u fil-Piemonte nqabdu numru kbir ta’ organiżmu adult f’provinċji differenti, waqt li t-tifqigħa ġiet skoperta għall-ewwel darba fir-reġjun ta’ Friuli-Venezia Giulia region.

(3) Studju riċenti ta’ riċerka magħmul mill-Komunità dwar il-potenzal ta’ stabbiliment ta’ l-organiżmu fil-Komunità wera li l-fatturi prinċipali ta’ stabbiliment, bħal kondizzjonijiet trofiċi u klimatiċi, huma preżenti fil-Komunità.

(4) Barra dan, l-istudju juri b’mod ċar it-theddida gravi fitosanitarja li l-organiżmu u l-effetti nefasti tiegħu jistgħu joħolqu għall-produzzjoni komunitarja tal-qamħirrun, minħabba l-possibiltà ta’ telf ekonomiku, il-possibiltà ta’ dipendenza akbar fuq insettiċidi u n-neċessità li tinstab alternattiva għal qamħirrun għaċ-ċirklu tan-newba.

(5) Id-Direttiva 2000/29/KE tipprojbixxi biss l-introduzzjoni u t-tixrid fil-Komunità ta’ l-organiżmu. Madankollu l-ebda miżuri ma jeżistu li jistgħu jiġu applikati meta Stati Membri jirreġistraw tifqiegħ ġdid f’żoni ħielsa jew meta l-organiżmu hu skopert fil-fażi inizjali ta’ żvilupp tal-popolazzjoni. Konsegwentament, dawn il-miżuri għandhom jiġu mfissra bil-għan li l-organiżmu jiġi meqrud f’perjodu raġonevoli ta’ żmien.

(6) Dawn il-miżuri għandhom jinkludu l-istħarriġ ġenerali għall-preżenza ta’ l-organiżmu fl-Istati Membri.

(7) Il-miżuri għandhom japplikaw biex jiġi kkontrollat t-tixrid ta’ l-organiżmu fil-Komunità, id-delimitazzjoni ta’ żoni, il-moviment ta’ pjanti ospiti, ħamrija u makkinarju, kif ukoll in-newba ta’ l-uċuħ tar-raba’ f’żoni delimitati.

(8) Hu xieraq li r-riżultati ta’ dawn il-miżuri jiġu kontinwament ivvalutati, u għandhom jiġu kkunsidrati miżuri sussegwenti possibli fid-dawl tar-riżultati ta’ dik il-valutazzjoni.

(9) Il-miżuri provvduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li okkorrenza suspettata jew preżenza kkonfermata ta’ Diabrotica virgifera le Conte, hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejħa bħala "l-organiżmu" hi rrapportata lill-korpi uffiċjali responsabbli tagħhom fis-sens tad-Direttiva 2000/29/KE.

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom jagħmlu kull sena stħarriġ uffiċjali għall-preżenza ta’ l-organiżmu f’żoni fit-territorji tagħhom, fejn hu mkabbar il-qamħirrun.

2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2000/29/KE, ir-riżultati ta’ l-istħarriġ provvduti fil-paragrafu 1 għandhom jiġu mgħarrfa lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra sal-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena.

Artikolu 3

1. Meta r-riżultati ta’ l-isħarriġ imsemmi fl-Artikolu 2 jikkonfermaw il-preżenza ta’ l-organiżmu f’żona li kienet meqjusa bħala ħielsa mill-organiżmu, l-Istati Membru għandhom jiddefinixxu ż-żoni delimitati li jikkonsistu fil-partijiet li ġejjin:

(a) żona fokali madwar il-punt fejn instab l-organiżmu, u li għandu raġġ ta’ mill-inqas 1 km, u

(b) żona ta’ sigurtà madwar iż-żona fokali b’raġġ ta’ mill-inqas 5 km.

Barra minn dan, l-Istati Membri jistgħu jiddefinixxu żona kuxxin madwar iż-żona fokali u dik ta’ sigurtà.

2. Id-delimitazzjoni eżatta taż-żoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun ibbażata fuq prinċipji solidi xjentifiċi, il-bijoloġija ta’ l-organiżmu, il-livell ta’ impestazzjoni, u s-sistemà partikolari produttiva tal-pjanta ospiti ta’ l-organiżmu fl-Istat Membru kkonċernat.

3. Jekk il-preżenza ta’ l-organiżmu hi kkonfermata f’punt ieħor li mhux il-punt oriġinali ta’ qbid ta’ l-organiżmu li jinsab fiż-żona fokali, id-delimitazzjoni taż-żoni għandha tinbidel kif xieraq.

4. Jekk ma jiġux skoperti aktar organiżmi sentejn wara l-aħħar sena ta’ qbid, iż-żoni delimitati ma jibqgħux jeżistu u m’għandhomx ikunu neċessarji aktar miżuri ta’ qirda kif imsemmija fl-Artikolu 4.

5. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni biż-żoni msemmija fil-paragrafu 1 billi jiġu pprovduti b’mapep fuq skala korrespondenti.

Artikolu 4

1. F’kull waħda mill-partijiet taż-żoni delimitati, l-Istati Membri għandhom jikkontrollaw il-preżenza ta’ l-organiżmu billi jintużaw nases feromoni adegwati li għandhom jiġu irranġati bħala grilja ta’ linji u kkontrollati regolarment. It-tip u n-numru ta’ nases kif ukoll il-metodu li għandhom jintużaw għandhom jikkunsidraw iċ-ċirkostanzi lokali, u l-karatteristiċi taż-żoni delimitati.

2. B’addizzjoni għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li fiż-żona fokali:

(a) m’hemmx moviment ta’ pjanti friski ta’ Zea mais L., jew partijiet friski tagħhom barra minn din iż-żona fil-perijodu tas-sena ta’ okkorrenza ta’ l-organiżmu nefast, stabbilit fuq il-bijoloġija ta’ l-organiżmu, il-livell ta’ qbid ta’ l-organiżmu, u l-kondizzjonijiet klimatiċi li jinstabu fl-Istai Membri rilevanti, biex jiġi żgurat li m’hemmx tixrid ta’ l-organiżmu;

(b) m’hemmx moviment ta’ ħamrija fl-għelieqi tal-qamħirrun minn ġewwa għal barra taż-żona fokali;

(ċ) il-qamħirrum mhux maħsud bejn il-perijodu tas-sena ta’ l-okkorrenza ta’ l-organiżmu, stabbilit fuq il-bijoloġija ta’ l-organiżmu, il-livell ta’ qbid ta’ l-organiżmu, u l-kondizzjonijiet klimatiċi li jinsabu fl-Istati Membri rilevanti, biex jiżguraw li m’hemmx tixrid ta’ l-organiżmu;

(d) fl-għelieqi tal-qamħirrum isseħħ in-newba fejn matul perijodu ta’ tliet snin konsekuttivi, il-qamħirrun hu mkabbar darba biss, jew fiż-żona fokali kollha, il-qamħirrun mhux ikkoltivat għal sentejn wara l-aħħar sena ta’ qabda;

(e) kontra l-organiżmu, sa’ l-aħħar tal-perijodu tad-deposizzjoni tal-bajd, jiġi affettwat trattament xieraq fuq l-għelieqi tal-qamħirrum, fis-sena ta’ l-okkorrenza tiegħu u s-sena ta’ wara;

(f) il-makkinarju ta’ l-Agrikoltura użat fl-għelieqi tal-qamħirrum hu mnaddaf mill-ħamrija kollha u fdal ieħor qabel ma jinħareġ miż-żona;

(g) pjanti spontanji ta’ qamħirrun jitneħħew mill-għelieqi li m’humiex għall-qamħirrun.

3. B’addizzjoni għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li fiż-żona ta’ sigurtà, minn ta’ l-inqas:

(a) in-newba ssir waqt kull perijodu ta’ sentejn konsekuttivi li fihom il-qamħirrun hu mkabbar darba biss; jew

(b) trattament xieraq fuq l-għelieqi tal-qamħirrum hu effettwat kontra l-organiżmu fis-sena ta’ l-okkorrenza tiegħu u fis-sena ta’ wara.

4. B’addizzjoni għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu li fiż-żona kuxxin, in-newba tiġi effettwata matul kull perijodu ta’ sentejn konsekuttivi li l-qamħirrun hu mkabbar darba biss.

Artikolu 5

L-Istati Membri għandhom jipprovvdu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra sal-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena bl-informazzjoni fuq:

- iż-żoni mniżżla fl-Artikolu 3(5),

- id-dati stabbiliti u l-ġustifikazzjoni tagħhom imniżżla fl-Artikolu 4(2)(a) u (ċ),

- it-trattatament effettwat u li hu msemmi fl-Artikolu 4(2)(e) u fl-Artikolu 4(3)(b).

Artikolu 6

Sa’ mhux aktar tard mill-1 ta’ Diċembru 2003, l-Istati Membri għandhom jipproċedu għall-adegwament tal-miżuri li adottaw bil-għan li jiġi pprojbit t-tixrid ta’ l-organiżmu b’tali mod li l-miżuri jikkonformaw ma’ din id-Deċiżjoni u għandhom jinformaw immedjatament b’dan lill-Kummissjoni.

Artikolu 7

Il-Kummissjoni tirrevedi l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni sat-28 ta’ Frar 2005, u sat-28 ta’ Frar ta’ kull sena sussegwenti.

Artikolu 8

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-24 ta’ Ottubru 2003.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 169, ta’ l-10.07.00, p. 1.

[2] ĠU L 138, tal-05.06.03, p. 47.

--------------------------------------------------

Top