Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003D0066

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Jannar 2003 li testendi l-perjodu msemmi fl-Artiklu 21(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/56/KE fuq it-tpoġġija fis-suq ta’ patata taż-żrigħ, liema Direttiva tawtorizza lill-Istati Membri biex dawn jestendu l-perjodu tal-validità tad-deċiżjonijiet dwar l-ekwivalenza ta’ patata taż-żrigħ li tkun ġejja minn pajjiżi terzi (notifikata bid-dokument li jġib in-numru K(2003) 351)Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 25, 30.1.2003, p. 42–42 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/66(1)/oj

32003D0066



Official Journal L 025 , 30/01/2003 P. 0042 - 0042


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-28 ta’ Jannar 2003

li testendi l-perjodu msemmi fl-Artiklu 21(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/56/KE fuq it-tpoġġija fis-suq ta’ patata taż-żrigħ, liema Direttiva tawtorizza lill-Istati Membri biex dawn jestendu l-perjodu tal-validità tad-deċiżjonijiet dwar l-ekwivalenza ta’ patata taż-żrigħ li tkun ġejja minn pajjiżi terzi

(notifikata bid-dokument li jġib in-numru K(2003) 351)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2003/66/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/56/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 fuq it-tpoġġija fis-suq ta’ patata taż-żrigħ [1], u l-aktar it-tieni sotto-paragrafu ta’ l-Artiklu 21(3) tiegħua,

Billi:

(1) Id-Direttiva 2002/56/KE tisħaq li, b’effett minn ċerti dati l-Istati Membri jistgħu ma jwaqqfux għalihom infushom l-ekwivalenza ta’ patata taż-żrigħ li tkun ġejja minn pajjiżi terzi ma’ dik li tkun ġejja mill-Komunità u li tkun fi qbil ma’ dik id-Direttiva.

(2) Madankollu, minħabba li x-xogħol biex titwaqqaf l-ekwivalenza Komunitarja għall-patata taż-żrigħ kollha li tkun ġejja mill-pajjiżi terzi kkonċernati għadu ma tlestiex, id-Direttiva 2002/56/KE tħalli lill-Istati Membri biex dawn jestendu sal-31 ta’ Marzu 2002 il-validità tad-deċiżjonijiet ta’ l-ekwivalenza li dawn kienu ħadu diġà għall-patata taż-żrigħ li kienet ġejja minn ċerti pajjiżi terzi, iżda li ma kinitx koperta mill-ekwivalenza tal-Komunità.

(3) Fin-nuqqas ta’ regoli Komunitarji fuq l-ekwivalenza ta’ patata taż-żrigħ li tkun inħasdet f’pajjiżi terzi ma’ dik li tkun ġejja mill-Komunità, l-awtorizzazzjoni mogħtija lill-Istati Membri bid-Direttiva 2002/56/KE biex jitwal il-perjodu tal-validità tad-deċiżjonijiet ta’ l-ekwivalenza għandha tkun estiża.

(4) Il-miżuri li hemm f’din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq Iż-Żrieragħ u l-Materjal ta’ Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Ortikultura u l-Foresti,

ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-ewwel sotto-paragrafu ta’ l-Artiklu 21(3) tad-Direttiva 2002/56/KE, il-frażi "il-31 ta’ Marzu 2002" għandha tinbidel fil-frażi "il-31 ta’ Marzu 2005".

Artikolu 2

Dan id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fit-28 ta’ Jannar 2003.

Ghall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 193, 20.07.02, p. 60.

--------------------------------------------------

Top