Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003D0222

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2003/222/PESK tal-21 ta' Marzu 2003 war il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Dik li Qabel Kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja dwar l-istatus tal-forzi mmexxija mill-Unjoni Ewropea (EUF) f'Dik li Qabel Kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

ĠU L 82, 29.3.2003, p. 45–45 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/222/oj

Related international agreement

32003D0222



Official Journal L 082 , 29/03/2003 P. 0045 - 0045


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2003/222/PESK

tal-21 ta' Marzu 2003

war il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Dik li Qabel Kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja dwar l-istatus tal-forzi mmexxija mill-Unjoni Ewropea (EUF) f'Dik li Qabel Kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkonsidra it-Trattat on l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 24 tiegħu,

Wara li kkonsidra ir- rakkomondazzjoni tal-Presidenza,

Billi:

(1) Fis 27 ta' Jannar 2003, il-Kunsill adotta Azzjoni Konġunta 2003/92/PESK tal-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea f'Dik li Qabel Kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (FYROM) [1].

(2) L-Artikolu 12 ta' dik l- Azzjoni Konġunta tal-forzi mmexxija mill-UE fil- FYROM ikunu s-suġġett ta' ftehim bejn il-Gvern ta' Dik li Qabel Kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja li ghandu jiġ konkluż a Bażi tal-Artikolu 24 tat-Trattat on l-Unjoni Ewropea.

(3) Wara id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 27 ta' Frar 2003 li awtorizzat il-Presidenża li tiftaħ in-negozjati, Il-Presidenza innegozjat ftehim mal-FYROM dwar l-istatus tal-forzi mmexxija mill-FYROM.

(4) Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u Dik Li Qabel Kienet ir-Repubblika Yugoslava tal-Maċedonja (FYROM) dwar l-istatus tal-forzi mmexxija mill-Unjoni Ewropea fil-FYROM hawnhekk hi approvata ghan-nom tal-Unjoni Ewropea.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuz ma' din id-deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill hu hawnhekk awtorizzt li jinnomina persuna bis-setgħa li tiffirma l-Ftehim sabiex torbot lill-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Id-Deċiżjoni għandha jkollha effett meta tiġi adottata.

Magħmula fi Brussel, fil-21 ta' Marzu 2003.

Għall-Kunsill

ll-President

G. Papandreou

[1] ĠU L 34, tal-11.2.2003, p. 26.

--------------------------------------------------

Top