EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003D0432

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2003/432/CFSP tat-12 ta' Ġunju 2003 fuq il-lanċjar ta' l-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

ĠU L 147, 14.6.2003, p. 42–42 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/432/oj

32003D0432



Official Journal L 147 , 14/06/2003 P. 0042 - 0042


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2003/432/CFSP

tat-12 ta' Ġunju 2003

fuq il-lanċjar ta' l-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkonsidra t-Trattat fuq l-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 17(2) u l-Artikolu 25 tiegħu,

Wara li kkonsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill tal-2003/423/CFSP tal-5 ta' Ġunju 2003 fuq l-Operazzjoni Militari ta' l-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo [1], u partikolarment l-Artikolu 6 tiegħu,

Billi:

(1) Fit-30 ta' Mejju 2003, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta unanimament ir-Reżoluzzjoni 1484 (2003) li tawtorizza, taħt il-Kapitolu VII tal-Karta tal-ĠM, l-iskjerament temporanju ta' forza multinazzjonali ta' emerġenza temporanja fil-Bunia, fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo.

(2) Wara t-talba tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, l-Unjoni Ewropea ddeċidiet li tipprovdi forza stabilitatorja temporanja fir-Reġjoni ta' l-Ituri in implimentazzjoni tal-mandat previst fir-Reżoluzzjoni tal-UNSC 1484 (2003) tat-30 ta' Mejju 2003.

(3) Il-Kunsill awtorizza l-Kumitat tal-Politika u tas-Sigurtà biex tieħu deċiżjonijiet rilevanti dwar il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika ta' l-operazzjoni.

(4) Skond l-Artikolu 6 tal-Protokoll fuq il-posizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat fuq l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tieħux sehem fl-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea li għandhom implikazzjoniet għad-difiża. Id-Danimarka ma tieħux sehem fil-finanzjament ta' l-operazzjoni,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Pjan Operazzjonali hu approvat.

Artikolu 2

Il-messaġġ dwar ir-Regoli ta' l-Awtorizzazzjoni tal-Ingaġġar hu approvat.

Artikolu 3

L-operazzjoni militari ta' l-UE fir-Repubblika Demorkratika tal-Kongo tibda fit-12 ta' Ġunju 2003.

Artikolu 4

Il-Kmandant ta' l-Operazzjoni hu hawnhekk awtorizzat b'effett immedjat biex jirilaxxja l-ordni ta' attivazzjoni (Actord) sabiex jesegwixxi l-iskjeramnet tal-forzi, qabel it-trasferiment ta' l-awtorità wara li jasslu fil-post, u jibdew l-eżekuzzjoni tal-missjoni.

Artikolu 5

Mingħajr preġudizzju għal l-Artikolu 15 ta' l-Azzjoni Konġunta 2003/423/CFSP, din id-Deċiżjoni tibqa' fis-seħħ sakemm il-forzi marbutin ma' l-operazzjoni fil-Bunia jkunu skjerati mill-ġdid.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula il-Lussemburgu, it-12 Ġunju 2003.

Għall-Kunsill

Il-President

G. Drys

[1] ĠU L 143, tal-11.6.2003, p. 50.

--------------------------------------------------

Top