Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003D0722

    Id-Deċiżjoni tal-Kumissjoni tas-6 ta’ Ottubru 2003 dwar il-proċedura għall-attestazzjoni tal-konformità tal-prodotti għall-bini skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE bħala kittijiet tal-kisi kontra l-ilma applikati bħala likwidu fuq il-gverta tal-bridge tal-bastimenti (innotifikata fid-dokument bin-numru C(2003) 3483)Test b’rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 260, 11.10.2003, p. 32–33 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/722/oj

    32003D0722



    Official Journal L 260 , 11/10/2003 P. 0032 - 0033


    Deċiżjoni tal-Kumissjoni

    tas-6 ta’ Ottubru 2003

    dwar il-proċedura għall-attestazzjoni tal-konformità tal-prodotti għall-bini skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE bħala kittijiet tal-kisi kontra l-ilma applikati bħala likwidu fuq il-gverta tal-bridge tal-bastimenti

    (innotifikata fid-dokument bin-numru C(2003) 3483)

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    (2003/722/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWRPOPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/196/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti għall-bini [1], kif emendata bid-Direttiva 93/68/KEE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 13(4) tagħha,

    Billi:

    (1) Il-Kummissjoni hija meħtieġa li tagħżel, bejn iż-żewġ proċeduri skond l-Artikolu 13(3) tad-Direttiva 89/106/KEE sabiex tattesta l-konformità ta’ prodott, il-proċedura l-inqas oneruża possibbli konsistenti mas-sigurtà. Dan ifisser li teħtieġ li tiddeċiedi jekk, għal prodott jew familja ta’ prodotti mogħtija, l-eżistenza ta’ sistema ta’ kontroll tal-produzzjoni ta’ fabbrika taħt ir-responsabbiltà tal-fabbrikant hix kondizzjoni meħtieġa u biżżejjed għall-attestazzjoni tal-konformità, jew jekk, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-konformità mal-kriterji msemmija fl-Artikolu 13(4), hux meħtieġ l-intervent ta’ korp approvat taċ-ċertifikazzjoni.

    (2) L-Artikolu 13(4) jeħtieġ illi l-proċedura hekk stabbilita għandha tiġi indikata fil-mandati u fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi; għalhekk, huwa mixtieq li jiġi ddefinit il-kunċett ta’ prodotti jew ta’ familji ta’ prodotti kif użati fil-mandati u fl-speċifikazzjonijiet tekniċi.

    (3) Iż-żewġ proċeduri pprovduti fl-Artikolu 13(3) huma deskritti fid-dettal fl-Anness III mad-Direttiva 89/106/KEE. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu speċifikati biċ-ċar il-metodi li bihom għandhom jiġu implimentati ż-żewġ proċeduri, b’riferiment għall-Anness III, għal kull wieħed mill-prodotti jew kull waħda mill-familji tal-prodotti, ġaladarba l-Anness III jagħti preferenza lil ċerti sistemi.

    (4) Il-proċedura riferita fil-punt (a) ta’ l-Artikolu 13(3) tikkorrispondi mas-sistemi ddikjarati fl-ewwel possibbiltà, mingħajr sorveljanza ssoktata, u t-tieni u t-tielet possibiltajiet tal-punt (ii) tat-taqsima 2 ta’ l-Anness III. Il-proċedura riferita fil-punt (b) ta’ l-Artikolu 13(3) tikkorrispondi mas-sistemi ddikjarati fil-punt (i) tat-taqsima 2 ta’ l-Anness III, u fl-ewwel possibbiltà, bis-sorveljanza ssoktata, mal-punt (ii) tat-taqsima 2 ta’ l-Anness III.

    (5) Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Bini,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-prodotti u l-familji tal-prodotti ddikjarati fl-Anness I għandu jkollhom il-konformità tagħhom attestata minn proċedura li biha, minbarra sistema tal-kontroll tal-produzzjoni ġewwa l-fabbrika mħaddma mill-fabbrikant, jiġi involut korp approvat ta’ ċertifikazzjoni fl-istima u s-sorveljanza tal-kontroll tal-produzzjoni.

    Artikolu 2

    Il-proċedura għall-attestazzjoni tal-konformità kif iddikjarata fl-Anness II għandha tiġi indikata fil-mandati għall-Linji-Gwida għall-approvazzjonijiet tekniċi Ewropej.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fis-6 ta’ Ottubru 2003.

    Għall-Kummissjoni

    Erkki Liikanen

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 12.

    [2] ĠU L 220, tat-30.8.1993, p. 1.

    --------------------------------------------------

    ANNESS I

    Kittijiet tal-kisi kontra l-ilma applikati bħala likwidu fuq il-gverta tal-bridge tal-bastimenti

    - Għall-użu esklussiv fuq il-gverti tal-bridge tal-bastimenti

    --------------------------------------------------

    ANNESS II

    Kittijiet tal-kisi kontra l-ilma applikati bħala likwidu fuq il-gverta tal-bridge tal-bastimenti

    Is-sistemi ta’ l-attestazzjoni tal-konformità

    Għall-prodott/i u l-użu/i maħsub/a mniżżel/mniżżla fil-lista ta’ hawn taħt, l-EOTA hija meħtieġa li tispeċifika s-sistema/i li ġejja/ġejjin ta’ l-attestazzjoni ta’ konformità fil-linji gwida rilevanti għall-approvazzjonijiet tekniċi Ewropej:

    Is-Sistema 2+ : Ara d-Direttiva 89/106/KEE, l-Anness III(2)(ii), l-ewwel possibbilità, inkluża ċ-ċertifikazzjoni tal-kontroll tal-produzzjoni tal-fabbrika minn korp approvat fuq il-bażi ta’ spezzjoni tal-bidu tal-fabbrika u tal-kontroll tal-produzzjoni tal-fabbrika kif ukoll l-istima tas-sorveljanza ssoktata, l-istima u l-approvazzjoni tal-kontroll tal-produzzjoni tal-fabbrika.

    Il-Prodott | L-użu maħsub | Il-livell/i jew il-klassi/jiet (reazzjoni għan-nar) | Is-Sistema/i ta’ l-attestazzjoni tal-konformità |

    Kittijiet tal-kisi kontra l-ilma applikati bħala likwidu fuq il-gverta tal-bridge tal-bastimenti | fil-gverti tal-bridge tal-bastimenti | — | 2+ |

    L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun hekk li tista’ tiġi implimentata saħansitra fejn ir-rendiment tax-xogħol ma jeħtieġx li jiġi stabbilit għal ċerta karatteristika, minħabba li mill-inqas wieħed mill-Istati Membri ma jkollu l-ebda ħtieġa legali għal din il-karatteristika (ara l-Artikolu 2.1 tas-CPD u, fejn japplika, il-punt 1.2.3 tad-dokument ta’ interpretazzjoni). F’dawn il-każi il-verifika ta’ din il-karatatteristika ma għandhiex tiġi imposta fuq il-fabbrikant jekk hu jew hi ma jkunux jixtiequ li jiddikjaraw ir-rendiment tax-xogħol tal-prodott f’dan ir-rigward.

    --------------------------------------------------

    Top