EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32003D0479
2003/479/EC: Council Decision of 16 June 2003 concerning the rules applicable to national experts and military staff on secondment to the General Secretariat of the Council and repealing the Decisions of 25 June 1997 and 22 March 1999, Decision 2001/41/EC and Decision 2001/496/CFSP
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2003 dwar ir-regoli applikabbli għal esperti nazzjonali u staff militari dwar sekondament lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u li jħassru id-Deċiżjonijiet tal-25 ta' Ġunju 1997 u t-22 ta' Marzu 1999, id-Deċiżjoni 2001/41/KE u d-Deċiżjoni 2001/496/CFSP
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2003 dwar ir-regoli applikabbli għal esperti nazzjonali u staff militari dwar sekondament lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u li jħassru id-Deċiżjonijiet tal-25 ta' Ġunju 1997 u t-22 ta' Marzu 1999, id-Deċiżjoni 2001/41/KE u d-Deċiżjoni 2001/496/CFSP
ĠU L 160, 28.6.2003, p. 72–80
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 12/12/2007; Imħassar b' 32007D0829
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2003 dwar ir-regoli applikabbli għal esperti nazzjonali u staff militari dwar sekondament lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u li jħassru id-Deċiżjonijiet tal-25 ta' Ġunju 1997 u t-22 ta' Marzu 1999, id-Deċiżjoni 2001/41/KE u d-Deċiżjoni 2001/496/CFSP
Official Journal L 160 , 28/06/2003 P. 0072 - 0080
CS.ES Chapter 18 Volume 02 P. 141 - 149
ET.ES Chapter 18 Volume 02 P. 141 - 149
HU.ES Chapter 18 Volume 02 P. 141 - 149
LT.ES Chapter 18 Volume 02 P. 141 - 149
LV.ES Chapter 18 Volume 02 P. 141 - 149
MT.ES Chapter 18 Volume 02 P. 141 - 149
PL.ES Chapter 18 Volume 02 P. 141 - 149
SK.ES Chapter 18 Volume 02 P. 141 - 149
SL.ES Chapter 18 Volume 02 P. 141 - 149
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2003 dwar ir-regoli applikabbli għal esperti nazzjonali u staff militari dwar sekondament lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u li jħassru id-Deċiżjonijiet tal-25 ta' Ġunju 1997 u t-22 ta' Marzu 1999, id-Deċiżjoni 2001/41/KE u d-Deċiżjoni 2001/496/CFSP (2003/479/KE) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkonsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 28(1) tiegħu, Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u partikolarment l-Artikolu 207(2) tiegħu, Billi: (1) Esperti nazzjonali ssekondati (hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejħa SNEs) u staff nazzjonali militari ssekondat (hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejjaħ staff militari ssekondat) għandhom iħallu lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejjaħ il-GSC) jieħu vantaġġ mil-livell għoli ta' l-għarfien tagħhom u esperjenza professjonali taagħhom, partikolarment f'oqsma fejn dan l-għarfien espert mhux qiegħed għad-disposizzjoni b'mod faċli. (2) Din id-Deċiżjoni għandha tinkoraġġixxi l-iskambju ta' esperjenza professjonali u għarfien ta' politiċi Ewropej billli tagħti b'mod temporanju lill-GSC esperti minn amministrazzjonijiet ta' l-Istati Membri. Tfittex ukoll biex tassigura kollaborazzjoni mil-viċin bejn il-Kunsill u amministrazzjonijiet nazzjonali jew organizzazzjonijiet internazzjonali, permezz tas-sekondament ta' uffiċjali GSC lilhom. (3) SNEs għandhom jittieħu minn gvernijiet jew ministeri fi Stati Membri jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali. (4) Id-drittijiet u obbligazzjonijiet ta' SNEs u staff militari ssekondat stabbiliti f'din id-Deċiżjoni għandhom jassiguraw li jwettqu d-doveri tagħhom biss fl-interessi tal-GSC. (5) Fid-dawl tan-natura temporanja tax-xogħol tagħhom u l-istatus partikolari tagħhom, SNEs u staff militari ssekondat m'għandhomx jieħdu responsabbiltà f'isem il-GSC għall-eserċiżju tal-prerogattivi ta' liġi pubblika tiegħu. (6) Din id-Deċiżjoni għandha tistabbilixxi l-kondizzjonijiet ta' l-impieg kollha ta' SNEs u staff militari ssekondat u tkun applikabbli mingħajr rigward għall-oriġini ta' l-approprjazzjonijiet tal-budget użati għall-kopertura ta' l-infiq. (7) Proviżjoni speċjali għandha wkoll tiġi magħmula għal staff militari ssekondat lill-GSC biex jiġi fformat l-istaff militari ta' l-Unjoni Ewropea. (8) Peress illi dawn ir-regoli jbiddlu dawk stabbiliti fid-Deċiżjonijiet tal-25 ta' Ġunju 1997 u t-22 ta' Marzu 1999, kif ukoll fid-Deċiżjoni 2001/41/KE u fid-Deċiżjoni 2001/496/CFSP, dawk id-Deċiżjonijiet għandhom jitħassru, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: KAPITOLU I DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI Artikolu 1 Skop 1. Dawn ir-Regoli huma applikabbli għal esperti nazzjonali ssekondati (SNEs) issekondati lill-GSC minn amministrazzjoni pubblika nazzjonali, reġjonali jew lokali. Għandhom japplikaw ukoll għal esperti fuq sekondament minn organizzazzjoni internazzjonali. 2. Il-persuni koperti minn dawn ir-Regoli għandhom jibqgħu fis-servizz ta' l-impjegatur tagħhom matul il-perjodu ta' sekondament u għandhom jibqgħu jitħallsu minn dak l-impjegatur. 3. Il-GSC għandu jimpjega SNEs skond il-ħtiġijiet u possibbiltajiet tal-budget. Is-Segretarju Ġenerali Deputat għandu jistabbilixxi l-arranġamenti għal dan l-impjieg. 4. Ħlief għal fejn is-Segretarju Ġenerali Deputat jagħti deroga li mhijiex applikabbli fil-qasam tal-CFSP/ESPD, SNEs għandhom ikunu ċittadini ta' Stat Membru. SNEs għandhom jiġu rreklutati fuq bażi ġeografika wiesa' kemm hu possibbli fost iċ-ċittadini ta' l-Istati Membri. L-Istati Membri u l-GSC għandhom jikkoperaw biex jassiguraw, sa fejn hu possibbli, bilanċ bejn irġiel u nisa u josservaw il-prinċipju ta' opportunitajiet ugwali. 5. Is-sekondament għandu jiġi implimentat permezz ta' Skambju ta' Ittri bejn id-Direttorat Ġenerali għall-Personal u l-Amministrazzjoni tal-GSC u r-Rappreżentanza Permanenti ta' l-Istat Membru in kwistjoni jew l-organizzazzjoni internazzjonali, kif xieraq. Kopja tar-regoli applikabbli lil SNEs mas-sekondament lill-GSC għandha tiġi mehmuża ma' l-Iskambju ta' Ittri. Artikolu 2 Il-perjodu ta' sekondament 1. Il-perjodu ta' sekondament ma jistax ikun inqas minn sitt xhur u lanqas aktar minn sentejn u jista' jiġi mġedded b'mod suċċessiv sa perjodu totali li mhuwiex aktar minn erba' snin. 2. Il-perjodu ta' sekondament maħsub għandu jiġi stabbilit mil-bidu fl-iskambju ta' Ittri previst fl-Artikolu 1(5). L-istess proċedura għandha tgħodd fil-każ ta' tiġdid tal-perjodu ta' sekondament. 3. SNE li diġà ġie ssekondat lill-GSC jista' jiġi ssekondat mil-ġdid, skond regoli interni li jistabbilixxu perjodi massimi matul liema dawn il-persuni jistgħu jkunu preżenti f'dipartimenti GSC u bla ħsara għall-kondizzjonijiet li ġejjin: (a) il-SNE għandu jkompli jilħaq il-kondizzjonijiet għas-sekondament; (b) perjodu ta' mill-inqas sitt snin għandu jkun għadda bejn it-tmiem tal-perjodu ta' sekondament ta' qabel u kwalunkwe sekondament ulterjuri; jekk fit-tmiem ta' l-ewwel sekondament il-SNE rċieva, kuntratt addizzjonali ieħor, il-perjodu ta' sitt snin għandu jibda jiġri mill-iskadenza ta' dak il-kuntratt. Din id-disposizzjoni m'għandhiex tipprevjeni l-GSC milli jaċċetta s-sekondament ta' SNE li s-sekondament inizjali tiegħu dam inqas minn erba' snin, imma f'dak il-każ is-sekondament ġdid m'għandux ikun aktar mil-parti li ma skadietx tal-perjodu ta' erba' snin. Artikolu 3 Il-post tas-sekondament SNEs għandhom jiġu ssekondati lil Brussel jew lil uffiċju ta' koperazzjoni tal-GSC. Artikolu 4 Dmirijiet 1. SNE għandu jassisti uffiċjali jew staff temporanju tal-GSC u jwettaq il-kompiti mogħtija lilu. Id-dmirijiet imwettqin għandhom jiġu mfissrin permezz ta' ftehim reċiproku bejn il-GSC u l-amministrazzjoni li tissekonda l-espert nazzjonali fl-interess tad-dipartimenti u bit-teħid in konsiderazzjoni tal-kwalifiki tal-kandidat. 2. SNE għandu jieħu sehem f'missjonijiet u laqgħat biss: (a) jekk qed jakkumpanja uffiċjal jew membru ta' l-istaff temporanju tal-GSC; jew (b) bħala osservatur jew biss għal skopijiet ta' informazzjoni, jekk waħdu. Id-Direttur Ġenerali tad-dipartiment in kwistjoni jista' f'ċerti ċirkostanzi speċjali jidderoga minn din ir-regola fuq il-bażi ta' mandat speċifiku mogħti lill-SNE, wara li jkun ivverifikat li m'hemm l-ebda kunflitt ta' interess potenzali. Kemm-il darba mandat speċjali ġie mogħti, taħt l-awtorità tas-Segretarju-Ġenerali/Rappreżentant Għoli, mid-Direttur Ġenerali tad-dipartiment in kwistjoni, l-SNE ma jistax jobbliga l-GSC b'mod estern. 3. Il-GSC għandu jżomm ir-responsabbiltà unika għall-approvazzjoni tar-riżultati ta' kompiti mwettqin mil-SNE. 4. Id-dipartimenti GSC in kwistjoni, l-impjegatur tal-SNE u l-SNE għandhom jagħmlu kull sforz biex jevitaw kwalunkwe kunflitt ta' interess jew dehra ta' kunflitt bħal dan fir-rigward tad-dmirijiet a' l-SNE matul is-sekondament. Għal dan il-għan, il-GSC għandu, fi żmien tajjeb, jinforma l-SNE u l-impjegatur bid-dmirijiet maħsubin u għandu jsaqsi kull wieħed minnhom biex jikkonfermaw bil-miktub li ma jafu ebda raġuni għaliex l-SNE m'għandux jinata' dawk id-dmirijiet. Il-SNE għandu jiġi mistoqsi b'mod partikolari biex jiddikjara kwalunkwe kunflitt potenzali bejn iċ-ċirkostanzi tal-familja tiegħu (partikolarment l-attivitajiet professjonali ta' membri tal-familja viċini jew kwalunkwe interessi finanzjarji importanti proprji, jew ta' membri tal-familja viċini) u d-dmirijiet proposti waqt is-sekondament. L-impjegatur u l-SNE għandhom jintrabtu biex jinnotifikaw il-GSC bi kwalunkwe tibdil fiċ-ċirkostanzi matul is-sekondament li jista' jikkawża' kwalunkwe kunflitt bħal dan. 5. Fejn il-GSC jikkonsidra li n-natura tal-kompiti mogħtija lill-SNE teħtieġ prekawzjonijiet tas-sigurtà partikolari, clearance tas-sigurtà għandha tiġi miksuba qabel il-SNE hu ssekondat. 6. Fil-każ ta' nuqqas ta' ħarsien mad-disposizzjonijiet tal-paragrafi 2,3 u 4, il-GSC jista' jtemm is-sekondament tal-SNE taħt it-termini ta' l-Artikolu 8. Artikolu 5 Drittijiet u obbligazzjonijiet 1. Matul il-perjodu ta' sekondament: (a) SNE għandu jwettaq id-dmirijiet tiegħu u għandu jaġixxi biss bl-interessi tal-Kunsill f'moħħu; (b) SNE għandu jastjeni minn kwalunkwe azzjoni, u partikolarment kwalunkwe espressjoni pubblika ta' opinjoni, li tista' tirrefletti fuq il-posizzjoni tiegħu fil-GSC; (ċ) kwalunkwe SNE li, fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu, hu msejjaħ biex jagħti deċiżjoni fuq it-trattament jew il-ħruġ ta' kwistjoni ġo liema għandu interess personali li jista' jfixkel l-indipendenza tiegħu, għandu jinforma l-kap tad-dipartiment lil liema hu mibgħut; (d) SNE m'għandux, kemm jekk waħdu kif ukoll jekk flimkien ma' oħrajn, jippubblika jew jikkawża' li jiġi ppubblikat kwalunkwe test li jittratta x-xogħol ta' l-Unjoni Ewropea mingħajr ma jkun kiseb permess skond il-kondizzjonijiet u r-regoli fis-seħħ fil-GSC. Il-permess għandu jiġi miċħud biss fejn il-pubblikazzjoni maħsuba kapaċi li tkun ta' preġudizzju għall-interessi ta' l-Unjoni Ewropea; (e) id-drittijiet kollha fi kwalunkwe xogħol magħmul minn SNE fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu għandhom ikunu l-proprjetà tal-GSC; (f) SNE għandu jkollu r-residenza tiegħu fil-post tas-sekondament jew f'distanza mhux akbar minnu li hu kompatibbli mat-twttiq xieraq ta' l-attivitajiet tiegħu; (g) SNE għandu jassisti u jagħti parir lis-superjur lil liema hu mibgħut u għandu jkun responsabbli lis-superjur tiegħu għat-twettiq tal-kompiti mogħtija lilu; (h) SNE għandu, fl-eserċizju tad-dmirijiet tiegħu, jaċċetta l-ebda istruzzjonijiet mill-impjegtur tiegħu jew gvern nazzjonali. M'għandu jibda l-ebda attivitajiet għall-impjegatur tiegħu, u lanqas għal gvernijiet, u lanqas għal kwalunkwe persuna, kumpannija privata jew korp pubbliku ieħor. 2. Kemm matul u wara l-perjodu ta' sekondament, SNE għandu jeserċita l-ogħla diskrezzjoni fir-rigward tal-fatti u l-informazzjoni kollha li jiġu għall-għarfien tiegħu matul jew in konnessjoni mat-twettiq tad-dmirijiet tiegħu. M'għandux fi kwalunkwe forma jiżvela lil kwalunkwe persuna mhux awtorizzata kwalunkwe dokument jew informazzjoni mhux diġà magħmulin pubbliċi b'mod legali, u lanqas m'għandu jużhom għal vantaġġ personali. 3. Fit-tmien tas-sekondament SNE għandu jkompli jkun marbut mill-obligazzjoni biex jaġixxi b'integrità u diskrezzjoni fl-eserċiżju ta' dmirijiet ġodda mogħtija lilu u fl-aċċettanza ta' ċerti posizzjonijiet jew vantaġġi. Għal dak il-għan, fit-tlett snin wara l-perjodu ta' sekondament SNE għandu jinforma l-GSC minnufih bi kwalunkwe dmirijiet jew kompiti li għandu jwettaq għall-impjegatur tiegħu li x'aktarx li jikkawżaw kunflitt ta' interess fir-rigward tal-kompiti li wettaq matul is-sekondament. 4. SNE għandu jkun suġġett għar-regoli tas-sigurtà fis-seħħ fil-GSC. 5. Nuqqas ta' ħarsien tad-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu matul il-perjodu ta' sekondament għandu jintitola l-GSC biex itemm is-sekondament ta' SNE taħt it-termini ta' l-Artikolu 8. Artikolu 6 Livell, esperjenza professjonali u għarfien ta' ilsna 1. Sabiex jikkwalifika għal sekondament lill-GSC, SNE għandu jkollu mill-inqas tlett snin ta' esperjenza full-time ta' funzjonijiet amministrattivi, xjentifiċi, tekniċi, konsultattivi jew ta' superviżjoni ekwivalenti għal dawk tal-kategorija A jew B kif imfissrin fir-Regolamenti ta' l-Istaff ta' uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kondizzjonijiet ta' l-impieg applikabbli għal impjegati oħrajn tal-Komunitajiet. Qabel is-sekondament, l-impjegatur ta' l-SNE għandu jagħti lill-GSC dikjarazzjoni ta' l-impjieg ta' l-espert li jkopri t-tnax-il xahar ta' qabel. 2. SNE għandu jkollu għarfien tajjeb ta' waħda mill-ilsna tal-Komunità u għarfien sodisfaċjenti ta' ilsien ieħor għat-twettiq tad-dmirijiet tiegħu. Artikolu 7 Sospensjoni tas-sekondament 1. Il-GSC jista' jawtorizza sospensjonijiet tas-sekondament u jispeċifika t-termini applikabbli. Matul dawn is-sospensjonijiet: (a) il-konċessjonijiet imsejħa fl-Artikoli 15 u 16 ma jkunux jistgħu jitħallsu; (b) l-ispejjeż imsejħa fl-Artikoli 18 u 19 għandhom jitħallsu biss jekk is-sospensjoni hi fuq it-talba tal-GSC. 2. Il-GSC għandu jinforma l-impjegatur tal-SNE. Artikolu 8 Terminazzjoni ta' perjodi tas-sekondament 1. Bla ħsara għall-paragrafu 2, sekondament jista' jiġi mitmum fuq it-talba ta' GSC jew ta' l-impjegatur tal-SNE, previst li notifika ta' teltt xhur hi mogħtija. Jista' wkoll jiġi mitmum fuq it-talba tal-SNE previst li l-istess notifika hi mogħtija u bla ħsara għall-ftehim tal-GSC. 2. F'ċerti każijiet eċċezzjonali s-sekondament jista' jiġi mitmum mingħajr notifika: (a) mill-impjegatur tal-SNE, jekk l-interessi essenzali ta' l-imjegatur hekk jeħtieġu, (b) permezz ta' ftehim bejn il-GSC u l-impjegatur, fuq it-talba tal-SNE liż-żewġ partijiet, jekk l-interessi essenzali personali jew professjonali tal-SNE hekk jeħtieġu, (ċ) mil-GSC fil-każ ta' nuqqas mil-SNE biex iħares l-obbligazzjonijiet tiegħu taħt dawn ir-regoli. Il-SNE għandu l-ewwel jiġi mogħti opportunità biex jagħti d-difiża tiegħu. 3. Fil-każ ta' terminazzjoni taħt il-paragrafu 2(ċ), il-GSC għandu immedjatament jinforma l-imjegatur. KAPITOLU II IL-KONDIZZJONIJIET TAX-XOGĦOL Artikolu 9 Sigurtà soċjali 1. Qabel ma jibda l-perjodu tas-sekondament, l-impjegatur minn liema l-espert nazzjonali għandu jiġi ssekondat għandu jiċċertifika lill-GSC li, matul il-perjodu ta' sekondament, il-SNE għandu jibqa' soġġett għal-leġislazzjoni tas-sigurtà soċjali applikbbli għall-amministrazzjoni pubblika jew organizzazzjoni internazzjonali li timpjega l-SNE u li għandha tassumi responsabbiltà għal spejjeż li ntefqu barra. 2. Mil-bidu tas-sekondament tiegħu, l-SNE għandu jiġi kopert mil-GSC kontra r-riskju ta' inċident. Il-GSC għandu jipprovdih b'kopja tat-termini ta' din il-kopertura fil-ġurnata fuq liema hu jirrapporta lid-dipartiment rilevanti tad-Direttorat Ġenerali għall-Persunal u l-Amministrazzjoni biex jikkompleta l-formalitajiet amministrattivi relatati mas-sekondament. Artikolu 10 Ħinijiet tax-xogħol 1. SNE għandu jkun soġġett għar-regoli fis-seħħ fil-GSC fir-rigward tal-ħinijiet tax-xogħol. Dawn ir-regoli jistgħu jiġu mmodifikati mis-Segretarju Ġenerali Deputat fejn il-ħtiġijiet tad-dipartiment hekk jeħtieġu. 2. SNE għandu jaħdem fuq bażi full-time matul il-perjodu tas-sekondament. Wara talba ġġustifikata b'mod xieraq minn Direttorat Ġenerali u bla ħsara għal kompatibbiltà ma' l-interessi tal-GSC, id-Direttur Ġenerali għall-Persunal u l-Amministrazzjoni jista' jawtorizza SNE biex jaħdem part time, wara ftehim mill-impjegatur tiegħu. 3. Fejn xogħol part-time hu awtorizzat, il-SNE għandu jaħdem mill-inqas nofs il-ħin tax-xogħol normali. 4. SNE jista' jaħdem sigħat flessibbli biss jekk awtorizzat mid-dipartiment GSC lil liema hu mibgħut. L-awtorizzazzjoni għandha tintbgħat għall-informazzjoni lill-unità relevanti tad-Direttorat Ġenerali għall-Persunal u l-Amministrazzjoni. 5. Il-konċessjonijiet fis-seħħ fil-GSC għal xogħol bix-xifts jistgħu jiġu mogħtija lill-SNEs. Artikolu 11 Assenza għal raġunijiet ta' mard jew inċident 1. Fil-każ ta' assenza minħabba raġunijiet ta' mard jew inċident, SNE għandu jinnotifika lis-superjur tiegħu malli hu possibbli, u għandu jiddikjara l-indirizz preżenti tiegħu. Għandu jipproduċi ċertifikat mediku jekk assenti għal aktar minn tlett ijiem u jista' jiġi meħtieġ jgħaddi minn eżami medika irrranġata mil-GSC. 2. Jekk assenza minħabba mard jew inċident ta' mhux aktar minn tlett ijiem taqbeż total ta' 12-il ġurnata matul perjodu ta' 12-il xahar, SNE għandu jiġi meħtieġ jipproduċi ċertifikat mediku għal kwalunkwe assenza ulterjuri minħabba mard. 3. Fejn il-perjodu ta' sick leave jaqbeż xahar jew il-perjodu ta' impjieg imwettaq mil-SNE, skond liema wieħed hu l-itwal, il-konċessjonijiet imsejħin fl-Artikolu 15(1) u (2) għandhom jiġu sospiżi awtomatikament. Din id-disposizzjoni m'għandhiex tapplika fil-każ ta' mard konness mat-tqala. Is-sick leave ma jistax jiġi estiż 'il hin mid-dewmien tas-sekondament tal-persuna in kwistjoni. 4. Madankollu, SNE li hu vittma ta' korriment relatat max-xogħol li jseħħ matul is-sekondament għandu jkompli jirċievi, fl-intier tagħhom, il-konċessjonijiet previsti fl-Artikolu 15(1) u (2) matul il-perjodu matul liema mhuwiex fi stat tajjeb għax-xogħol sat-tmiem tal-perjodu tas-sekondament. Artikolu 12 Leave ta' kull sena, leave speċjali u vaganzi 1. SNE għandu jkun intitolat għal żewġt ijiem u nofs ta' xogħol ta' leave għal kull xahar sħiħ ta' servizz (30-il ġurnata għal kull sena tal-kalendarju). 2. Il-leave hu soġġett għal awtorizzazzjoni minn qabel mid-dipartiment lil liema l-SNE hu mibgħut. 3. SNE jista', b'applikazzjoni raġunata, jiġi mogħti leave speċjali fil-każijiet li ġejjn: - żwieġ tal-SNE: żewġt ijiem kull sena, - mard serju tar-raġel jew il-mara tiegħu jew tagħha: sa tlett ijiem, - mewt tar-raġel jew il-mara tiegħu jew tagħha: erbat ijiem, - mard serju ta' qraba fil-linja axxendenti: sa żewġt ijiem kull sena, - mewt ta' qraba fil-linja axxendenti: żewġt ijiem, - twelid ta' tarbija: żewġt ijiem, - mard serju ta' tifel jew tifla: sa żewġt ijiem kull sena, - mewt ta' tifel jew tifla: erbat ijiem. 4. Fuq talba ġġustifikata b'mod xieraq mill-impjegatur tal-SNE, sa żewġt ijiem ta' leave speċjali f'perjodu ta' 12-il xahar jista' jiġi moghti mil-GSC fuq bażi ta' kull każ waħdu. 5. Fil-każ ta' xogħol part-time, leave ta' kull sena għandu jiġi mnaqqas skond dan. 6. Ġranet ta' leave ta' kull sena mhux meħudin sa l-aħħar tal-perjodu tas-sekondament għandhom jiġi mitlufa. Artikolu 13 Leave tal-maternità 1. SNE li hi tqila għandha tinata' leave tal-maternità ta' 16-il ġimgħa, matul liema perjodu għandha tirċievi l-konċessjonjiet previsti fl-Artikolu 15. 2. SNE li qed tredda' tista' fuq talba, fuq il-bażi ta' ċertifikat mediku li jiivverifika l-fatt, tiġi mogħtija leave speċjali għal massimu ta' erba' ġimgħat li jibdew mit-tmiem tal-leave tal-maternità tagħha, matul liema perjodu għandha tirċievi l-konċessjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 15. 3. Fejn il-leġislazzjoni nazzjonali ta' l-impjegatur tal-SNE tagħti leave tal-maternità itwal, is-sekondament għandu jiġi sospiż għall-perjodu li jaqbeż dak mogħti mil-GSC. F'dak il-każ perjodu ekwivalenti għas-sospensjoni għandu jiġi miżjud f'dak it-tmiem tas-sekondament jekk l-interessi tal-GSC jiġġustifikawh. 4. SNE jista', alternattivament, japplika għal sospensjoni tas-sekondament biex jiġi kopert l-intier tal-perjodi permessi għal leave tal-maternità u biex tredda'. F'dak il-każ perjodu ekwivalenti għas-sospensjoni għandu jiġi miżjud f'dak it-tmiem tas-sekondament jekk l-interessi tal-GSC jiġġustifikawh. Artikolu 14 Ġestjoni u kontroll Il-ġestjoni u l-kontroll ta' leave għandhom ikunu r-responsabbiltà ta' l-amministrazzjoni tal-GSC. Il-kontroll ta' ħin tax-xogħol u assenzi għandu jkun ir-responsabbiltà tad-Direttorat-Ġenerali jew dipartiment lil liema l-SNE hu mibgħut. KAPITOLU III KONĊESSJONIJIET U SPEJJEŻ Artikolu 15 Konċessjonijiet għas-sussistenza 1. SNE għandu jkun intitolat għal konċessjoni ta' kuljum għas-sussistenza matul il-perjodu tas-sekondament. Fejn id-distanza bejn il-post tar-residenza u l-post tas-sekondament hi ta' 150-il km jew inqas, il-konċessjoni ta' kuljum għandha tkun ta' EUR 26,78. Fejn id-distanza hi ta' aktar minn 150-il km, il-konċessjoni ta' kuljum għandha tkun ta' EUR 107,1. 2. Jekk il-SNE ma rċeviex spejjeż tat-tneħħija jew mil-GSC jew mill-impjegatur, konċessjoni addizzjonali ta' kull xahar għandha titħallas kif muri fit-tabella hawn taħt: Distanza bejn il-post ta' residenza u l-post ta' l-issekondar (km) | Ammont f'EUR | 0–150 | 0 | > 150 | 68,85 | > 300 | 122,40 | > 500 | 198,90 | > 800 | 321,30 | > 1300 | 504,90 | > 2000 | 604,35 | Din il-konċessjoni għandha titħallas kull xahar bl-arretrati. 3. Dawn il-konċessjonijiet għandhom ikunu mħallsin għal perjodi ta' missjoni, leave ta' kull sena, leave tal-maternità, leave speċjali u vaganzi mogħtija mil-GSC. 4. SNEs li matul it-tlett snin li jtemmu sitt xhur qabel is-sekondament kellhom ir-residenza tas-soltu tagħhom jew komplew l-attività professjonali prinċipali tagħhom f'post li jinstab f'distanza ta' 150-il km jew inqas mil-post tas-sekondament għandhon jirċievu konċessjoni ta' kuljum għas-sussistenza ta' EUR 26,78. Għall-iskop ta' din id-disposizzjoni, ċirkostanzi li jqumu minn xogħol magħmul minn SNEs għal Stat barra minn dak tal-post tas-sekondament jew għal organizzazzjoni internazzjonali m'għandux jiġi meħud in kunsiderazzjoni. 5. Meta SNE jibda s-sekondament, għandu jirċievi ammont minn qabel ekwivalenti għal 75-il ġurnata tal-konċessjoni għas-sussistenza, ma' liema intitolament għal kwalunlkwe konċessjonijiet bħal dawn ulterjuri għandu jieqaf matul il-perjodu korrispondenti. Jekk is-sekondament għall-GSC hu mitmum qabel l-iskadenza tal-perjodu meħud in kunsiderazzjoni biex jiġi kkalkulat l-ammont mogħti minn qabel, il-SNE hu obbligat li jrodd lura l-ammont korrispondenti għall-parti li tifdal ta' dak il-perjodu. 6. Fil-ħin ta' l-iskambju ta' Ittri previst fl-Artikolu 1(5) il-GSC għandu jiġi informat bi kwalunkwe pagament simili għal dak imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu rċevut mil-SNE. Kwalunkwe ammonti bħal dawn għandhom jiġu mnaqqsin mil-konċessjoni mħallsa mil-GSC skond l-imsemmi paragrafu 1. 7. Konċessjonijiet ta' kuljum u ta' kull xahar għandhom jiġu aġġestati kull sena mingħajr effett retroattiv fuq il-bażi ta' l-adattament tas-salarji basiċi ta' uffiċjali tal-Komunità fi Brussel u l-Lussemburgu. 8. Għal SNEs issekondati għal Uffiċju tal-Koperazzjoni tal-GSC, il-konċessjonijiet għas-sussistenza msejħin f'dan l-Artikolu jistgħu jiġu mibdula minn konċessjoni għad-dar fejn dan hu ġġustifikat miċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-pajjiż tas-sekondament, bla ħsara għal deċiżjoni raġunata mid-Direttur-Ġenerali għall-Amministrazzjoni u l-Protokoll. Artikolu 16 Konċessjoni addizzjonali b'rata fissa 1. Ħlief għal fejn il-post tar-residenza ta' SNE hu 150-il km jew inqas mil-post tas-sekondament, għandu, fejn xieraq, jirċievi konċessjoni addizzjonali b'rata fissa ugwali għad-differenza bejn is-salarju gross ta' kull sena (bit-tnaqqis tal-konċessjonijiet għall-familja) imħallas mill-impjegatur kif ukoll il-konċessjonijiet għas-sussistenza mħallsin mil-GSC u s-salarju bażiku li jitħallas lil uffiċjal fil-posizzjoni 1 tal-grad A 8 jew il-grad B 5, skond il-kategorija lil liema hu assimilat. 2. Din il-konċessjoni għandha tiġi aġġustata darba fis-sena mingħajr effett retroattiv fuq il-bażi ta' l-adattament tas-salarji basiċi ta' uffiċjali Komunitarji. Artikolu 17 Post tar-residenza 1. Għall-iskopijiet ta' dawn ir-regoli, il-post tar-residenza għandu jkun il-post fejn il-SNE wettaq id-dmirijiet tiegħu għall-impjegatur immedjatament qabel is-sekondament. Il-post tas-sekondament għandu jkun il-post fejn id-dipartiment tal-GSC lil liema l-SNE hu mibgħut jinstab. Iż-żewġ postijiet għandhom jiġu ddentifikati fl-iskambju ta' Ittri msemmi fl-Artikolu 1(5). 2. Jekk, mas-sekondament bħala SNE, espert nazzjonali hu diġà fuq sekondament f'isem l-impjegatur tiegħu f'post barra minn dak ġo liema l-uffiċju prinċipali ta' dan ta' l-aħħar jinstab, il-post tar-residenza għandu jkun kwalunkwe wieħed mit-tnejn li hu l-aktar viċin għall-post tas-sekondament. 3. Il-post tar-residenza għandu jkun meqjus bħala l-post tas-sekondament fejn: (a) matul it-tlett snin li jtemmu sitt xhur qabel is-sekondament, il-SNE kellu r-residenza tas-soltu jew kompla l-attività professjonali prinċipali tiegħu f'post li jinstab 150-il km jew inqas mil-post tas-sekondament; jew (b) fiż-żmien tat-talba tal-GSC għas-sekondament, il-post tas-sekondament hu r-residenza prinċipali tal-mara jew ir-raġel tal-SNE jew ta' kwalunkwe mit-tfal dipendenti tiegħu jew tagħha. Għal dak il-għan, residenza fi 150-il km jew inqas mil-post tas-sekondament għandha tiġi meqjusa bħala residenza f'dak il-post. 4. Għall-iskopijiet ta' l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, ċirkostanzi li jqumu minn xogħol magħmul minn SNEs għal Stat barra minn dak tal-post tas-sekondament jew għal organizzazzjoni internazzjonali m'għandux jiġi meħud in kunsiderazzjoni. Artikolu 18 Spejjeż tas-safar 1. SNE li l-post tar-residenza tiegħu hu aktar minn 150-il km mil-post tas-sekondament hu intitolat għal rimbors ta' spejjeż tas-safar: (a) għalih/għaliha: - mil-post tar-residenza għall-post tas-sekondament fil-bidu tal-perjodu tas-sekondament; - mil-post tas-sekondament għall-post tar-residenza fit-tmiem tal-perjodu tas-sekondament; (b) għar-raġel jew il-mara tiegħu jew tagħha u t-tfal dipendenti, previst li jgħixu mal-SNE u li t-tneħħija hi rimborsata mil-GSC: - fil-bidu tas-sekondament, mat-tneħħija mil-post tar-residenza għall-post tas-sekondament; - fit-tmiem tas-sekondament, mil-post tas-sekondament għall-post tar-residenza. 2. Kemm-il darba il-vjaġġ hu magħmul bil-ajru, l-ammont għandu jiġi rimborsat b'rata fissa, limitata għall-ispiża tal-ħlas tat-tren tat-tieni klassi, mingħajr supplimenti. Dan għandu japplika wkoll għal vjaġġi magħmulin bil-karozza. Fejn il-vjaġġ bit-tren jaqbeż il-500 km jew fejn ir-rotta normali tinvolvi t-taqsim mil-baħar, vjaġġ mill-ajru jista' jiġi rimborsat sa' l-ispiża attwali ta' biljett bi prezz imnaqqas (PEX jew APEX), mal-produzzjoni ta' biljetti u karti tal-boarding. 3. B'deroga mil-paragrafu 1, SNEs li juru li bidlu l-post fejn ser ikomplu l-attività prinċipali tagħhom wara s-sekondament għandhom jiġu intitolati għal rimbors ta' l-ispejjeż ta' l-ivjaġġar għal dak il-post fil-limiti msemmijin hawn fuq. Ir-rimbors ma jistax jinvolvi pagament ta' somma ogħla minn dik għal liema l-SNE hu intitolat fil-każ ta' ritorn għall-post tar-residenza. 4. Jekk SNE wettaq it-tneħħija tiegħu mil-post tar-residenza tiegħu għall-post tas-sekondament tiegħu, għandu jkun intitolat kull sena għal pagament b'rata fissa ugwali għall-ispiża ta' vjaġġ ta' ritorn mil-post tas-sekondament tiegħu għall-post tar-residenza għalih innifsu, il-mara jew ir-raġel tiegħu jew tagħha u kwalunkwe tfal dipendenti fuq il-bażi tad-disposizzjonijiet fis-seħħ fil-GSC. Artikolu 19 L-ispejjeż għat-tneħħija 1. Kemm-il darba t-tieni sentenza ta' l-Artikolu 15(4) japplika, SNE jista' jneħħi l-affarijiet personali tiegħu mil-post tar-residenza għall-post tas-sekondament, bl-ispiża tal-GSC, wara li jikseb l-awtorizzazzjoni minn qabel tal-GSC, skond ir-regoli fis-seħħ fil-GSC fil-ħin dwar ir-rimbors ta' spejjeż tat-tneħħija, previst li l-kondizzjonijiet li ġejjin huma milħuqa: (a) il-perjodu inizjali tas-sekondament għandu jkun għal sentejn; (b) il-post tar-residenza tal-SNE għandu jkun 100 km jew aktar mil-post tas-sekondament; (ċ) it-tneħħija għandha tiġi kkompletata f'sitt xhur mid-data ta' bidu tas-sekondament; (d) awtorizzazzjoni għandha tiġi mitluba mill-inqas xahrejn qabel id-data maħsuba tat-tneħħija; (e) l-ispejjeż tat-tneħħija mhumiex qed jiġu mroddin lura mill-impjegatur; (f) il-SNE għandu jibgħat oriġinali ta' stimi, irċevuti u fatturi lill-GSC u ċertifikat mill-impjegatur tal-SNE li jikkonferma li l-impjegatur mhux qed iħallas spejjeż tat-tneħħija. 2. Bla ħsara għall-paragrafi 3 u 4, fejn it-tneħħija għall-post tas-sekondament ġiet rimborsata mil-GSC, il-SNE għandu jkun intitolat fit-tmiem tas-sekondament, wara awtorizzazzjoni minn qabel, għal rimbors ta' l-ispejjeż tat-tneħħija mil-post tas-sekondament għall-post tar-residenza, skond regoli fis-seħħ fil-GSC fil-ħin fir-rigward tar-rimbors ta' spejjeż tat-tneħħija, bla ħsara għall-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1(d), (e) u (f) hawn fuq u l-kondizzjonijiet ulterjuri li ġejjin: (a) it-tneħħija ma tistax iseħħ aktar kmieni minn tlett xhur qabel it-tmiem tas-sekondament; (b) it-tneħħija għandha tiġi kkompletata f'sitt xhur wara t-tmiem tas-sekondament. 3. SNE is-sekondament ta' liema hu mitmum fuq it-talba tiegħu jew fuq it-talba ta' l-impjegatur f'sentejn mil-bidu tas-sekondament m'għandux ikun intitolat għal rimbors ta' l-ispejjeż tat-tneħħija għall-post tar-residenza. 4. Fejn SNE juri li l-post fejn hu ser ikompli l-attività prinċipali tiegħu wara s-sekondament inbidel, l-ispejjeż tat-tneħħija għal dak il-post ġdid jistgħu jiġu rimborsati, imma biss sa l-ammont li kien ikun imħallas fil-każ ta' tneħħija għall-post tar-residenza. Artikolu 20 Missjonijiet u spejjeż ta' missjonijiet 1. SNE jista' jiġi mibgħut fuq missjoni bla ħsara għall-Artikolu 4. 2. Spejjeż ta' missjoni għandhom jiġu rimborsati skond id-disposizzjonijiet fis-seħħ fil-GSC. Artikolu 21 Taħriġ SNE għandu jkun intitolat jattendi korsijiet ta' taħriġ organizzati mil-GSC, jekk l-interessi tal-GSC jeħtieġu dan. L-interessi raġonevoli tal-SNE, waqt li tiġi kkonsidrata b'mod partikolari l-karriera professjonali tiegħu wara s-sekondament, għandhom jiġu kkonsidrati meta deċiżjoni dwar il-permess biex jattendi korsijiet hi meħuda. Artikolu 22 Disposizzjonijiet amministrattivi 1. SNE għandu jirrapporta lid-dipartiment rilevanti tad-Direttorat Ġenerali għall-Persunal u l-Amministrazzjoni fl-ewwel ġurnata tas-sekondament biex jikkompleta l-formalitajiet amministrattivi meħtieġa. Għandu jibda d-dmirijiet tiegħu jew fl-ewwel jew fis-16-il ġurnata tax-xahar. 2. SNE mibgħut lil uffiċju ta' koperazzjoni tal-GSC għandu jirrapporta lid-dipartiment rilevanti tal-GSC fil-post tas-sekondament tiegħu. 3. Pagamenti għandhom jiġu magħmulin mid-dipartiment xieraq tal-GSC, f'euro, għal ġo kont tal-bank li nfetaħ f'istituzzjoni tal-bank fil-post tas-sekondament. KAPITOLU IV APPLIKAZZJONI TAR-REGOLI GĦAL STAFF MILITARI NAZZJONALI SSEKONDAT Artikolu 23 Regoli li japplikaw għal staff militari ssekondat Bla ħsara għall-Artikoli 24 sa 33, dawn ir-Regoli għandhom japplikaw ukoll għal staff militari ssekondat għall-GSC biex jifforma l-istaff militari ta' l-Unjoni Ewropea skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/80/CFSP tat-22 ta' Jannar 2001 dwar l-istabbilixximent ta' l-istaff militari ta' l-Unjoni Ewropea [1]. Artikolu 24 Kondizzjonijiet Staff militari ssekondat għandhom ikunu fuq servizz imħallas fil-forzi armati ta' Stat Membru matul is-sekondament tagħhom. Għandhom ikunu ċittadini ta' Stat Membru. Artikolu 25 Reklutar B'deroga mit-tieni sentenza ta' l-Artikolu 1(3), is-Segretarju-Ġenerali/Rappreżentant Għoli għandu jistabbilixxi l-arranġamenti għar-reklutar ta' staff militari ssekondat. Artikolu 26 Skambju ta' Ittri Għall-iskopijiet ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 1(5), l-Iskambju ta' Ittri għandu jseħħ bejn is-Segretarju-Ġenerali/Rappreżentant Għoli u r-Rappreżentanza Permanenti ta' l-Istat Membru in kwistjoni. Artikolu 27 Tul tas-sekondament 1. B'deroga mill-Artikolu 2(1), it-tul tas-sekondament ma jistax ikun inqas minn sitt xhur u lanqas aktar minn tlett snin u jista' jiġi estiż b'mod suċċessiv sa perjodu totali ta' mhux aktar minn erba' snin. 2. B'deroga mill-Artikolu 2(3)(b), ħlief f'każijiet eċċezzjonali, perjodu ta' mill-inqas tlett snin għandu jgħaddi bejn it-tmiem tal-perjodu ta' qabel tas-sekondament u sekondament ġdid, fejn il-kondizzjonijiet hekk jiġġustifikaw u bi ftehim mas-Segretarju-Ġenerali/Rappreżentant Għoli. Artikolu 28 Kompiti B'deroga mill-Artikolu 4(1), staff militari ssekondat li jaġixxi taħt l-awtorità tas-Segretarju-Ġenerali/Rappreżentant Għoli għandu jwettaq il-missjoni, jwettaq il-kompiti u jwettaq id-dmirijiet mogħtija lilu skond l-Anness tad-Deċiżjoni 2001/80/CFSP. Artikolu 29 Irbit estern B'deroga mill-Artikolu 4(2), staff militari ssekondat ma jistax jinvolvi l-GSC f'rabta esterna, ħlief taħt mandat speċjali mogħti taħt l-awtorità tas-Segretarju-Ġenerali/Rappreżentant Għoli. Artikolu 30 Clearance tas-sigurtà B'deroga mill-Artikolu 4(5), il-livell xieraq ta' clearance tas-sigurtà tal-membru ta' l-istaff militari ssekondat, li ma jistax ikun aktar baxx minn SECRET, għandu jiġi stabbilit fl-Iskambju ta' Ittri imsejjaħ fl-Artikolu 1(5). Artikolu 31 Esperjenza professjonali B'deroga mill-Artikolu 6(1), membru ta' l-istaff militari li jaħdem fil-livell amministrattiv jew ta' konsultenza u li juri grad għoli ta' kompetenza għad-dmirijiet li għndhom jitwettqu jista' jiġi ssekondat lill-GSC. Artikolu 32 Sospensjoni u terminazzjoni tas-sekondament 1. Awtorizzazzjoni biex jiġi applikat l-Artikolu 7 għal membru ta' l-istaff militari ssekondat għandha tiġi mogħtija mis-Segretarju-Ġenerali/Rappreżentant Għoli. 2. B'deroga mill-Artikolu 8, sekondament jista' jiġi mitmum jekk l-interessi tal-GSC jew ta' l-amministrazzjoni nazzjonali tal-membru ta' l-istaff militari ssekondat hekk jeħtieġu jew għal kwalunkwe kawża suffiċjenti oħra. Artikolu 33 Nuqqas serju ta' ħarsien ta' l-obbligazzjonijiet 1. B'deroga mill-Artikolu 8(3), sekondament jista' jiġi mitmum mingħajr notifika f'każijiet serji ta' nuqqas maħsub jew negliġenti tal-membru ta' l-istaff militari ssekondat biex iħares l-obbligazzjonijiet tiegħu. Din id-deċiżjoni għandha tiġi meħuda mis-Segretarju-Ġenerali/Rappreżentant Għoli wara li l-persuna in kwistjoni kellha l-opportunità tagħti d-difiża tagħha. Qabel ma jieħu d-deċiżjoni tiegħu, is-Segretarju-Ġenerali/Rappreżentant Għoli għandu jinnotifika lir-Rappreżentant Permanenti ta' l-Istat Membru ta' liema l-membru ta' l-istaff militari ssekondat hu ċittadin. Ulterjurament għal dik id-deċiżjoni, il-konċessjonijiet imsejħin fl-Artikoli 18 u 19 m'għandhomx jiġu mogħtija aktar. Qabel id-deċiżjoni msejħa fl-ewwel paragrafu, membru ta' l-istaff militari ssekondat jista' jiġi sospiż fejn nuqqas serju li jħares l-obbligazzjonijiet tiegħu hu allegat kontrih mis-Segretarju-Ġenerali/Rappreżentant Għoli wara li l-persuna in kwistjoni ġiet mogħtija opportunità biex tagħti d-difiża tagħha. Il-konċessjonijiet imsejħin fl-Artikoli 15 u 16 m'għandhomx jiġu mħallsin matul din is-sospensjoni, li ma tistax taqbeż tlett xhur. 2. Is-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli jista' jġib għall-attenzjoni ta' awtoritajiet nazzjonali kwalunkwe vjolazzjoni minn membru ta' l-istaff militari fuq sekondament tar-regoli stabbiliti jew imsejħin f'din id-Deċiżjoni. 3. Membru ta' l-istaff militari fuq sekondament għandu jkompli jkun suġġett għar-regoli dixxiplinarji nazzjonali tiegħu. Artikolu 34 Ħinijiet tax-xogħol It-tieni sentenza ta' l-Artikolu 10(2) m'għandhiex tapplika għal staff militari ssekondat. Artikolu 35 Leave speċjali B'deroga mill-Artikolu 12(4), leave speċjali addizzjonali mhux imħallas jista' jiġi mogħti mil-GSC għal taħriġ mill-impjegatur bla ħsara għal talba rraġunata b'mod xieraq mill-impjegatur. Artikolu 36 Konċessjonijiet B'deroga mill-Artikolu 15(1) u l-Artikolu 16, l-Iskambju ta' Ittri msejjaħ fl-Artikolu 1(5) jista' jistabbilixxi li konċessjonijiet previsti ġo fih m'għandhomx jiġu mħallsin. Artikolu 37 Post tar-residenza 1. Il-membru ta' l-istaff militari ssekondat hu kkonsidrat li għandu l-post tar-residenza tiegħu fil-kapital ta' l-Istat Membru ta' liema hu ċittadin, meta, skond l-Artikolu 17(1), (2) u (3)(a), il-post tar-residenza tiegħu jinstab 150-il km jew inqas mil-post tas-sekondament. 2. Il-membru ta' l-istaff militari ssekondat hu kkonsidrat li għandu l-post tar-residenza tiegħu fil-kapital ta' l-Istat Membru ta' liema hu ċittadin meta l-post tar-residenza prinċipali tal-mara jew tar-raġel jew tat-tifel jew tifla (tfal) imsejjaħ fl-Artikolu 17(3)(b) jinstab fi Stat Membru barra minn dak tas-sekondament. KAPITOLU V DISPOSIZZJONIJIET FINALI Artikolu 38 Tħassir Id-Deċiżjonijiet li ġejjin għandhom jiġu mħassrin: - Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 1997 dwar ir-regoli applikabbli għal esperti nazzjonali mat-tneħħija għas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (Direttorat-Ġenerali għall-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni) fil-kuntest ta' l-implimentazzjoni tal-pjan biex tikber il-ġlieda kontra d-delitti organizzati, - Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Marzu 1999 dwar ir-regoli applikabbli għal esperti nazzjonali mat-tneħħija għas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (Direttorat-Ġenerali għall-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni) fil-kuntest ta' l-istima kollettiva ta' l-għemil, applikazzjoni u implimentazzjoni effettiva mil-pajjiżi applikanti ta' l-acquis ta' l-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-Ġustizja u l-Affarijiet Interni, - Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/41/KE tat-22 ta' Diċembru 2000 dwar ir-regoli applikabbli għal esperti nazzjonali mat-tneħħija għas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill fil-kuntest ta' sistema ta' skambju għal uffiċjali tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u uffiċjali ta' amministrazzjonijiet nazzjonali jew ta' organizzazzjonijiet internazzjonali [2], u - Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/496/CFSP tal-25 ta' Ġunju 2001 dwar ir-regoli applikabbli għal staff militari nazzjonali fuq sekondament lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill sabiex jifforma l-istaff militari ta' l-Unjoni Ewropea [3]. Artikolu 39 Effett Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Għandha tapplika mill-ewwel ġurnata tax-xahar wara d-dħul fis-seħħ tagħha għal kull sekondament ġdid jew tiġdid ta' sekondament. Magħmul fil-Lussemburgu, 16 Ġunju 2003. Għall-Kunsill Il-President G. Papandreou [1] ĠU L 27, tat-30.1.2001, p. 7. [2] ĠU L 11, tas-16.1.2001, p. 35. Id-Deċiżjoni kif emendata mid-Deċiżjoni 2002/34/KE (ĠU L 15, tas-17.1.2002, p. 29). [3] ĠU L 181, ta' l-4.7.2001, p. 1. Id-Deċiżjoni kif emendata mid-Deċiżjoni 2002/34/KE. --------------------------------------------------