Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002R2383

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2383/2002 tat-30 ta’ Diċembru 2002 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2366/98 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistemi ta’ għajnuna ta’ produzzjoni għaż-żejt taż-żebbuġa għas-snin ta’ marketing 1998/1999 sa l-2003/2004

    ĠU L 358, 31.12.2002, p. 122–123 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2005

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/2383/oj

    32002R2383



    Official Journal L 358 , 31/12/2002 P. 0122 - 0123


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2383/2002

    tat-30 ta’ Diċembru 2002

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2366/98 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistemi ta’ għajnuna ta’ produzzjoni għaż-żejt taż-żebbuġa għas-snin ta’ marketing 1998/1999 sa l-2003/2004

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 136/66/KEE tat-22 ta’ Settembru 1966 dwar l-istabbiliment ta’ l-organizzazzjoni komuni tas-suq taż-żjut u x-xaħmijiet [1], kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 1513/2001 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2261/84 tas-17 ta’ Lulju 1984 li jistabbilixxi r-regoli ġenerali fuq l-għotja ta’ għajnuna għall-produzzjoni ta’ żejt taż-żebbuġa u ta’ l-għajnuna lill-organizzatturi tal-produtturi taż-żejt taż-żebbuġa [3], kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 1639/98 [4], u b’mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1638/98 ta’ l-20 ta’ Lulju 1998 li jemenda r-Regolament Nru 136/66/KEE dwar l-istabbiliment ta’ l-organizzazzjoni komuni tas-suq taż-żjut u x-xaħmijiet [5], kif emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 1513/2001, u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,

    Billi:

    (1) L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2366/98 [6], kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 1249/2002 [7], jistabbilixxi li min ikabbar iż-żebbuġ għandu jagħmel id-dikjarazzjonijiet tal-ħsad qabel l-1 ta’ Diċembru ta’ kull sena marketing. L-Artikolu 20(1) ta’ dak ir-Regolament jistabbilixxi li l-organizzazzjonijiet ta’ produtturi jew, fejn adegwat, l-assoċjazzjonijiet tali għandhom jibgħatu d-dikjarazzjonijiet tal-ħsad tal-membri tagħhom u kwalunkwe emendi tagħhom lill-aġenziji kompetenti ta’ l-Istati Membri konċernati qabel l-1 ta’ Jannar ta’ kull sena marketing.

    (2) Iżda, f’ċerti reġjuni fejn jitkabbar iż-żebbuġ, b’mod partikolari minħabba n-numru għoli ta’ dikjarazzjonijiet tal-ħsad, ristrutturar attwali ta’ l-imsaġar taż-żebbuġ jew ċirkostanzi speċifiċi oħra, d-dati hawn fuq imsemmija m’humiex applikabbli aktar għall-għan ta’ kontrolli. Disposizzjoni għandha għalhekk tkun magħmula sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jestendu, f’ċerti limiti, d-dati ta’ skadenza għat-tqegħid u sottomissjoni ta’ dikjarazzjonijiet ta’ ħsad lill-aġenziji kompetenti sabiex itejjbu l-effettività ta’ kontrolli f’ċerti reġjuni.

    (3) L-immaniġġjar u l-kontroll tas-sistema ta’ għajnuna ta’ produzzjoni għaż-żejt taż-żebbuġa teħtieġ li l-informazzjoni fuq żriegħ ġdid provdut għalih fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2366/98 jkun ipprovdut għalih fuq bażi regolari. Konsegwentement, in-numri ta’ siġar taż-żebbuġ għas-snin ta’ marketing wara l-1998/1999 u l-1999/2000 għandhom ikunu notifikati ukoll lill-Kummissjoni.

    (4) Ir-Regolament (KE) Nru 2366/98 għandu jkun hekk emendat.

    (5) Sabiex ikun permess estensjoni tad-data ta’ skadenza msemmija fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 2366/98 mis-sena ta’ marketing attwali, dan ir-Regolament għandu japplika mit-30 ta’ Novembru 2002. Għandha għalhekk issir disposizzjoni għad-dħul fis-seħħ tagħha immedjatament.

    (6) Il-miżuri provvduti għalihom f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaż-Żjut u x-Xaħmijiet,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    L-Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 2366/98 huwa emendat permezz tas-segwenti:

    1. L-Artikolu 1(1) huwa sostitwit permezz tas-segwenti:

    "1. Għall-għanijiet tal-għotja ta’ għajnuna għall-produzzjoni ta’ żejt taż-żebbuġa kif previst għaliha fl-Artikolu 5 tar-Regolament 136/66/KEE, qabel l-1 ta’ Diċembru ta’ kull sena marketing min ikabbar iż-żebbuġ għandu jippreżenta dikjarazzjonijiet tal-ħsad tiegħu dwar is-siġar taż-żebbuġ fil-produzzjoni u d-dettalji ta’ l-imsaġar taż-żebbuġ li jirnexxilhom sa l-1 ta’ Novembru tas-sena ta’ marketing li għalihom d-dikjarazzjonijiet jikkorrispondu. Iżda, sabiex tkun imtejjba l-effettività ta’ kontrolli f’ċerti reġjuni, l-Istati Membri jistgħu jestendu d-data ta’ skadenza għall-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjonijiet b’massimu ta’ tlett xhur.

    Qabel l-1 ta’ Jannar tas-sena ta’ marketing konċernata, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni r-reġjuni u r-raġunijiet għaliex d-data ta’ skadenza għall-preżentazzjoni tad-dikjarazzjonijiet tal-ħsad ġew estiżi, u d-data il-ġdida stabbilita."

    2. L-Artikolu 5(4) huwa sostitwit permezz tal-paragrafi 4 u 5 segwenti:

    "4. Qabel il-31 ta’ Ottubru 2001, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-miżuri meħuda għall-kontroll ta’ l-applikazzjoni tal-paragrafi 2 u 3 u sabiex tippenalizza lil kull min ikun ħati.

    5. Qabel il-31 ta’ Ottubru tas-sena marketing konċernata, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni n-numru ta’ siġar taż-żebbuġ għal dak li għandu x’jaqsam, konformi mal-paragrafu 2:

    - dikjarazzjoni ta’ intenzjoni ta’ tħawwil hija preżentata,

    - l-Istat Membru jikkunsidra li huwa sostitut ta’ tħawwil ta’ siġar maqlugħa,

    - l-Istat Membru jikkunsidra li huma xtieli fi programm approvat, konformi ma’ l-Artikolu 4,

    - l-Istat Membru jikkunsidra li huma xtieli addizzjonali mhux eliġibbli għall-għajnuna wara l-31 ta’ Ottubru 2001.

    Iżda, għas-snin ta’ marketing 2000/2001 u 2001/2002, l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun notifikata lill-Kummissjoni qabel it-28 ta’ Frar 2003."

    3. L-Artikolu 20(1) huwa sostitwit permezz tas-segwenti:

    "1. Qabel l-1 ta’ Jannar ta’ kull sena, l-organizzazzjonijiet ta’ produtturi jew, fejn adegwat, assoċjazzjonijiet tagħhom għandhom jibgħatu d-dikjarazzjonijiet ta’ ħsad tal-membri u kwalunkwe emendi tagħhom lill-aġenzija kompetenti ta’ l-Istat Membru kkonċernat. Iżda, sabiex tkun imtejjba l-effettività ta’ kontrolli f’ċerti reġjuni, l-Istati Membri jistgħu jestendu d-data ta’ skadenza għas-sottomissjoni ta’ dikjarazzjonijiet sa massimu ta’ tlett xhur.

    L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, qabel l-1 ta’ Jannar tas-sena marketing konċernata, ir-reġjuni u r-raġunijiet għal liema data ta’ skadenza għas-sottomissjoni ta’ dikjarazzjonijiet tal-ħsad ġiet estiża, u d-data ġdida stabbilita."

    L-Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Għandu japplika mit-30 ta’ Novembru 2002.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, it-30 ta’ Diċembru 2002.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU 172, tat- 30.9.1966, p. 3025/66.

    [2] ĠU L 201, tas-26.7.2001, p. 4.

    [3] ĠU L 208, tat-3.8.1984, p. 3.

    [4] ĠU L 210, tat-28.7.1998, p. 38.

    [5] ĠU L 210, tat-28.7.1998, p. 32.

    [6] ĠU L 293, tal-31.10.1998, p. 50.

    [7] ĠU L 183, tat-12.7.2002, p. 5.

    --------------------------------------------------

    Top