This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32003D0548
2003/548/EC: Commission Decision of 24 July 2003 on the minimum set of leased lines with harmonised characteristics and associated standards referred to in Article 18 of the Universal Service Directive
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-24 ta’ Lulju 2003 dwar is-sett minimu ta’ linji mikrija b’karatteristiċi armonizzati u standards assoċjati li previst fl-Artikolu 18 tad-Direttiva tas-Servizz Universali
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-24 ta’ Lulju 2003 dwar is-sett minimu ta’ linji mikrija b’karatteristiċi armonizzati u standards assoċjati li previst fl-Artikolu 18 tad-Direttiva tas-Servizz Universali
ĠU L 186, 25.7.2003, p. 43–45
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 18/01/2008
Official Journal L 186 , 25/07/2003 P. 0043 - 0045
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-24 ta’ Lulju 2003 dwar is-sett minimu ta’ linji mikrija b’karatteristiċi armonizzati u standards assoċjati li previst fl-Artikolu 18 tad-Direttiva tas-Servizz Universali (2003/548/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar servizz universali u d-drittijiet ta’ l-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva tas-Servizz Universali) [1] u b’mod partikolari l-Artikolu 18(3) tagħha, Billi: (1) L-Artikolu 18(3) tad-Direttiva tas-Servizz Universali jipprovdi għall-pubblikazzjoni ta’ sett minimu ta’ linji mikrija b’karatteristiċi armonizzati u standards assoċjati li għandu jiġi ppublikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea bħala parti mil-lista ta’ standards imsemmija fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Kwadru) [2]. (2) Is-sett minimu ta’ linji mikrija ġie definit fl-Anness II għad-Direttiva tal-Kunsill 92/44/KEE tal-5 ta’ Ġunju 1992 dwar l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni ta’ network miftuħ (ONP) għal linji mikrija [3], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/80/KE [4]. Dik id-Direttiva ġiet revokata b’effett mill-25 ta’ Lulju 2003 bid-Direttiva Kwadru. (3) Din id-Deċiżjoni tipprovdi kontinwità tal-bażi legali għas-sett minimu ta’ linji mikrija, għall-iskop ta’ l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet relevanti fid-Direttiva Kwadru u d-Direttiva tas-Servizz Universali. Is-sett minimu ta’ linji mikrija f’din id-Deċiżjoni huwa l-istess bħal dak tad-Direttiva 92/44/KEE, għajr li r-referenzi għall-Istandards Ewropej tat-Telekomunikazzjonijiet (ETS) ġew sostitwiti bir-referenzi għall-Istandards Ewropej (EN), kif miftehma mill-Istitut ta’ l-Istandards tat-Telekomunikazzjonijiet fl-2001. Iżda, linji mikrija li jikkonformaw ma’ l-istandards ta’ l-ETS preċedenti għandhom ikomplu jitqiesu bi qbil mal-ħtiġiet għas-sett minimu ta’ linji mikrija. (4) Din id-Deċiżjoni tidentifika s-sett minimu ta’ linji mikrija b’karatteristiċi u standards assoċjati armonizzati u tifforma parti integrali mil-lista ta’ standards ippubblikata skond l-Artikolu 17 tad-Direttiva Kwadru 2002/21/KE. Il-verżjoni preżenti tal-lista ta’ standards, li fiha dispożizzjonijiet volontarji biss, ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea f’Diċembru 2002 [5]. Għal raġunijiet ta’ differenzi fil-proċedura u fl-effett legali, huwa xieraq li ssir distinzjoni bejn il-kapitoli tal-lista ta’ standards li tinkludi dispożizzjonijiet obbligatorji f’din id-Deċiżjoni u dawk il-kapitoli li jinkludu biss dispożizzjonijiet voluntarji. (5) Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet, IDDEĊIDIET KIF ĠEJ: Artikolu waħdieni Is-sett minimu ta’ linji mikrija b’karatteristiċi armonizzati u standards assoċjati huwa stabbilit fl-Anness. Magħmula fi Brussel, fl-24 ta’ Lulju 2003. Għall-Kummissjoni Erkki Liikanen Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 108, ta’ l-24.4.2002, p. 51. [2] ĠU L 108, ta’ l-24.4.2002, p. 33. [3] ĠU L 165, tad-19.6.1992, p. 27. [4] ĠU L 14, ta’ l-20.1.1998, p. 27. [5] ĠU C 331, tal-31.12.2002, p. 32. -------------------------------------------------- L-ANNESS LISTA TA’ STANDARDS U/JEW SPEĊIFIKAZZJONIJIET GĦAL NETWORKS TAL-KOMUNIKAZZJONIJIET ELETTRONIĊI, SERVIZZI U FAĊILITAJIET ASSOĊJATI U SERVIZZI Parti obbligatorja Identifikazzjoni tas-sett minimu ta’ linji mikrija 1. Skop Din il-pubblikazzjoni tidentifika s-sett minimu ta’ linji mikrija b’karatteristiċi armonizzati u standards assoċjati previst fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva tas-Servizz Universali). Din il-lista tifforma parti mil-lista ta’ standards prevista fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 2002/21/KE (id-Direttiva Kwadru). Din il-pubblikazzjoni hija b’żjieda għal-lista ta’ standards u/jew speċifikazzjonijiet għal networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, servizzi u faċilitajiet assoċjati u servizzi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej f’Diċembru 2002 [1]. 2. Standards tekniċi L-istandards imsemmija f’din il-pubblikazzjoni huma prodotti ta’ l-ETSI taħt in-nomenklatura ETSI preżenti. Skond id-"Direttivi ta’ l-ETSI" [2], dawn il-prodotti huma definiti kif ġej: Standard Ewropew (serje tat-telekomunikazzjonijiet), EN: Prodott ta’ l-ETSI li jkun fih dispożizzjonijiet normattivi, approvat għall-pubblikazzjoni fi proċess li jinvolvi l-Organizzazzjonijiet ta’ l-iStandards Nazzjonali u/jew Delegazzjonijiet Nazzjonali ta’ l-ETSI b’implikazzjonijiet dwar standstill u trasposizzjoni nazzjonali. Standard armonizzat: EN (serje tat-telekomunikazzjonijiet) li l-abbozz tagħha ġie fdat lill-ETSI b’mandat mill-Kummissjoni Ewropea skond id-Direttiva 98/48/KE (l-aħħar emenda għad-Direttiva tal-Kunsill 83/189/KEE) u ġiet abbozzata filwaqt li ġew ikkunsidrati l-ħtiġiet essenzjali applikabbli tad-Direttiva ta’ "Approċċ Ġdid" u li r-referenza tagħha ġiet sussegwentament imħabbra fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Il-verżjoni ta’ l-istandards prevista f’din il-lista hija l-verżjoni valida fil-ħin li l-lista hija ppubblikata. 3. Indirizzi minn fejn jistgħu jinkisbu d-dokumenti li hemm referenza għalihom Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet ta’ l-ETSI [3] Indirizz postali: | F-06921 Sophia Antipolis Cedex France | Telefon: | (0033) 4 9294 4241 (0033) 4 9294 4258 | Fax | (0033) 4 9395 8133 | E-mail: | publications@etsi.fr | web site: | http://www.etsi.fr | 4. Referenzi għal-leġislazzjoni ta’ l-UE Il-lista tirreferi għad-dokumenti leġislattivi li ġejjin li jistgħu jinkisbu minn fuq http://europa.eu.int/information_society/topics/telecoms/regulatory/index_en.htm - Id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għal networks u servizzi elettroniċi tal-komunikazzjonijiet (Direttiva kwadru) (ĠU L 108, ta’ l-24.4.2002, p. 33). - Id-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar qafas regolatorju komuni għal networks u servizzi elettroniċi tal-komunikazzjonijiet (Direttiva tas-Servizz Universali) (ĠU L 108, ta’ l-24.4.2002, p. 51). Identifikazzjoni tas-sett minimu ta’ linji mikrija b’karatteristiċi armonizzati u standards assoċjati LINJI ANALOGUE MIKRIJA Tip ta’ linji mikrija | Referenza | Noti | Bandwidth tal-vuċi ta’ kwalità ordinarja [4] | —2 wire: ETSI EN 300 448jew —4 wire: ETSI EN 300 451 | Karatteristiċi ta’ konnessjoni u preżentazzjoni ta’ interface network | Bandwidth tal-vuċi ta’ kwalità speċjali [5] | —2 wire: ETSI EN 300 449jew —4 wire: ETSI EN 300 452 | Karatteristiċi ta’ konnessjoni u preżentazzjoni ta’ interface network | LINJI DIĠITALI MIKRIJA Tip ta’ linji mikrija | Referenza | Noti | 64 kbit/s [6] | —ETS EN 300 288—ETS EN 300 289 | Preżentazzjoni ta’ interface network Karatteristiċi ta’ konnessjoni | 2048 kbit/s — EI (mhux strutturati) [7] | —ETS EN 300 418—ETS EN 300 247 | Preżentazzjoni ta’ interface network Karatteristiċi ta’ konnessjoni | 2048 kbit/s — EI (mhux strutturati) [8] | —ETS EN 300 418—ETS EN 300 419 | Preżentazzjoni ta’ interface network Karatteristiċi ta’ konnessjoni | [1] ĠU C 331, tal-31.12.2002, p. 32. [2] Disponibbli fuq http://portal.etsi.org/directives. [3] Dokumenti ta’ l-ETSI jistgħu jiġu downloaded mill-ETSI Publications Download Area (http://pda.etsi.org/pda/queryform.asp). [4] Linji mikrija li jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ ETS 300448 (2 wire) jew ETS 300451 (4 wire) huma meqjusin li jikkonformaw mal-ħtiġiet għal dan it-tip ta’ linji mikrija. [5] Linji mikrija li jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ ETS 300449 (2 wire) jew ETS 300452 (4 wire) huma meqjusin li jikkonformaw mal-ħtiġiet għal dan it-tip ta’ linji mikrija. --------------------------------------------------