Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003D0046

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Jannar 2002 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Lao dwar il-kummerċ fi prodotti tat-tessuti mibdi fi Brussel fit-3 ta' Diċembru 2001

ĠU L 16, 22.1.2003, pp. 23–57 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/46(1)/oj

Related international agreement

32003D0046



Official Journal L 016 , 22/01/2003 P. 0023 - 0057


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-22 ta' Jannar 2002

dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Lao dwar il-kummerċ fi prodotti tat-tessuti mibdi fi Brussel fit-3 ta' Diċembru 2001

(2003/46/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel sottoparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkonsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Billi:

(1) Il-Kummissjoni nnegozjat f'isem il-Komunità Ftehim dwar il-kummerċ tal-prodotti tat-tessuti fir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Lao.

(2) Il-Ftehim inbeda fit-3 ta' Diċembru 2001.

(3) Bla ħsara għall-konklużjoni possibbli f'data iktar tard, il-Ftehim għandu jkun iffirmat f'isem il-Komunità.

(4) Huwa xieraq li dan il-Ftehim ikun applikat fuq bażi proviżorja mill-1 ta' Jannar 2002 pendenti għat-tlestija tal-proċeduri rilevanti għall-konklużjoni tiegħu, bla ħsara għar-reċiproċità,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Lao dwar il-kummerċ tal-prodotti tat-tessuti hija hawnhekk approvata f'isem il-Komunità, bla ħsara għad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tikkonċerna l-Ftehim imsemmi.

It-test ta' dan il-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat li jaħtar il-persuna li jkollha s-setgħa li tiffirma l-Ftehim f'isem il-Komunità bla ħsara għall-konklużjoni tiegħu.

Artikolu 3

Bla ħsara għar-reċiproċita, il-Ftehim għandu jkun applikat fuq bażi proviżorja mill-1 ta' Jannar 2002 pendenti għat-tlestija tal-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu.

Magħmula fi Brussel, fit-22 ta' Jannar 2002.

Għall-Kunsill

Il-President

R. De Rato y Figaredo

[1] Proposta tal-21 ta' Diċembru 2000 (għadha m'hix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

--------------------------------------------------

Top