This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32003D0190
2003/190/EC: Commission Decision of 18 March 2003 on the publication of the reference of standard EN 521:1998 "Specifications for dedicated liquefied petroleum gas appliances — Portable vapour pressure liquefied petroleum gas appliances", point 5.7.2.1, in accordance with Council Directive 90/396/EEC (Text with EEA relevance) (notified under document number C(2003) 711)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Marzu 2003 dwar il-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ l-istandard EN 521:1998: L-ispeċifikazzjonijiet għall-istrumenti li jaħdmu biss bil-gass tal-petroleum likwefatt — Strumenti portatili tal-pressa tal-fwar tal-gass tal-petroleum likwefatt, il-punt 5.7.2.1, skond id-Direttiva tal-Kunsill 90/396/KEE (innofikata fid-dokument bin-numru C(2003) 711)Test b’rilevanza għaż-ŻEE
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Marzu 2003 dwar il-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ l-istandard EN 521:1998: L-ispeċifikazzjonijiet għall-istrumenti li jaħdmu biss bil-gass tal-petroleum likwefatt — Strumenti portatili tal-pressa tal-fwar tal-gass tal-petroleum likwefatt, il-punt 5.7.2.1, skond id-Direttiva tal-Kunsill 90/396/KEE (innofikata fid-dokument bin-numru C(2003) 711)Test b’rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 74, 20.3.2003, pp. 28–29
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 074 , 20/03/2003 P. 0028 - 0029
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Marzu 2003 dwar il-pubblikazzjoni tar-referenza ta' l-istandard EN 521:1998: "L-ispeċifikazzjonijiet għall-istrumenti li jaħdmu biss bil-gass tal-petroleum likwefatt — Strumenti portatili tal-pressa tal-fwar tal-gass tal-petroleum likwefatt", il-punt 5.7.2.1, skond id-Direttiva tal-Kunsill 90/396/KEE (innofikata fid-dokument bin-numru C(2003) 711) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) (2003/190/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/396/KEE tat-29 ta' Ġunju 1990 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' l-istrumenti li jaħarqu l-karburanti gassużi [1], kif emendata bid-Direttiva 93/68/KEE [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha, Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti stabbilit skond l-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-provvediment tat-tagħrif fil-qasam ta' l-i standards u r-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-Servizi tas-Soċjetà ta' l-Informazzjoni [3], kif emendata bid-Direttiva 98/48/KE) [4], Billi: (1) L-Artikolu 2 tad-Direttiva 90/396/KEE jippovdi illi l-istrumenti tal-gass jistgħu jitqiegħdu fis-suq u jiddaħħlu fis-servizz biss jekk, meta wżati b'mod normali, ma jikkompromettux is-sigurtà tal-persuni, ta' l-annimali domestiċi u tal-proprjetà. (2) Skond l-Artikolu 5 tad-Direttiva 90/396/KEE, l-istrumenti tal-gass huma preżunti li jħarsu l-ħtiġiet essenzjali msemmija fl-Artikolu 3 ta' dik id-Direttiva jekk jikkonformaw ma' l-i standards nazzjonali li japplikaw għalihom meta jittrasponu l-i standards armonizzati li n-numri tar-referenza tagħhom ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. (3) L-Istati Membri huma meħtieġa li jippubblikaw in-numri tar-referenza ta' l-i standards nazzjonali meta jittrasponu l-i standards armonizzati, li n-numri tagħhom tar-referenza ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. (4) L-Olanda qajmet oġġezzjoni formali rigward il-punt 5.7.2.1 "strumenti mwaħħla ma' skrataċ li jittaqqbu" ta' l-i standard EN 521:1998"L-ispeċifikazzjonijiet għall-istrumenti li jaħdmu biss bil-gass tal-petroleum likefatt — Strumenti portatili tal-pressa tal-fwar tal-gass tal-petroleum likwefatt", adottat mill-Kumitat Ewropew ta' l-Istandardizzazzjoni (CEN) fil-21 ta' Mejju 1997, li n-numru tar-referenza tiegħu ġie ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewopej fil-25 ta' Lulju 1998 [5], għar-raġunijiet li ma jissodisfax għal kollox il-ħtiġiet essenzjali tad-Direttiva 90/396/KEE. (5) Skond l-awtoritajiet Olandiżi, l-istrumenti portatili (għall-kampeġġ) tal-karburant tal-gass tal-petroleum likwefatt (LPG) b'LPG jgħaddi għal ġol-burner minn skartoċċ li jittaqqab jista', jekk l-iskartoċċ jiġi mibdul b'mod li ma jikkonformax ma' l-istruzzjonijiet għall-użu, isir perikoluż, hekk li possibbilment jirriżulta fit-tnixxija tal-gass u ħruq gravi. Jikkontendu illi din l-imġiba għandha tiġi prevista ġaladarba, billi dawn l-istrumenti huma tipikament użati f'kondizzjonijiet partikolari bħalma huma s-siti tal-kampeġġ u ġewwa t-tined għal perjodi qosra taż-żmien matul is-sena, mhux l-utenti kollha jaqraw b'mod sistematiku l-istruzzjonijiet dwar l-użu u lanqas ma jkun hemm dawl biżżjjed għalbiex jaqrawhom, hekk illi jkun hemm de facto ir-riskju illi l-utent ma jwaħħalx l-iskartoċċ kif xieraq. (6) Skond id-Direttiva 90/396/KEE l-istrumenti kollha għandhom ikunu akkumpanjati b'istruzzjonijiet għall-użu u l-manutenzjoni maħsuba għall-utent, li jkun fihom it-tagħrif kollu meħtieġ għall-użu fis-sigurtà. Dan jimplika illi prerekwiżit għall-funzjonament fis-sigurtà ta' l-istrumenti li jħarsu d-Direttiva huwa illi l-utenti jsegwu dawn l-istruzzjonijiet. (7) Għalkemm il-problema mqajma mill-awtoritajiet Olandiżi toħroġ prinċipalment mill-imġiba ta' l-utenti, is-CEN għandu madankollu, fid-dawl ta' l-evoluzzjoni ta' l-imġiba ta' l-utenti u filwaqt li jittieħed kont tal-kondizzjonijiet partikolari li fihom dan l-istrument x'aktarx li jintuża, jeżamina l-possibbiltà li jittejjeb il-livell intrinsiku tas-sigurtà fejn għandu x'jaqsam il-bdil ta' l-iskrataċ tal-gass. (8) Għal dan il-għan, il-Kummissjoni ser titlob lis-CEN biex, fi żmien sentejn, jippreżenta verżjoni rriveduta ta' l-EN 521:1998. Wara l-implimentazzjoni ta' dan il-mandat u jiddependi mir-riżultati tiegħu, jistgħu jiġu previsti iktar deċiżjonijiet li jirrigwardaw il-verżjoni korrenti ta' l-i standard. (9) Rigward it-talba li tiġi rtirata l-preżunzjoni tal-konformità, għandu jitqies il-fatt illi, skond it-tagħrif irċevut, l-iskrataċ tal-gass li jittaqqbu ilhom f'użu wiesa' għal iktar minn 30 sena, b'madwar 50 miljun mibjugħin kull sena fil-Komunità kollha u li n-numru ta' l-inċidenti li jiġru huwa estremament baxx meta mqabbel man-numru ta' l-unitajiet fl-użu. (10) Iktar minn hekk, għandu jitqies illi l-istrumenti portatili (għall-kampeġġ) tal-gass neċessarjament jippreżentaw riskju elevat fiċ-ċirkostanzi kollha, minħabba l-karattertistiċi tat-teknika wżata (fjamma mhix magħluqa, wiċċ jaħraq, eċċ.), hekk illi r-riskji msemmijin fl-oġġezzjoni formali jeżistu fil-każijiet kollha meta l-imġiba tal-konsumaturi ma tħarisx l-istruzzjonijiet għall-użu. (11) Għandu għalhekk jiġi konkluż, fuq il-bażi ta' l-EN 521:1998 kif ukoll mit-tagħrif sottomess mill-Olanda, mill-awtoritajiet nazzjonali l-oħra, mis-CEN u mill-industrija, u wara konsultazzjoni mal-Grupp ta' Esperti dwar l-Istrumenti tal-Gass illi ma jkunx konsistenti mal-prinċipju tal-proporzjonalità u għalhekk iġġustifikat li tiġi rtirata l-preżunzjoni tal-konformità mal-punt 5.7.2.1 ta' l-EN 521:1998, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Ir-referenza ta' l-i standard EN 521:1998"L-ispeċifikazzjonijiet ta' l-istrumenti li jaħdmu biss bil-gass tal-petroleum likwefatt — strumenti portatili tal-pressa tal-fwar tal-gass tal-petroleum likwefatt", adottat mill-Kumitat Ewropew ta' l-Istandardizzazzjoni (CEN) fit-21 ta' Mejju 1997 u ppubblikat għall-ewwel darba fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej tat-25 ta' Lulju 1998, ma għandhiex tiġi rtirata mil-lista ta' l-i standards ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. L-i standard għandu għalhekk jissokta jikkonferixxi l-preżunzjoni tal-konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 90/396/KEE. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fit-18 ta' Marzu 2003. Għall-Kummissjoni Erkki Liikanen Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 196, tas-26.7.1990, p. 15. [2] ĠU L 220, tat-30.8.1993, p. 1. [3] ĠU L 204, tal-21.7.1998, p. 37. [4] ĠU L 217, tal-5.8.1998, p. 18. [5] ĠU C 233, tal-25.7.1998, p. 16. --------------------------------------------------