EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002R2377

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2377/2002 tas-27 ta' Diċembru 2002 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwota ta' tariffa tal-Komunità għax-xgħir tal-maltu minn pajjiżi terzi u li jieħu d-deroga minn Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1766/92

ĠU L 358, 31.12.2002, p. 95–100 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/12/2008; Imħassar b' 32008R1215

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/2377/oj

32002R2377



Official Journal L 358 , 31/12/2002 P. 0095 - 0100


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2377/2002

tas-27 ta' Diċembru 2002

li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwota ta' tariffa tal-Komunità għax-xgħir tal-maltu minn pajjiżi terzi u li jieħu d-deroga minn Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1766/92

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 tat-30 ta' Ġunju 1992 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali [1], kif emendat l-aħħar b'Regolament (KE) Nru 1666/2000 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 12(1) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 2002 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim f'forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta' l-Amerika, bi pjan għall-modifikazzjoni ta' konċessjonijiet fejn relatati maċ-cereali previsti fi Skeda CXL annessa mal-Ftehim Ġenerali fuq Tariffi u Kummerċ (GATT) [3] u b'mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 2002 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim f'forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada skond l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali fuq Tariffi u Kummerċ (GATT), bi pjan għall-modifikazzjoni ta' konċessjonijiet relatati maċ-ċereali previsti fl-Iskeda CXL tal-KE annessa mal-GATT [4] u b'mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,

Billi:

(1) Wara negozjati dwar il-kummerċ, il-Komunità bidlet il-kondizzjonijiet għall-importazzjoni ta' qamħ komuni ta' kwalità baxxa u medja u ta' xgħir billi ikkreat kwoti ta' importazzjoni minn l-1 ta' Jannar 2003. Għax-xgħir, il-Komunità iddeċidiet li tissostitwixxi s-sistema tal-"marġini ta' preferenza" b'żewġ kwoti ta' tariffa: kwota ta' tariffa waħda ta' 50000 tunnellata metrika għax-xgħir tal-maltu u kwota ta' tariffa waħda ta' 300000 għax-xġħir. Dan ir-Regolament jikkonċerna il-kwota tat-tariffa ta' 50000 tunnellata metrika ta' xġħir tal-maltu.

(2) Skond l-impenni internazzjonali tal-Komunità, xgħir tal-maltu għall-importazzjoni għandu jkun intiż għall-użu fil-manifattura ta' birra fil-bittijiet li fihom il-fagu. F'dan il-każ, għandhom ikunu adottati disposizzjonijiet dwar il-kriterji ta' kwalità għax-xgħir u għal htiġiet ta' proċessar simili għal dawk ta' Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1234/2001 tat-22 ta' Ġunju 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati biex ikun applikat Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 822/1999 u li jipprovdi għar-rimborż parzjali ta' dazju fuq l-importazzjoni impost fuq kwota ta' xgħir għall-maltu [5].

(3) Il-ftuħ ta' din il-kwota tfisser li Regolament (KEE) Nru 1766/92 għandu jkun adottat. Biex il-kwota tkun tista' tiġi miftuħa fl-1 ta' Jannar 2003, għandha ssir disposizzjoni biex issir deroga minn Regolament (KEE) Nru 1766/92, waqt perjodu transitorju li jiskadi fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' l-emenda għal dak ir-Regolament, iżda mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2003.

(4) Biex ikun assigurat li importazzjoni tax-xgħir taħt din il-kwota ta'tariffa huma fl-ordni u mhux spekulattivi, dawn għandhom ikunu magħmula soġġetti għall-ħruġ ta' liċenzi ta' importazzjoni. Il-liċenzi għandhom ikunu maħruġin, fil-kwantitajiet stabbiliti, skond it-talba tal-partijiet interessati, soġġetti fejn xieraq għall-iffissar ta' koeffiċjent ta' tnaqqis skond il-kwantitajiet li wieħed ikun applika għalihom.

(5) Biex tkun assigurata l-amministrazzjoni xierqa ta' din il-kwota, għandhom ikunu stabbiliti termini perentorji għas-sottomissjoni ta' applikazzjonijiet għal liċenzi u għandha tkun speċifikata l-informazzjoni li tiġi inkluża fl-applikazzjonijiet u l-liċenzi.

(6) Biex ikunu kkunsidrati il-kondizzjonijiet ta' provvista (jew fornitura), għandha ssir deroga dwar il-perjodu ta' validità tal-liċenzi.

(7) In konsiderazzjoni ta' l-obbligazzjoni li jkun applikat livell għoli ta' garanzija biex tkun assigurata esekuzzjoni adekwata tal-kwota u li din il-garanzija għandha tkun tapplika matul il-perjodu kollu ta' l-ipproċessar, hu adekwat li jkunu eżenti l-importaturi li l-kunsinji tagħhom ta' xgħir tal-maltu ikunu akkumpanjati minn ċertifikat ta' konformità miftiehem ma' l-Istati Uniti ta' l-Amerika skond il-proċedura ta' koperazzjoni amministrattiva prevista fl-Artikolu 63 sa 65 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 [6], kif emendat minn Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 444/2002 [7].

(8) Bil-ħsieb ta' amministrazzjoni soda tal-kwota, għandha ssir disposizzjoniji biex issir deroga minn Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 tad- 9 ta' Ġunju 2000 li tistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzi għall-importazzjoni u esportazzjoni u ċertifikati bil-quddiem għal prodotti agrikoli [8], kif emendat l-aħħar b'Regolament (KE) Nru 2299/2001 [9], rigward in-natura trasferibbli tal-liċenzi u t-tolleranza relatata mal-kwantitajiet rilaxxjati fiċ-ċirkulazzjoni libera.

(9) Biex tkun assigurata amministrazzjoni b'saħħita ta' din il-kwota, is-sigurtà fuq il-liċenzi ta' importazzjoni għandhom ikunu stabbiliti f'livell relattivament għoli, minkejja l-Artikolu 10 ta' Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1162/95 tat-23 ta' Mejju 1995 li jistabbilixxi regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzi għall-importazzjoni u l-esportazzjoni għaċ-ċereali u ross [10], kif emendat b'Regolament (KE) Nru 1322/2002 [11].

(10) Komunikazzjoni rapida bejn iż-żewġ naħat għandha tkun stabbilita bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri rigward il-kwantitajiet li għalihom ikunu saru applikazzjonijiet u li jkunu ġew importati.

(11) Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija għaċ-Ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Minkejja l-Artikolu 10(1) u (2) ta' Regolament (KEE) Nru 1766/92, id-dazju fuq importazzjoni għax-xgħir tal-maltu li jaqa' taħt kodiċi NM 100300 għandu jkun stabbilit fil-qafas tal-kwota miftuħa minn dan ir-Regolament.

L-Artikolu 10(1) ta' Regolamenti (KEE) Nru 1766/92 għandu jgħodd għal importazzjoni tal-prodotti msemmija f'dan ir-Regolament bħala eċċess tal-kwantità prevista fl-Artikolu 2.

L-Artikolu 2

1. Kwota ta' tariffa fuq l-importazzjoni ta' 50000 tunnellata metrika ta' xgħir tal-maltu li taqà taħt kodiċi NM 10030050 biex tintuża fil-manifattura ta' birra fil-bittijiet li fihom il-fagu hi hawnhekk miftuħa.

2. Il-kwota tat-tariffa għandha tkun miftuħa fl-1 ta' Jannar kull sena. Dazji fuq l-importazzjoni fil-qafas tal-kwota tat-tariffa għandhom ikunu imposti bir-rata ta' EUR 8 kull tunnellata metrika.

L-Artikolu 3

Kull importazzjoni li taqa' taħt il-kwota msemmija fl-Artikolu 2(1) għandha tkun kondizzjonali fuq il-produzzjoni ta' liċenza fuq l-importazzjoni skond Regolament (KE) Nru 1291/2000, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

L-Artikolu 4

Għal għanijiet ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament:

(a) "żerriegħa mħassra" tfisser żerriegħa ta' xgħir, ċereali oħra jew ħafur li juru ħsara inkluż deterjorament kawżat minn mard, ġlata, sħana, insetti jew fungus, maltemp u kull forom oħra ta' ħsara fiżika;

(b) "xgħir negozjabbli b'saħħtu u sabiħ" tfisser żerriegħa tax-xgħir jew biċċiet ta' żerriegħa li mhumiex imħassra kif imfisser f'(a), bl-eċċezzjoni ta' żerriegħa imħassra minn ġlata jew fungus.

L-Artikolu 5

1. Il-benefiċċju ta' din il-kwota ta' tariffa għandu jkun mogħti sakemm ix-xgħir importat jissodisfa dawn il-kriterji li ġejjin:

(a) piż speċifiku: minimu 60,5 kg/hl;

(b) żerriegħa mħassra: massimu 1 %;

(ċ) ndewwa: massimu 13,5 %;

(d) xgħir negozjabbli b'saħħtu u sabiħ: minimu 96 %.

2. Konformità mal-kriterji ta' kwalità stabbiliti fil-paragrafu 1 għandha tiġi ċertifikata permezz ta' wieħed minn dawn id-dokumenti li ġejjin:

(a) ċertifikat ta' analiżi magħmul wara talba ta' l-impurtatur mill-uffiċċju doganali tal-ħruġ għaċ-ċirkolazzjoni libera, jew

(b) ċertifikat ta' konformità għax-xgħir importat maħruġ minn awtorità governattiva tal-pajjiż ta' oriġini u rikonoxxut mill-Kummissjoni.

L-Artikolu 6

1. Il-benefiċċju ta' aċċess għal din il-kwota għandu jingħata sakemm dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu mwettqa:

(a) ix-xgħir importat għandu jkun konverti f'maltu fi żmien sitt xhur mid-data tal-ħruġ għaċ-ċirkolazzjoni libera;

(b) il-maltu li jirriżulta għandu jiġi użat fil-manifattura ta' birra fil-bittijiet li fiha il-fagu fi żmien mhux aktar minn 150 ġurnata wara id-data li fiha ix-xgħir ikun proċessat f'maltu.

2. Applikazzjonijiet għal liċenzi għall-importazzjoni taħt din il-kwota ta' tariffa għandhom ikunu aċċettati biss jekk huma akkumpanjati minn:

(a) prova li l-applikant huwa persuna naturali u legali li mexxa attività kummerċjali fis-settur taċ-ċereali għal mhux anqas minn 12-il xahar u huwa reġistrat fl-Istat Membru li fih l-applikazzjoni hi sottomessa,

(b) prova li l-applikant għamel garanzija ta' EUR 85 kull tunnellata metrika ma' l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru għal rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera. F'każ li l-kunsinni ta' xgħir tal-maltu huma akkumpanjati minn ċertifikat ta' konformità maħruġ mis-Servizzi ta' Inspettorat Federali fuq Iż-Żerriegħa (FGIS) kif imsemmi fl-Artikolu 8, il-garanzija hi mnaqqsa għal EUR 10 kull tunnellata metrika

(ċ) garanzija bil-miktub mill-applikant li l-merkanzija importata kollha sejra tkun proċessata, fi żmien sitt xhur mid-data ta' l-aċċettazzjoni tad-dħul għaċ-ċirkolazzjoni libera, f'maltu għall-użu fil-manifattura ta' birra fil-bittijiet li fihom fagu fi żmien 150 ġurnata wara d-data li fiha ix-xgħira kien proċessat f'maltu. Hu għandu jispeċifika il-post ta' l-ipproċessar billi jikkwota jew ditta ta' l-ipproċessar u Stat Membru jew massimu ta' ħames impjanti ta' l-ipproċessar. Qabel ma l-merkanzija tkun kunsinnata għall-ipproċessar kopja ta' kontroll T5 għandha tkun magħmula mill-uffiċċju doganali skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93. L-informazzjoni rikjesta fl-ewwel paragrafu u l-isem u l-post ta' l-impjant ta' pproċessar għandhom jingħataw f'kaxxa 104 tat-T5.

3. L-ipproċessar tax-xgħir importat f'maltu għandu jkun meqjus li sar meta ix-xgħir konvertit f'maltu għadda mill-proċess ta' steeping. L-użu tal-maltu biex tkun manifatturata il-birra fil-bittijiet li fihom il-fagu fi żmien mhux aktar minn 150 ġurnata wara d-data li fiha ix-xgħir ikun proċessat f'maltu għandu jkun soġġett għal verifikazzjoni mill-awtorità kompetenti.

L-Artikolu 7

1. Il-garanzija prevista fl-Artikolu 6(2)(b) għandha tkun rilaxxata sakemm dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu mwettqa:

(a) il-kwalità tax-xgħir, stabbilita fuq il-bażi taċ-ċertifikat ta' konformità jew ċertifikat ta' analiżi, tissodisfa il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 5(1),

(b) l-applikant taċ-ċertifikat jipprovdi prova ta' l-użu spċifiku finali imsemmi fl-Artikolu 5(1), li jiċċertifika li dan l-użu kien magħmul fil-limitu taż-żmien previst fil-garanzija bil-miktub imsemmija fl-Artikolu 6(2)(ċ). Li prova, possibilment fil-forma tal-kopja tal-kontroll it-T5, għandha turi għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-iStat Membru fejn saret l-importazzjoni li l-kwantitajiet kollha importati ġew proċessati fil-prodott imsemmi fl-Artikolu 6(2)(ċ).

2. Fejn il-kriterji ta' kwalità u/jew il-kondizzjonijiet relatati ma' l-iproċessar stabbilit f'Atikoli 5 u 6 ta' dan ir-Regolament mhumiex imwettqa, il-garanzija fuq il-liċenzi ta' importazzjoni imsemmija fl-Artikolu 10(a) ta' Regolament (KE) Nru 1162/95 u l-garanzija addizzjonali imsemmija fl-Artikolu 6(2)(b) ta' dan ir-Regolament għandha tkun maqbuda kemm-il darba l-importatur mhux kapaċi li jipproduċi liċenza ta' importazzjoni ġdida mfassla fuq il-kwota amministrata minn Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2376/2002 [12]. F'dak il-każ il-garanzija ta' EUR 30 għal dik il-liċenza għandha tkun rilaxxata biss f'ammont ugwali għal EUR 22.

L-Artikolu 8

Kampjun vojt taċ-ċertifikati li għandhom jiġu maħruġa mis-Servizzi ta' Inspettorat Federali fuq Iż-Żerriegħa (FGIS) hu provdut f'L-Anness I. Ċertifikati maħruġa mis-Servizzi ta' Inspettorat Federali fuq iż-Żerriegħa (FGIS) għal xgħir tal-maltu destinat li jkun użat fil-manifattura ta' birra fil-bittijiet li fihom il-fagu għandhom ikunu uffiċjalment rikonoxxuti mill-Kummissjoni skond il-proċeduri amministrattivi ta' koperazzjoni kif speċifikat f'L-Artikoli 63 sa' 65 ta' Regolament (KEE) Nru 2454/93. Meta il-parametri analitiċi mdaħħlin fiċ-ċertifikat ta' konformità maħruġ mis-Servizzi ta' Inspettorat Federali fuq Iż-Żerriegħa (FGIS) juri konformità ma' l-istandards ta' kwalità tax-xgħir tal-maltu stabbiliti fl-Artikolu 5 għandhom jittieħdu mill-anqas kampjuni ta' 3 % tat-tagħbijiet li jaslu f'kull port ta' dhul matul is-sena tas-suq. Riproduzzjoni tat-timbru u firem awtorizzati mill-Gvern ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika għandhom ikunu pubblikati fis-serje Ċ tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej Ewropej.

L-Artikolu 9

1. Applikazzjonijiet għal liċenzi ta' importazzjoni għandhom isiru ma' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-iStat Membru mhux aktar tard mis-13.00 (Ħin ta' Brussel) fit-tieni Tnejn ta' kull xahar.

Kull applikazzjoni għal liċenza trid tkun għal kwantità li ma tistax teċċedi il-kwantità disponibbli għall-importazzjoni tal-prodott konċernat fis-sena konċernata.

2. Mhux aktar tard mis-18.00 Ħin ta' Brussel fil-ġurnata li jkunu ppreżentati l-applikazzjonijiet għal liċenza, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iressqu lill-Kummissjoni permezz ta' Fax notifika skond il-kampjun stabbilit f'L-Anness II, u il-kwantità totali li tirriżulta mis-somma tal-kwantitajiet kollha indikati fuq l-applikazzjonijiet għal liċenza ta' importazzjoni. Jekk il-ġurnata għall-preżentazzjoni ta' l-applikazzjonijiet għal liċenza tkun festa nazzjonali, l-Istat Membru konċernat għandu jibgħat l-imsemmija notifikazzjoni fil-ġurnata ta' xogħol qabel il-festa nazzjonali mhux aktar tard mis-18.00 Ħin ta' Brussel.

Dik l-informazzjoni trid tkun komunikata separatament mill-informazzjoni fuq applikazzjoniet għal liċenza ta' importazzjoni taċ-ċereali oħrajn.

3. Jekk it-total tal-kwantitajiet mill-bidu tas-sena u l-kwantità msemmija fil-paragrafu 2 teċċedi il-kwota għas-sena konċernata, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, mhux aktar tard mit-tielet ġurnata ta' xogħol wara li l-applikazzjonijiet ikun preżentati, koeffiċjent ta' tnaqqis uniku biex ikun applikat lill-kwantitajiet mitluba.

4. Mingħajr preġudizzju għal paragrafu 3, il-liċenzi għandhom jiġu maħruġa fir-raba' ġurnata ta' xogħol wara l-ġurnata li fiha l-applikazzjoni tkun ġiet preżentata. Mhux aktar tard mis-18.00 Ħin ta' Brussel fil-ġurnata li l-liċenzi jkunu maħruġa, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jibgħatu fax lill-Kummissjoni, fin-numru imsemmi f'L-Anness II, il-kwantità totali li tirriżulta mis-somma tal-kwantitajiet li għalihom ikunu ħarġu liċenzi għal importazzjoni f'dik l-istess ġurnata.

L-Artikolu 10

Liċenzi għal importazzjoni għandhom ikunu validi għal 60 jum mill-ġurnata tal-ħruġ. Skond l-Artikolu 23(2) ta' Regolament (KE) Nru 1291/2000, il-perjodu ta' validità tal-liċenza għandu jkun ikkalkulat mid-data tal-ħruġ attwali.

L-Artikolu 11

Minkejja l-Artikolu 9 ta' Regolament (KE) Nru 1291/2000, id-drittijiet li jirriżultaw mill-liċenzi ta' importazzjoni m'għandhomx ikun trasferibbli.

L-Artikolu 12

Minkejja l-Artikolu 8(4) ta' Regolament (KE) Nru 1291/2000, il-kwantità rilaxxata fiċ-ċirkolazzjoni libera ma tistax teċċedi dik indikata f'taqsimiet 17 u 18 tal-liċenza ta' l-importazzjoni. Il-figura "0" għandha tiddaħħal għal dak il-għan fit-taqsima 19 tal-liċenza.

L-Artikolu 13

L-applikazzjoni għal liċenza ta' importazzjoni u l-liċenza ta' importazzjoni għandhom ikollhom din l-informazzjoni li ġejja:

(a) fit-taqsima 20, il-prodott proċessat għandu jkun magħmul miċ-ċereali u waħda minn dawn li ġejjin:

- ir-Reglamento (CE) no 2377/2002

- il-Forordning (EF) nr. 2377/2002

- il-Verordnung (EG) Nr. 2377/2002

- Κανονισμός (EK) αριθ. 2377/2002

- Regulation (EC) No 2377/2002

- ir-Règlement (CE) no 2377/2002

- ir-Regolamento (CE) n.2377/2002

- il-Verordening (EG) nr.2377/2002

- Regulamento (CE) n.o 2377/2002

- l-Asetus (EY) N:o 2377/2002

- Förordning (EG) nr 2377/2002

(b) fit-taqsima 24, il-kliem "EUR 8/tunnellata metrika".

L-Artikolu 14

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jibda jgħodd minn l-1 ta' Jannar 2003.

Għandu jgħodd sad-data tal-bidu fis-seħħ tar-Regolament li jemenda l-Artikolu 10 ta' Regolament (KEE) Nru 1766/92, iżda sat-30 ta' Ġunju 2003 l-aktar tard.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-27 ta' Diċembru 2002.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 181, ta' l-1.7.1992, p. 21.

[2] ĠU L 193, tad-29.7.2000, p. 1.

[3] Għad mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali.

[4] Għad mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali.

[5] ĠU L 168, tat-23.6.2001, p. 12.

[6] ĠU L 253, tal-11.10.1993, p. 1.

[7] ĠU L 68, tat-12.3.2002, p. 11.

[8] ĠU L 152, ta' l-24.6.2000, p. 1.

[9] ĠU L 308, tas-27.11.2001, p. 19.

[10] ĠU L 117, ta' l-24.5.1995, p. 2.

[11] ĠU L 194, tat-23.7.2002, p. 22.

[12] Ara paġna 92 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

--------------------------------------------------

ANNESS I

Ċertifikat vojt ta' konformità awtorizzata mill-Gvern ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika għal barli mmalltjat destinat biex jintuża għall-manifattura tal-birra staġjonata fil-vaski tal-fagu

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS II

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Top