This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32002R2375
Commission Regulation (EC) No 2375/2002 of 27 December 2002 opening and providing for the administration of Community tariff quotas for common wheat of a quality other than high quality from third countries and derogating from Council Regulation (EEC) No 1766/92
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2375/2002 tas-27 ta' Diċembru 2002 li jiftah u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffari Komunitarji għal qamħ komuni ta' kwalità differenti minn dik superjuri oriġinanti minn pajjiżi terzi u li tidderoga mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2375/2002 tas-27 ta' Diċembru 2002 li jiftah u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffari Komunitarji għal qamħ komuni ta' kwalità differenti minn dik superjuri oriġinanti minn pajjiżi terzi u li tidderoga mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92
ĠU L 358, 31.12.2002, p. 88–91
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/05/2004
Official Journal L 358 , 31/12/2002 P. 0088 - 0091
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2375/2002 tas-27 ta' Diċembru 2002 li jiftah u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffari Komunitarji għal qamħ komuni ta' kwalità differenti minn dik superjuri oriġinanti minn pajjiżi terzi u li tidderoga mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 tat-30 ta' Ġunju 1992 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali [1], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1666/2000 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 12(1) tiegħu, Wara li kkunsidrat id-Deċizjoni tal-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 2002 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta' l-Amerika, bil-ħsieb illi jiġu modifikati il-konċessjonijiet marbuta maċ-ċereali li jinsabu fl-iskeda CXL annessa mal-Ftehim Generali fuq Tariffi u Kummerċ (GATT) [3], u b'mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu, Wara li kkunsidrat id-deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 2002 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada skond l-artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali fuq Tariffi u Kummerċ (GATT), bil-ħsieb illi jiġu modifikati il-konċessjonijiet relatati maċ-ċereali previsti fl-iskeda tal-KE CXL annessa mal-GATT [4], u b'mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu, Billi: (1) Wara negozjati dwar il-kummerċ, il-Komunità biddlet il-kondizzjonijiet għall-importazzjoni ta' qamħ komuni ta' kwalità baxxa u medja, jiġifieri qamħ komuni illi huwa differenti minn qamħ ta' kwalità għolja, hekk kif definit fl-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta'Ġunju 1996 [5] dwar regoli ta' applikazzjoni (dazji fuq importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92, hekk kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1900/2002 [6], bil-ħolqien ta' kwota fuq l-importazzjoni mill-1 ta' Jannar 2003. (2) Din il-kwota fuq l-importazzjoni tirreferi ghal kwantità massima annwali ta' 2981600 tunnellata metrika, li tinkludi 572000 tunnellata metrika ta' importazzjoni mill-Istati Uniti ta' l-Amerika u 38000 tunnellata metrika ta' importazzjoni li joriġina mill-Kanada. (3) Il-ftuh ta' din il-kwota jfisser illi r-Regolament (KEE) Nru 1766/92 għandu jiġi adattat. Sabiex ikun possibbli illi l-kwota tiġi miftuħa sa mill-1 ta' Jannar 2003, għandhom isiru disposizzjonijiet sabiex ikun hemm deroga mir-Regolament (KEE) Nru 1766/92 għal perjodu transitorju li jiskadi fid-data meta jidħol fis-seħħ l-emendament fir-Regolament, imma sa mhux aktar tard mit-30 ta'Ġunju 2003. (4) Sabiex jiġi żgurat illi l-importazzjoni tal-qamħ komuni li taqa' taħt dawn il-kwoti tariffali hija regolari u mhux spekulattiva, din għandha tkun soġġetta għall-ħruġ ta' liċenzja għall-importazzjoni. Il-liċenzji illi għandhom jiġu maħruġa, fil-kwantitajiet stabbiliti, fuq it-talba tal-partijiet interessati, bla ħsara fejn xieraq għal riduzzjoni koeffiċjenti ma' l-ammont ta' kwantitajiet li għalihom ikunu saru l-applikazzjonijiet. (5) Sabiex tiġi żgurata amministrazzjoni korretta ta' dawn il-kwoti, għandu jiġi stabbilit terminu perentorju li fih għandhom jiġu mitfugha l-applikazzjonijiet għal-liċenzji u għandha tiġi speċifikata l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-applikazzjoni u fil-liċenzja. (6) Sabiex jiġu ikkonsidrati kondizzjonijiet ta' fornitura, għandha ssir deroga dwar il-perjodu ta' validità tal-liċenzji. (7) Sabiex ikun hemm amministrazzjoni effikaċi tal-kwoti, għandhom isiru disposizzjonijiet sabiex ikun hemm deroga mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 tad-9 ta' Ġunju 2000 li tniżżel regoli komuni dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema tal-liċenzji għall-importazzjoni u l-esportazzjoni u taċ-ċertifikati prefissati għall-prodotti agrikoli [7], hekk kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2299/2001 [8], f'dak li għandu x'jaqsam man-natura trasferibbli tal-liċenzji u l-ammont tollerat relatat mal-kwantitajiet li jistgħu jiġu liberament ċirkolkati. (8) Sabiex tiġi żgurata amministrazzjoni effikaċi tal-kwoti, is-sigurta' fuq il-liċenzji ta' importazzjoni għandha tkun iffissata f'livell relattivament għoli, minkejja l-Artikolu 10 of tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1162/95 tat-23 ta' Mejju 1995 illi jniżżel regoli dettaljati speċjali għall-implimentazzjoni tas-sistema ta' liċenzji għall-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' ċereali u ross [9], hekk kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1322/2002 [10]. (9) Għandha tiġi stabbilita sistema rapida ta' komunikazzjoni reċiproka bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri dwar il-kwantitajiet li għalihom issir l-applikazzjoni u li jiġu importati. (10) Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għaċ-ċereali, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Minkejja l-Artikolu 10(1) u (2) tar-Regolament (KEE) Nru 1766/92, id-dazju fuq l-importazzjoni tal-qamħ komuni li jaqa' taħt il-kodiċi CN 10019099, ta' kwalità differenti mill-kwalità għolja hekk kif definit fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1249/96, għandu jiġi iffissat għall-qafas tal-kwota miftuħha b'dan ir-Regolament. L-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1766/92 għandu japplika ghall-importazzjoni tal-prodotti imsemmijin f'dan ir-Regolament fi kwantitajiet illi jeċċedu l-kwantitajiet hekk kif previst fl-Artikolu 3. Artikolu 2 1. Qieghda hawnhekk tinfetah mill-1 ta' Jannr 2003 kwota ta' 2981600 tunnellata metrika ta' qamħ komuni li jaqa' taħt il-kodiċi CN 10019099 ta' kwalità differenti mill-kwalità għolja. 2. Il-kwota tariffali se tibda tinfetah fl-1 ta' Jannar ta' kull sena. Id-dazju fuq importazzjoni li jaqa' taħt il-kwota tariffali għandu jkun impost bir-rata ta' EUR 12 kull tunnellata metrika. Artikolu 3 1. Il-kwota tarifalli ta' kull sena għandha tiġi diviża fi tliet subkwoti. (a) Subkwota I: 572000 tunnellata metrika għall-Istati Uniti ta' l-Amerika; (b) Subkwota II: 38000 tunnellata metrika għall-Kanada; (ċ) Subkwota III: 2371600 tunnellata metrika għal pajjiżi terzi. 2. Fejn, matul xi sena, jidher illi jkun hemm tnaqqis serju tat-teħid ta' subkwota I jew II, il-Kummissjoni tista', bi ftehim mal-pajjiżi terzi kkonċernati, tadotta arranġamenti sabiex tittrasferixxi l-kwantitajiet mhux mittieħda għas-subkwoti l-oħrajn, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KEE) Nru 1766/92. 3. Is-subkwota III għandha tiġi diviża f'erba' porzjonijiet ta' 592900 tunnellata metrika kull wieħed kull kwart tas-sena għall-kull perjodu li ġej: (a) Porzjon Nru 1 – mill-1 ta' Jannar sal-31 Marzu; (b) Porzjon Nru 2 – mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju; (ċ) Porzjon Nru 3 – mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru; (d) Porzjon Nru 4 – mill-1 ta' Ottubru sal- 31 ta' Diċembru. 4. Il-kwantitajiet li ma jittiħdux f'kull porzjon, minn barra fil-porzjon Nru 4 imsemmi fis-subparagrafu 3(d), għandhom jiġu allokati awtomatikament fil-porzjon segwenti. Fejn xi porzjon ikun ittieħed kollu, il-Kummissjoni tista' tantiċipa l-ftuh tal-porzjon segwenti skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1766/92. Artikolu 4 Bla ħsara ghad-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament l-importazzjoni kollha taħt il-kwota imsemmijja fl-Artikolu 2(1) għandha tkun suġġetta għall-wiri tal-liċenzja għall-importazzjoni maħruġa skond ir-Regolament (KE) Nru 1291/2000. Artikolu 5 1. L-applikazzjonijiet ghal-liċenzji għall-importazzjoni għandhom jiġu depożitati għand l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri kull nhar ta' Tnejn sa mhux aktar tard mis-13.00 (ħin ta' Brussel). Kull applikazzjoni għal-liċenzja għandha tkun ghal kwantità li ma tissuperax il-kwantità disponibbli taħt is-subkwota għall-importazzjoni tal-prodott kkonċernati fil-perjodu kkonċernat. 2. Sa mhux aktar tard mis-18.00 ħin ta' Brussel fil-ġurnata meta jiġu depożitati l-applikazzjonijiet ghal-liċenzja, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni permezz ta' fax notifika skond il-mudell anness ma' dan id-dokument, u l-kwantità totali li toħroġ mis-somma tal-kwantitajiet indikati fl-applikazzjonijiet għal-liċenzji għall-importazzjoni. Jekk il-ġurnata għad-depożitu ta' l-applikazzjonijiet tkun vaganza pubblika, l-Istat Membru kkonċernat għandu jibgħat in-notifika msemmija sa mhux aktar tard mis-18.00 tal-ġurnata ta' qabel il-vaganza pubblika. Din l-informazzjoni għandha tiġi komunikata separatament minn informazzjoni dwar liċenzji oħrajn għall-importazzjoni taċ-ċereali. 3. Jekk it-total tal-kwantitajiet sa mill-bidu tal-perjodu u l-kwantità imsemmija fil-paragrafu 2 jeċċedu s-subkwota relevanti għall-perjodu konċernat, il-Kummissjoni għandha tiffissa, sa mhux aktar tard mit-tielet jum utli wara li l-applikazzjonijiet jiġu depożitati, koeffiċjenti ta' tnaqqis wieħed li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet mitluba. 4. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, il-liċenzji għandhom jiġu maħruġa fir-raba' jum tax-xoghol wara l-ġurnata meta tkun ġiet depożitata l-applikazzjoni. Sa mhux aktar tard mis-18.00 ħin ta' Brussel fl-istess ġurnata meta l-liċenzji jiġu maħruġa, l-awtoritajiet konċernati għandhom jibagħtu fax lill-Kummissjoni, fuq in-numru msemmi fl-Anness ta' dan id-dokument, il-kwantità totali li toħroġ mis-somma tal-kwantitajiet li għalihom f'dik il-ġurnata tkun ħarġet liċenzja għall-importazzjoni. Artikolu 6 Il-liċenzji għall-importazzjoni għandhom ikunu validi għal 60 ġurnata mill-ġurnata tal-ħruġ. Skond l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, il-perjodu ta' validità tal-liċenzja għandu jiġi kkalkolat mid-data tal-ħruġ. Artikolu 7 Minkejja l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, id-drittijiet li joħorġu mil-liċenzja ta' importazzjoni ma jistgħux jiġu trasferiti. Artikolu 8 Minkejja l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, il-kwantità li toħroġ f'ċirkolazzjoni libera ma tistax teċċedi dik il-kwantità indikata fit-taqsima 17 u 18 tal-liċenzja ta' importazzjoni Għalhekk għandha tiħi imniżżla l-figura "0" fit-taqsima 19 tal-liċenzja. Artikolu 9 L-applikazzjoni ghal-liċenzja ghall-importazzjoni u l-liċenzja għall-importazzjoni iridu jinkludu l-informazzjoni segwenti: (a) fit-taqsima 8, l-isem tal-pajjiż ta' l-Oriġini; (b) fit-taqsima 20, waħda mis-segwenti: - ir-Reglamento (CE) no 2375/2002 - il-Forordning (EF) nr. 2375/2002 - il-Verordnung (EG) Nr. 2375/2002 - Κανονισμóς (EK) αριθ. 2375/2002 - ir-Regulation (EC) No 2375/2002 - ir-Règlement (CE) no 2375/2002 - ir-Regolamento (CE) n. 2375/2002 - il-Verordening (EG) nr. 2375/2002 - Regulamento (CE) n.o 2375/2002 - l-Asetus (EY) N:o 2375/2002 - Förordning (EG) nr 2375/2002 (ċ) fit-taqsima 24, il-kelmiet "EUR 12/tunnellata metrika". Artikolu 10 Minkejja l-Artikolu 10(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 1162/95, il-miżura għal-liċenzja għall-importazzjoni prevista f'dan ir-Regolament għandha tkun ta' EUR 30 kull tunnellata metrika. Artikolu 11 Fil-qafas tal-kwota tariffali, il-ħruġ tal-qamħ komuni ta' kwalità differenti minn dak ta' kwalità għolja li joriġina minn pajjizi terzi f'ċirkolazzjoni libera għandha tkun soġġetta ghall-wiri ta' ċertifikat ta' l-oriġini maħruġ mill-awtorità kompetenti nazzjonali ta' dak il-pajjiz, skond l-Artikoli 55 sa 65 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 [11]. Artikolu 12 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu jgħodd mill-1 ta' Jannar 2003. Għandu jgħodd sad-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament li jemenda l-Artikolu 10 tar-Regolament (KEE) Nru 1766/92, imma sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2003. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-27 ta' Diċembru 2002. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 181, ta' l-1.7.1992, p. 21. [2] ĠU L 193, tad-29.7.2000, p. 1. [3] Għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali. [4] il-miżura għal-liċenzja għall-importazzjoni prevista f'dan ir-Regolament għandha tkun ta' EUR 30 kull tunnellata metrika [5] ĠU L 161, tad-29.6.1996, p. 125. [6] ĠU L 287, tal-25.10.2002, p. 15. [7] ĠU L 152, ta' l-24.6.2000, p. 1. [8] ĠU L 308, tas-27.11.2001, p. 19. [9] ĠU L 117, ta' l-24.5.1995, p. 2. [10] ĠU L 194, tat-23.7.2002, p. 22. [11] ĠU L 253, tal-11.10.1993, p. 1. -------------------------------------------------- ANNESS +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------