Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002R2380

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2380/2002 tat-30 ta’ Diċembru 2002 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 fir-rigward tan-negozju fi prodotti fis-settur ta’ l-inbid ma’ pajjiżi terzi

    ĠU L 358, 31.12.2002, p. 117–118 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/07/2008; Impliċitament imħassar minn 32008R0555

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/2380/oj

    32002R2380



    Official Journal L 358 , 31/12/2002 P. 0117 - 0118


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2380/2002

    tat-30 ta’ Diċembru 2002

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 fir-rigward tan-negozju fi prodotti fis-settur ta’ l-inbid ma’ pajjiżi terzi

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid [1], kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 2585/2001 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 68(3) tiegħu,

    Billi:

    (1) L-Artikolu 22(2)(c) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2001 [3], kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 1574/2002 [4], jistabbilixxi li ċ-ċertifikat u r-rapport ta’ l-analiżi pprovdut għalih fl-Artikolu 20 ta’ dak ir-Regolament jista’ ma jkunx ippreżentat għall-inbid u meraq ta’ l-għeneb f’kontenituri ta’ mhux iktar minn ħames litri, li joriġinaw fi u ġejjin minn pajjiżi terzi fejn l-importazzjoni annwali tagħhom fil-Komunità m’hix inqas minn 1000 ettolitri. L-importazzjoni ta’ kwantitajiet żgħar hija ppjannata mill-Indoneżja u t-Tajlandja. Dawn iż-żewġ pajjiżi għandhom għalhekk ikunu miżjuda fil-lista mogħtija fl-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 883/2001.

    (2) Il-miżuri pprovduti għalihom f’dan ir-Regolament huma in konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Inbid,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    L-Artikolu 1

    L-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 883/2001 huwa sostitwit bl-Anness misjub hawn taħt.

    L-Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, 30 ta’ Diċembru 2002.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 179, ta’ l-14.7.1999, p. 1.

    [2] ĠU L 345, tad-29.12.2001, p. 10.

    [3] ĠU L 128, ta’ l-10.5.2001, p. 1.

    [4] ĠU L 235, tat-3.9.2002, p. 10.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    "

    L-ANNESS VI

    Lista tal-pajjiżi msemmija fl-Artikolu 22

    - L-Iran

    - Il-Libanu

    - Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

    - It-Tajwan

    - L-Indja

    - Il-Bolivja

    - Ir-Repubblika ta’ San Marino

    - It-Tajlandja

    - L-Indoneżja.”

    "

    --------------------------------------------------

    Top