Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003D0430

    Id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2003 dwar ir-reviżjoni tal-perspettiv finanzjarju

    ĠU L 147, 14.6.2003, p. 31–37 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/430/oj

    32003D0430



    Official Journal L 147 , 14/06/2003 P. 0031 - 0037


    Id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    tad-19 ta' Mejju 2003

    dwar ir-reviżjoni tal-perspettiv finanzjarju

    (2003/430/KE)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

    Wara li kunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali (IIA) tas-6 ta' Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina fil-baġit u t-titjib fil-proċedura tal-baġit [1], u b'mod partikolari il-punti 19 sa 21 tiegħu,

    Wara li kunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [2],

    Jaġixxu skond il-proċedura mfassla fil-ħames subparagrafu ta' l-Artikolu 272(9) tat-Trattat [3],

    Billi:

    (1) Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill konġuntivament addottaw l-aġġustament tal-perspettiv finanzjarju għat-tkabbir [4], kif ipprovdut f'punt 25 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-6 ta' Mejju 1999.

    (2) Sussegwentement ftiehmu dwar Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 32 u l-Anness XV tat-Trattat ta' Adeżjoni. Id-Dikjarazzjoni tipprovdi sabiex jiġu mtellgħin il-limiti ta' titolu 3 (politika interna),

    IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-limiti ta' kull sena għall-approprjazzjonijiet ta' impenji taħt it-titolu 3 (politika interna) tal-perspettiv finanzjarju, kif aġġustati taħt il-punt 25 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-6 ta' Mejju 1999, għandhom jiġu mtellgħin bis-segwenti ammonti, espressi f'miljuni ta' ewro bil-prezzijiet ta' l-1999.

    2004 | 2005 | 2006 |

    50 | 190 | 240 |

    Artikolu 2

    1. Il-perspettiv finanzjarju li jirriżulta għall-Unjoni Ewropea mkabbra b'25 Membru (esklużi l-implikazzjonijiet tal-baġit li jirriżultaw minn stabbilizzar politiku f'Ċipru) bil-prezzijiet ta' l-1999, huwa preżentat fit-Tabella 1a annessa ma' din id-Deċiżjoni.

    Fl-eventwalita ta' stabbilizzar politiku milħuq f'Ċipru, l-perspettiv finanzjarju għall-Unjoni Ewropea b'25 Membru, bil-prezzijiet ta' l-1999, kif ippreżentat f'Tabella 1b, għandu japplika.

    2. Il-perspettiv finanzjarju li jikkorispondi, li jirriżulta mill-aġġustament tekniku għall-2004, skond il-movimenti fi dħul nazzjonali gross (DNG), u l-prezzijiet, huwa preżentat fit-Tabelli 2a u 2b annessi ma' din id-Deċiżjoni.

    Magħmulha fi Brussel, fid-19 ta' Mejju 2003.

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    P. Cox

    Għall-Kunsill

    Il-President

    G. Papandreou

    [1] ĠU C 172, 18.06.99, p. 1.

    [2] Għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċċjali.

    [3] Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad- 9 ta' April 2003 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-4 ta' April 2003.

    [4] ĠU L 147, 14.06.03, p. 25.

    --------------------------------------------------

    ANNESS I

    Tabella 1a:Perspettiv finanzjarju (UE-25) aġġustat għat-tkabbir bil-prezzijiet ta' l-1999

    (EWR miljun) |

    Approprijazzjonijiet ta' impenn | 2000 | 2001 | 2002 | 2003 | 2004 | 2005 | 2006 |

    1.AGRIKOLTURA | 40920 | 42800 | 43900 | 43770 | 44657 | 45677 | 45807 |

    1(a)Politika agrikola komuni | 36620 | 38480 | 39570 | 39430 | 38737 | 39602 | 39612 |

    1(b)Żvilupp Rurali | 4300 | 4320 | 4330 | 4340 | 5920 | 6075 | 6195 |

    2.AZZJONIJIET STRUTTURALI | 32045 | 31455 | 30865 | 30285 | 35665 | 36502 | 37940 |

    Fondi Strutturali | 29430 | 28840 | 28250 | 27670 | 30533 | 31835 | 32608 |

    Fond ta' koeżjoni | 2615 | 2615 | 2615 | 2615 | 5132 | 4667 | 5332 |

    3.POLITIKA INTERNA | 5930 | 6040 | 6150 | 6260 | 7877 | 8098 | 8212 |

    4.AZZJONIJIET ESTERNI | 4550 | 4560 | 4570 | 4580 | 4590 | 4600 | 4610 |

    5.AMMINISTRAZZJONI | 4560 | 4600 | 4700 | 4800 | 5403 | 5558 | 5712 |

    6.RISERVI | 900 | 900 | 650 | 400 | 400 | 400 | 400 |

    Riserva monetarja | 500 | 500 | 250 | 0 | 0 | 0 | 0 |

    riserva ta' Emerġenza | 200 | 200 | 200 | 200 | 200 | 200 | 200 |

    riserva ta' Garanzija | 200 | 200 | 200 | 200 | 200 | 200 | 200 |

    7.STRATEĠIJA QABEL L-ADEŻJONI | 3120 | 3120 | 3120 | 3120 | 3120 | 3120 | 3120 |

    Agrikoltura | 520 | 520 | 520 | 520 | | | |

    Strument strutturali agrikolu ta' qabel l-adeżjoni | 1040 | 1040 | 1040 | 1040 | | | |

    Phare (pajjiżi applikanti) | 1560 | 1560 | 1560 | 1560 | | | |

    8.KUMPENS | | | | | 1273 | 1173 | 940 |

    APPROPRIJAZZJONIJIET TOTALI GĦALL-IMPENJI | 92025 | 93475 | 93955 | 93215 | 102985 | 105128 | 106741 |

    APPROPRIJAZZJONIJIET TOTALI GĦALL-ĦLASIJIET | 89600 | 91110 | 94220 | 94880 | 100800 | 101600 | 103840 |

    Limiti, approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet bħala % tad-DNG (ESA 95) | 1,07 % | 1,08 % | 1,11 % | 1,10 % | 1,08 % | 1,06 % | 1,06 % |

    Marġini għal-limitu ta' | 0,17 % | 0,16 % | 0,13 % | 0,14 % | 0,16 % | 0,18 % | 0,18 % |

    l-ispiża mhux prevvista dwar ir-riżorsi tiegħu | 1,24 % | 1,24 % | 1,24 % | 1,24 % | 1,24 % | 1,24 % | 1,24 % |

    (EWR miljun) |

    Approprijazzjonijiet ta' impenn | 2000 | 2001 | 2002 | 2003 | 2004 | 2005 | 2006 |

    1.AGRIKOLTURA | 40920 | 42800 | 43900 | 43770 | 44650 | 45675 | 45805 |

    1(a)Politika agrikola komuni | 36620 | 38480 | 39570 | 39430 | 38740 | 39611 | 39622 |

    1(b)Żvilupp rurali | 4300 | 4320 | 4330 | 4340 | 5910 | 6064 | 6183 |

    2.AZZJONIJIET STRUTTURALI | 32045 | 31455 | 30865 | 30285 | 35718 | 36579 | 38052 |

    Fondi Strutturali | 29430 | 28840 | 28250 | 27670 | 30571 | 31899 | 32703 |

    Fond ta' koeżjoni | 2615 | 2615 | 2615 | 2615 | 5147 | 4680 | 5349 |

    3.POLITIKA INTERNA | 5930 | 6040 | 6150 | 6260 | 7891 | 8112 | 8226 |

    4.AZZJONIJIET ESTERNI | 4550 | 4560 | 4570 | 4580 | 4590 | 4600 | 4610 |

    5.AMMINISTRAZZJONI | 4560 | 4600 | 4700 | 4800 | 5403 | 5558 | 5712 |

    6.RISERVI | 900 | 900 | 650 | 400 | 400 | 400 | 400 |

    Riserva | 500 | 500 | 250 | 0 | 0 | 0 | 0 |

    monetarja riserva ta'għajnuna | 200 | 200 | 200 | 200 | 200 | 200 | 200 |

    f'Emerġenza riserva ta' Garanzija | 200 | 200 | 200 | 200 | 200 | 200 | 200 |

    7.STRATEĠIJA TA' QABEL L-ADEŻJONI | 3120 | 3120 | 3120 | 3120 | 3120 | 3120 | 3120 |

    Strument | 520 | 520 | 520 | 520 | | | |

    strutturali agrikolu ta' qabel l-adeżjoni | 1040 | 1040 | 1040 | 1040 | | | |

    Phare (pajjiżi applikanti) | 1560 | 1560 | 1560 | 1560 | | | |

    8.KUMPENS | | | | | 1273 | 1173 | 940 |

    APPROPRIJAZZJONIJIET TOTALI DWAR L-IMPENJI | 92025 | 93475 | 93955 | 93215 | 103045 | 105218 | 106865 |

    APPROPRIJAZZJONIJIET TOTALI GĦALL-ĦLASIJIET | 89600 | 91110 | 94220 | 94880 | 100800 | 101600 | 103840 |

    Limitu, approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet bħala % tad-DNG (ESA 95) | 1,07 % | 1,08 % | 1,11 % | 1,10 % | 1,08 % | 1,06 % | 1,06 % |

    Marġini għal-limitu ta' l-ispiża mhux prevvista | 0,17 % | 0,16 % | 0,13 % | 0,14 % | 0,16 % | 0,18 % | 0,18 % |

    dwar ir-riżorsi tiegħu | 1,24 % | 1,24 % | 1,24 % | 1,24 % | 1,24 % | 1,24 % | 1,24 % |

    (EWR miljun) |

    Approprijazzjonijiet ta' impenn | Kurrenti | Prezzijiet’ l-2004 |

    2000 | 2001 | 2002 | 2003 | 2004 | 2005 | 2006 |

    1.AGRIKOLTURA | 41738 | 44530 | 46587 | 47378 | 49305 | 50431 | 50575 |

    1(a)Politika agrikola komuni | 37352 | 40035 | 41992 | 42680 | 42769 | 43724 | 43735 |

    1(b)Żvilupp rurali | 4386 | 4495 | 4595 | 4698 | 6536 | 6707 | 6840 |

    2.AZZJONIJIET STRUTTURALI | 32678 | 32720 | 33638 | 33968 | 41035 | 41685 | 42932 |

    Fondi Strutturali | 30019 | 30005 | 30849 | 31129 | 35353 | 36517 | 37028 |

    fond ta' koeżjoni | 2659 | 2715 | 2789 | 2839 | 5682 | 5168 | 5904 |

    3.POLITIKA INTERNA | 6031 | 6272 | 6558 | 6796 | 8722 | 8967 | 9093 |

    4.AZZJONIJIET ESTERNI | 4627 | 4735 | 4873 | 4972 | 5082 | 5093 | 5104 |

    5.AMMINISTRAZZJONI | 4638 | 4776 | 5012 | 5211 | 5983 | 6154 | 6325 |

    6.RISERVI | 906 | 916 | 676 | 434 | 442 | 442 | 442 |

    Riserva monetarja | 500 | 500 | 250 | 0 | 0 | 0 | 0 |

    riserva ta'għajnuna f'Emerġenza | 203 | 208 | 213 | 217 | 221 | 221 | 221 |

    riserva ta' Garanzija | 203 | 208 | 213 | 217 | 221 | 221 | 221 |

    7.STRATEĠIJA QABEL L-ADEŻJONI | 3174 | 3240 | 3328 | 3386 | 3455 | 3455 | 3455 |

    Agrikultura | 529 | 540 | 555 | 564 | | | |

    strument strutturali ta' qabel l-adeżjoni | 1058 | 1080 | 1109 | 1129 | | | |

    Phare (pajjiżi applikanti) | 1587 | 1620 | 1664 | 1693 | | | |

    8.KUMPENS | | | | | 1410 | 1299 | 1041 |

    APPROPRIJAZZJONIJIET TOTALI DWAR L-IMPENJI | 93792 | 97189 | 100672 | 102145 | 115434 | 117526 | 118967 |

    APPROPRIJAZZJONIJIET TOTALI GĦALL-ĦLASIJIET | 91322 | 94730 | 100078 | 102767 | 111380 | 112260 | 114740 |

    Limiti, approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet bħala % tad-DNG (ESA 95) | 1,07 % | 1,08 % | 1,11 % | 1,09 % | 1,08 % | 1,06 % | 1,06 % |

    Marġini mhux prevvista | 0,17 % | 0,16 % | 0,13 % | 0,15 % | 0,16 % | 0,18 % | 0,18 % |

    dwar ir-riżorsi tiegħu | 1,24 % | 1,24 % | 1,24 % | 1,24 % | 1,24 % | 1,24 % | 1,24 % |

    (EWR miljun) |

    Approprijazzjonijiet ta' impenji | Kurrenti | Prezzijiet ta' l-2004 |

    2000 | 2001 | 2002 | 2003 | 2004 | 2005 | 2006 |

    1.AGRIKOLTURA | 41738 | 44530 | 46587 | 47378 | 49297 | 50429 | 50573 |

    1(a)Politika agrikola komuni | 37352 | 40035 | 41992 | 42680 | 42772 | 43734 | 43746 |

    1(b)Żvilupp rurali | 4386 | 4495 | 4595 | 4698 | 6525 | 6695 | 6827 |

    2.AZZJONIJIET STRUTTURALI | 32678 | 32720 | 33638 | 33968 | 41094 | 41770 | 43056 |

    Fondi Strutturali | 30019 | 30005 | 30849 | 31129 | 35395 | 36588 | 37133 |

    Fond ta' koeżjoni | 2659 | 2715 | 2789 | 2839 | 5699 | 5182 | 5923 |

    3.POLITIKA INTERNA | 6031 | 6272 | 6558 | 6796 | 8737 | 8982 | 9108 |

    4.AZZJONIJIET ESTERNI | 4627 | 4735 | 4873 | 4972 | 5082 | 5093 | 5104 |

    5.AMMINISTRAZZJONI | 4638 | 4776 | 5012 | 5211 | 5983 | 6154 | 6325 |

    6.RISERVI | 906 | 916 | 676 | 434 | 442 | 442 | 442 |

    riserva monetarja | 500 | 500 | 250 | 0 | 0 | 0 | 0 |

    Riserva ta'għajnuna f'Emerġenza | 203 | 208 | 213 | 217 | 221 | 221 | 221 |

    Riserva ta' Garanzija | 203 | 208 | 213 | 217 | 221 | 221 | 221 |

    7.STRATEĠIJA QABEL L-ADEŻJONI | 3174 | 3240 | 3328 | 3386 | 3455 | 3455 | 3455 |

    Agrikoltura | 529 | 540 | 555 | 564 | | | |

    Strument strutturali ta' qabel l-adeżjoni | 1058 | 1080 | 1109 | 1129 | | | |

    Phare (pajjiżi applikanti) | 1587 | 1620 | 1664 | 1693 | | | |

    8.KUMPENS | | | | | 1410 | 1299 | 1041 |

    APPROPRIJAZZJONIJIET TOTALI DWAR L-IMPENJI | 93792 | 97189 | 100672 | 102145 | 115500 | 117624 | 119104 |

    APPROPRIJAZZJONIJIET TOTALI DWAR IL-ĦLASIJIET | 91322 | 94730 | 100078 | 102767 | 111380 | 112260 | 114740 |

    Limiti, approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet bħala % tad-DNG (ESA 95) | 1,07 % | 1,08 % | 1,11 % | 1,09 % | 1,08 % | 1,06 % | 1,06 % |

    Marġini ta' spiża mhix prevvista | 0,17 % | 0,16 % | 0,13 % | 0,15 % | 0,16 % | 0,18 % | 0,18 % |

    Limitu dwar ir-riżorsi tiegħu | 1,24 % | 1,24 % | 1,24 % | 1,24 % | 1,24 % | 1,24 % | 1,24 % |

    --------------------------------------------------

    ANNESS II

    Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 32 u l-Anness XV tat-Trattat ta' Adeżjoni

    1. Ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri, li ltaqgħu mal-Kunsill, jiddikjaraw illi l-ammonti addizzjonali għandhom jissemmew fl-Anness XV tat-Trattat ta' Adeżjoni, bla ħsara għad-drittijiet tal-Parlament Ewropew u l-poteri u l-prerogattivi ta' l-awtorità dwar il-baġit mogħtija mill-Artikolu 272 tat-Trattat KE u d-dispożizzjonijiet relevanti tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-6 ta' Mejju 1999 dwar id-dixxiplina fil-baġit u t-titjib fil-proċedura tal-baġit (IIA) b'mod partikolari punti 15, 19 sa 21 u 24 tiegħu, u fin-negozjati dwar il-perspettiv finanzjarju tal-futur.

    2. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ftiehmu li jaġġustaw il-Perspettiv Finanzjarju għall-2004, 2005 u l-2006 minħabba t-tkabbir, skond il-punt 25 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-6 ta' Mejju 1999 kif propost mill-Kummissjoni [1].

    3. Bħala żieda, l-Parlament Ewropew u l-Kunsill ftiehmu dwar reviżjoni tal-Perspettiv Finanzjarju, sabiex jittellà l-limitu tat-titolu 3, wara l-aġġustament taħt il-punt 25 tat-IIA, b' EWR 480 miljun 2004 sa 2006, i.e. EWR 50 miljun għall-2004, EWR 190 miljun għall-2005, EWR 240 miljun għall-2006, skond il-punti 19 sa 21 tat-IIA. Il-Kummissjoni tippreżenta l-proposti meħtieġa bil-għan għall-addozzjoni qabel id- 9 t'April 2003.

    4. Jifthiemu wkoll, kif propost mill-Kummissjoni, sabiex jittrasferixxu l-iffinanzjar ta' l-għajnuna lit-Turkija minn Titolu 4 għat-Titolu 7 u sabiex jiġi modifikat it-titolu, kif ġej: "Strateġija qabel l-adeżjoni". It-Titolu 7 għalhekk ikopri l-ispiża għall-Bulgarija u r-Rumanija u t-Turkija bħala pajjiż kandidat [2].

    5. Ġaladarba addottati, l-limiti aġġustati tal-Perspettiv Finanzjarju għandhom japplikaw għall-Istati Membri, mingħajr kwalunkwe diskrimazzjoni permezz ta' limiti oħrajn li jikkonċernaw l-Istati Membri il-ġodda.

    6. Jiftiehmu wkoll li jirrevedu (sa tmiem il-proċedura tal-baġit għall-2004), skond il-proċedura ta' ko-deċiżjoni, l-ammonti ta' riferenza tal-programmi kodeċiżi fil-parametri tal-limiti li jirriżultaw mill-aġġustamenti hawn fuq imsemmija, u r-reviżjoni tal-Perspettiv Finanzjarju.

    7. L-abbozz preliminari tal-baġit 2004 li jrid jiġi preżentat mill-Kummissjoni, ikopri l-Istati kurrenti kollha u dawk kollha li se jissieħbu, sabiex il-proċedura tal-baġit jistgħu jwasslu għall-ftehim dwar l-approprijazzjonijiet kollha rilevanti għall-Unjoni mkabbra.

    8. In-konformita ma' l-Artikolu 28 ta' l-abbozz tat-Trattat ta' Adeżjoni, il-baġit ta' l-2004 "għandu jiġu addattat sabiex jikkonsidra l-adeżjoni ta' Stati Membri ġodda, permess ta' baġit ta' emenda, li għandu jidħol fis-seħħ nhar l-1 ta' Mejju 2004."

    9. Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni itennu l-importanza tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-6 ta' Mejju 1999 fil-funzjonament tal-proċeduri tal-baġit, u dan jiffunzjona biss jekk l-istituzzjonijiet jikkonformaw b'mod sħiħ.

    [1] KUMM(2003) 70.

    [2] Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jiddeċiedu, fuq proposta mill-Kummissjoni, l-inklużjoni ta' pajjiżi kanditati oħra taħt it-titolu 7.

    --------------------------------------------------

    Top