Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003D0688

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Ottubru 2003 li temenda d-Deċiżjoni 92/452/KEE li tistabbilixxi listi ta’ timijiet li jiġbru l-embrijoni u timijiet li jipproduċu l-embrijoni approvati f’pajjiżi terzi biex jesportaw embrijoni bovini lejn il-Komunità fir-rigward tal-lista għall-Kanada (notifikata bid-dokument numru K(2003) 3427)Test b’relevanza għall-EE

ĠU L 251, 3.10.2003, p. 19–20 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/02/2008; Impliċitament imħassar minn 32008D0155

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/688/oj

32003D0688



Official Journal L 251 , 03/10/2003 P. 0019 - 0020


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-2 ta’ Ottubru 2003

li temenda d-Deċiżjoni 92/452/KEE li tistabbilixxi listi ta’ timijiet li jiġbru l-embrijoni u timijiet li jipproduċu l-embrijoni approvati f’pajjiżi terzi biex jesportaw embrijoni bovini lejn il-Komunità fir-rigward tal-lista għall-Kanada

(notifikata bid-dokument numru K(2003) 3427)

(Test b’relevanza għall-EE)

(2003/688/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE tal-25 ta’ Settembru 1989 fuq il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ embrijoni ta’ annimali domestiċi ta’ l-ispeċi bovina [1], l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 8 ta’ din,

Billi:

(1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/452/KEE [3], l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2003/391/KE [4], tipprovdi li l-Istati Membri jridu jimportaw embrijoni minn pajjiżi terzi fejn ikunu nġabru, ġew proċessati u maħżuna minn timijiet li jiġbru l-embrijoni u timijiet li jipproduċu l-embrijoni elenkati f’dik id-Deċiżjoni biss. Il-Kanada talbet emenda għal din il-lista fir-rigward tar-reġistrazzjonijiet għal dan il-pajjiż.

(2) Il-Kanada provdiet garanziji fir-rigward ta’ konformità mar-regoli xierqa stabbiliti fid-Direttiva 89/556/KEE u t-tîm involut ġie approvat uffiċjalment għall-esportazzjoni lejn il-Komunità mis-servizzi veterinarji ta’ dan il-pajjiż.

(3) Id-Deċiżjoni 92/452/KEE għandha għaldaqstant tiġi emendata.

(4) Il-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Anness tad-Deċiżjoni 92/452/KEE, il-filliera għat-tîm Kanadiż Nru E 733 hija mibdula b’dan li ġej:

"CA | | E 733 | E 733 (IVF) | L'Alliance Boviteq Inc19320 Grand Rang St-FrançoisSaint-Hyacinthe, QuébecJ2T 5H1 | Dr Daniel Bousquet Dr Jean Durocher" |

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mis-6 ta’ Ottubru 2003.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-2 ta’ Ottubru 2003.

Ghall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 302, tad-19.10.89, p. 1.

[2] ĠU L 122, tas-16.05.03, p. 1.<0}

[3] ĠU L 250, tad-29.08.92, p. 40.<0}

[4] ĠU L 135, tat-03.06.03, p. 25.<0}

--------------------------------------------------

Top