Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003D0639

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-4 ta’ Settembru 2003 dwar il-proċedura ta’ l-attestazzjoni tal-konformità ta’ prodotti għall-bini skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward ta’ pinnijiet għal ġonot strutturali (notifikata taħt dokument numru C(2003) 3159)Test b’rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 226, 10.9.2003, p. 18–20 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/639/oj

    32003D0639



    Official Journal L 226 , 10/09/2003 P. 0018 - 0020


    Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    ta’ l-4 ta’ Settembru 2003

    dwar il-proċedura ta’ l-attestazzjoni tal-konformità ta’ prodotti għall-bini skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward ta’ pinnijiet għal ġonot strutturali

    (notifikata taħt dokument numru C(2003) 3159)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2003/639/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1998 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri li jirrelataw ma’prodotti għall-bini [1], kif emendata bid-Direttiva 93/68/KEE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 13(4) tagħha,

    Billi:

    (1) Il-Kummissjoni hija meħtieġa li tagħżel, miż-żewġ proċeduri taħt l-Artikolu 13(3) tad-Direttiva 89/106/KEE għall-attestazzjoni tal-konformità ta’ prodott, il-proċedura l-anqas oneruża possibbli konsistenti mas-sigurtà. Dan ifisser li huwa meħtieġ li tiddeċiedi jekk, għal prodott partikolari jew familja ta’ prodotti, l-eżistenza ta’ sistema ta’ kontroll ta’ produzzjoni tal-fabbrika taħt ir-responsabbiltà tal-manifattur hija kondizzjoni meħtieġa u suffiċjenti għall-attestazzjoni ta’ konformità, jew jekk, għal raġunijiet relatati tal-konformità mal-kriterji msemmija fl-Artikolu 13(4), l-intervent ta’ korp approvat ta’ ċertifikazzjoni huwiex meħtieġ.

    (2) L-Artikolu 13(4) jeħtieġ li l-proċedura hekk stabbilita għandha tiġi indikata fil-mandati u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi. Huwa għalhekk mixtieq li jiġu identifikati l-prodotti jew familja ta’ prodotti msemmija fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi.

    (3) Iż-żewġ proċeduri hekk kif hemm provdut fl-Artikolu 13(3) huma deskritti fid-dettal fl-Anneess III li jinsab mad-Deċiżjoni 89/106/KEE. Huwa meħtieġ għalhekk li jiġu speċifikati b’mod ċar il-metodi li bihom iż-żewġ proċeduri għandhom jiġu implimentati, b’referenza għall-Anness III, għal kull prodott jew familja ta’ prodotti, minħabba li l-Anness III jagħti preferenzi għal ċerti sistemi.

    (4) Il-proċedura msemmija fl-Artikolu 13(3)(a) tikkorrispondi mas-sistemi stipulati fl-ewwel possibbiltà, mingħajr sorveljanza kontinwa, u t-tieni u t-tielet possibbiltajiet tat-taqsima 2(ii) ta’ l-Anness III. Il-roċedura msemmija fl-Artikolu 13(3)(b) tikkorrispondi mas-sistemi stipulati fit-taqsima 2(i) ta’ l-Anness III, u fl-ewwel possibbiltà, b’sorveljanza kontinwa, tat-taqsima 2(ii) ta’ l-Anness III.

    (5) Il-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Bini,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-prodott u l-familja ta’ prodotti stipulati fl-Anness I għandu jkollhom il-konformità tagħhom attestata bi proċedura li biha, minbarra sistema ta’ kontroll ta’ produzzjoni tal-fabbrika operata mill-manifattur, korp ta’ approvazzjoni ta’ ċertifikazzjoni huwa nvolut fl-istima u s-sorveljanza tal-kontroll tal-produzzjoni jew tal-prodott innifsu.

    Artikolu 2

    Il-proċedura għall-attestazzjoni tal-konformità kif stipulata fl-Anness II għandha tkun indikata fil-mandati għal-Linji-Gwida għall-approvazzjonijiet tekniċi Ewropej.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fl-4 ta’ Settembru 2003.

    Għall-Kummissjoni

    Erkki Liikanen

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 12.

    [2] ĠU L 220, tat-30.8.1993, p. 1.

    --------------------------------------------------

    ANNESS I

    Pinnijiet għal ġonot strutturali

    għal użi f'xogħlijiet ta' bin, li jippermettu li jseħħ moviment bejn il-partijiet imqabbda (bejn ċangaturi, jew bejn ċangaturi u ħitan).

    --------------------------------------------------

    ANNESS II

    ATTESTAZZJONI TA' KONFORMITÀ

    Nota:

    għal prodotti li għandhom aktar minn użu wieħed ta' l-użi maħsuba speċifikati fil-familji li ġejjin, il-kompiti għall-korp approvat, li joħorġu mis-sistemi relevanti ta' attestazzjoni ta' konformità huma kumulattivi.

    Familja ta' prodotti: Pinnijiet għal ġonot strutturali (1/2)

    Sistemi ta' attestazzjoni ta' konformità

    Għal prodott/i u użu/i maħsuba elenkati hawn taħt, l-EOTA hija meħtieġa li tispeċifika s-sistema/i li ġejjin ta' attestazzjoni ta' konformità fil-linji ta' gwida relevanti għall-approvazzjonijiet tekniċi Ewropej.

    Sistema 2+ : ara l-Anness III(2)(ii) li jinsab mad-Direttiva 89/106/KEE, l-ewwel possibbiltà, inkluża ċertifikazzjoni ta' kontroll ta' produzzjoni tal-fabbrika minn korp approvat fuq il-bażi ta' spezzjoni inizjali u tal-fabbrika u l-kontroll tal-produzzjoni tal-fabbrika kif ukoll sorveljanza kontinwa, stima u approvazzjoni tal-kontroll tal-produzzjoni tal-fabbrika.

    Prodott/i | Użu /i maħsuba | Livell/i jew klassi/jiet | Attestazzjoni ta' sistema/i ta' konformità |

    Pinnijiet għal ġonot strutturali | għal użi suġġetti għar-regolamenti ta' rendiment strutturali | – | 2+ |

    L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun tali li tkun tista' tiġi implimentata wkoll fejn ir-rendiment ma jeħtieġx li jiġi stabbilit għal ċerta karatteristika, minħabba li ta' l-anqas Stat Membru wieħed ma jkollu ebda ħtieġa legali għal dik il-karatteristika (ara l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/106/KEE u fejn japplika, il-klawżola 1.2.3 tad-dokumenti interpretattivi). F'dawk il-każi il-verifikazzjoni ta' dik il-karatteristika m'għandhiex tiġi imposta fuq il-manifattur jekk ma jixtieqx li jiddikjara ir-rendiment tal-prodott f'dak ir-rigward.

    Familja ta' prodotti: Pinnijiet għal ġonot strutturali (2/2)

    Sistemi ta' attestazzjoni ta' konformità

    Għall-prodott/i u użu/i maħsuba elenkati hawn taħt, l-EOTA hija mitluba li tispeċifika is-sistema/i li ġejjin ta' attestazzjoni ta' konformità fil-linji gwida relevanti għall-approvazzjonijiet tekniċi Ewropej:

    Sistema 1 : ara l-Anness III(2)(i) li jinsab mad-Direttiva 89/106/KEE, mingħajr ittestjar ta' verifika ta' kampjuni.

    Sistema 3 : ara l-Anness III(2)(ii) li jinsab mad-Direttiva 89/106/KEE, it-tieni possibbiltà.

    Sistema 4 : ara l-Anness III(2)(ii) li jinsab mad-Direttiva 89/106/KEE, it-tielet possibbiltà.

    Prodott/i | Użu /i maħsuba | Livell/i jew klassi/jiet (reazzjoni kontra n-nar) | Attestazzjoni ta' sistema/i ta' konformità |

    Pinnijiet għal ġonot strutturali | għal użi suġġetti għar-regolamenti dwar ir-reazzjoni tagħhom għan-nar | A1 [1], A2 [1], B [1], C [1] A1 [2], A2 [2], B [2], C [2], D, E (A1 to E) [3], F | 1 3 4 |

    L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun tali li tkun tista' tiġi implimentata wkoll fejn ir-rendiment ma jeħtieġx li jiġi stabbilit għal ċerta karatteristika, minħabba li ta' l-anqas Stat Membru wieħed ma jkollu ebda ħtieġa legali għal dik il-karatteristika (ara l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/106/EEC u fejn japplika, il-klawżola 1.2.3 tad-dokumenti interpretattivi). F'dawk il-każi il-verifikazzjoni ta' dik il-karatteristika m'għandhiex tiġi imposta fuq il-manifattur jekk ma jixtieqx li jiddikjara ir-rendiment tal-prodott f'dak ir-rigward.

    [1] Prodotti/materjali li għalihom stadju identifikabbli b'mod ċar fil-proċess ta' produzzjoni jirriżulta f'titjib fil-klassifikazzjoni għar-reazzjoni tagħhom għan-nar (per eżempju żieda ta' fire retardants jew limitar ta' materjal organiku).

    [2] Prodotti/materjali mhux koperti bin-nota ta' l-aħħar .

    [3] Prodotti materjali li ma jeħtieġux li jiġu ttestjati għar-reazzjoni tagħhom għan-nar (per eżempju prodotti/materjali tal-klassijiet A1 skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/603/KE, kif emendata).

    --------------------------------------------------

    Top