Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003D0138

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Frar 2003 li tistabilixxi l-istandards tal-kodifikazzjoni tal-komponenti u l-materjali tal-vetturi skond id-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq vetturi li m’ għadhomx jintużaw (innotifikata fid-dokument bin-numru C(2003) 620)(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 53, 28.2.2003, p. 58–59 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/138(1)/oj

    32003D0138

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Frar 2003 li tistabilixxi l-istandards tal-kodifikazzjoni tal-komponenti u l-materjali tal-vetturi skond id-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq vetturi li m’ għadhomx jintużaw (innotifikata fid-dokument bin-numru C(2003) 620)(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    Official Journal L 053 , 28/02/2003 P. 0058 - 0059
    CS.ES Chapter 15 Volume 07 P. 403 - 404
    ET.ES Chapter 15 Volume 07 P. 403 - 404
    HU.ES Chapter 15 Volume 07 P. 403 - 404
    LT.ES Chapter 15 Volume 07 P. 403 - 404
    LV.ES Chapter 15 Volume 07 P. 403 - 404
    MT.ES Chapter 15 Volume 07 P. 403 - 404
    PL.ES Chapter 15 Volume 07 P. 403 - 404
    SK.ES Chapter 15 Volume 07 P. 403 - 404
    SL.ES Chapter 15 Volume 07 P. 403 - 404


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tas-27 ta' Frar 2003

    li tistabilixxi l-istandards tal-kodifikazzjoni tal-komponenti u l-materjali tal-vetturi skond id-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq vetturi li m’ għadhomx jintużaw

    (innotifikata fid-dokument bin-numru C(2003) 620)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2003/138/KE)

    IL-KUMMISJONI TAL-KOMUNITAJIET EWRPOPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Settembru 2000 fuq vetturi li m’ għadhomx jintużaw [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 8(2) tagħha,

    Billi:

    (1) Skond id-Direttiva 2000/53/KE, il-Kummissjoni trid tistabbilixxi l-i standards għall-kodifika tal-komponenti u l-materjali, li jridu jiġu wżati mill-produtturi u mill-fabbrikanti tal-materjali u tat-tagħmir, sabiex tiġi ffaċilitata l-modifika ta' dawn il-komponenti u l-materjali li jixirqilhom l-użu mill-ġdid u l-irkupru.

    (2) Ikun approprjat li jiġu stabbiliti iktar standards għall-kodifika fuq il-bażi ta' l-esperjenza prattika miksuba fir-riċiklaġġ u l-irkupru ta' vetturi li m’ għadhomx jintużaw.

    (3) Il-miżuri pprovduti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat riferit fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2000/53/KE,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    L-Artikolu 1

    Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2000/53/KE, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw illi l-produtturi, jaħdmu flimkien mal-fabbrikanti tal-materjali u t-tagħmir, jużaw in-nomenklatura ta' l-i standards ta' l-OSI għall-kodifika tal-komponenti u l-mterjali riferiti fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni għalbiex jiġu ttikkettjati u identifikati l-komponenti u l-materjali tal-vetturi.

    L-Artikolu 2

    Sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-deċiżjoni, fuq il-bażi ta' l-esperjenza miksuba fir-riċiklaġġ u l-irkupru tal-vetturi li m’ għadhomx jintużaw, għandha tiġi rriveduta d-Deċiżjoni preżenti sabiex jiġu stabbiliti, jekk meħtieġ, l-i standards għall-kodifika tal-komponenti u tal-materjali għal materjali oħra.

    L-Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tibda tapplika mill-1 ta' Lulju 2003.

    L-Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fis-27 ta' Frar 2003.

    Għall-Kummissjoni

    Margot Wallström

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 269, tal-21.10.2000, p. 1.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    Għall-għoti tat-tikketti u l-identifikazzjoni tal-komponenti u l-materjali tal-plastik tal-vetturi, tapplika n-nomenklatura li ġejja:

    - OSI 1043-1 Il-Plastik — is-simboli u t-termini abbrevjati. Parti 1: Il-polimeri bażiċi u l-karatteristiċi speċjali tagħhom,

    - OSI 1043-2 Il-Plastik — is-simboli u t-termini abbrevjati. Parti 2: L-oġġetti tal-mili u l-materjali tar-rinforz.

    - OSI 11469 Il-Plastik — L-identifikazzjoni ġenerika u l-għoti tal-marki lill-prodotti tal-plastik.

    Għall-għoti tat-tikketti u l-identifikazzjoni tal-komponenti u l-materjali ta’ l-elastomeri tal-vetturi li jkollhom iktar minn 200 gramma fil-piż, tapplika n-nomenklatura li ġejja:

    - OSI 1629 Il-lastiku u l-kolla — In-nomenklatura. Dan ma għandux japplika għall-għoti tat-tikketta lit-tyres.

    Is-simboli "<" jew ">" użati fl-i standards ta’ l-OSI, jistgħu jiġu sostitwiti bi brackets.

    --------------------------------------------------

    Top