Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002R2368

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2368/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 li jimplimenta l-iskema ta' ċertifikazzjoni tal-Kimberley Process fil-kummerċ internazzjonali ta' djamanti mhux maħduma

    ĠU L 358, 31.12.2002, p. 28–48 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 25/08/2022

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/2368/oj

    32002R2368



    Official Journal L 358 , 31/12/2002 P. 0028 - 0048


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2368/2002

    ta' l-20 ta' Diċembru 2002

    li jimplimenta l-iskema ta' ċertifikazzjoni tal-Kimberley Process fil-kummerċ internazzjonali ta' djamanti mhux maħduma

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 133 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi:

    (1) Is-sanzjonijiet adottati mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-movimenti tar-ribelli fi Sierra Leone u Angola u kontra l-gvern tal-Liberja, li jipprojbixxu taħt ċerti kondizzjonijiet l-importazzjoni tad-djamanti mhux maħduma mil-Liberja, Angola u Sierra Leone ma rnexxilhomx iwaqqfu ċ-ċirkolazzjoni ta' kunflitt ta' djamanti fil-kummerċ leġittimu jew iwaqqfu l-kunflitti.

    (2) Il-Kunsill Ewropew ta' Guteborg ta' Ġunju 2001 approvaw programm għall-prevenzjoni tal-konflitti vjolenti, li jgħid, inter alia, li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jaffrontaw il-kummerċ illegali ta' merkanzija ta' valur ġħoli, li jinkludi l-identifikazzjoni ta' mezzi ta' kif għandhon jinkisru l-ħoloq bejn id-djamanti mhux maħduma u l-kunflitti vjolenti u japoġġjaw l-Kimberley Process.

    (3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 303/2002 ta' 18 ta' Frar 2002 li jikkonċerna l-importazzjoni fil-Komunità ta' djamanti mhux maħduma minn Sierra Leone [1] li jipprojbixxi, taħt ċertu kondizzjonijiet, l-importazzjoni ta' djamanti mhux maħduma fil-Komunità.

    (4) Hemm il-ħtieġa li jinżammu l-miżuri eżistenti b'kontrolli effettivi fuq il-kummerċ internazzjonali tad-djamanti mhux maħduma sabiex l-kummerċ ta' kunflitt fid-djamanti ma jitħalliex jiffinanzja l-isforzi tal-movimenti tar-ribelli u l-alleati tagħhom sabiex idgħajfu l-gvernijiet leġittimi. Kontroll effettiv jgħin sabiex tinżamm il-paċi internazzjonali u s-sigurtà u kif ukoll sabiex ikun protett l-introjtu mill-esportazzjoni ta' djamanti mhux maħduma, li huma essenzjali għall-iżvilupp tal-pajjiżi produtturi ta' l-Afrika.

    (5) In-Negozjati tal-Kimberley Process, li jġibu flimkien il-Komunità u l-pajjiżi produttivi u kummerċjanti li jippreżentaw prattikament il-kummerċ internazzjonali kollu fid-djamanti mhux maħduma, kif ukoll l-industrija tad-djamanti u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, inbdew bil-ħsieb li jiżviluppaw sistema effettiva ta' kontroll. Huma resqu għall-iżvilupp ta' l-iskema ta' ċertifikazzjoni.

    (6) Il-parteċipanti kollha aċċettaw ir-riżultat tan-negozjati bħala l-bażi sabiex jimplimentaw il-miżuri fil-ġurisdizzjonijiet tagħhom.

    (7) L-Assemblea Ġenerali ta' NU fir-riżoluzzjoni tagħha 56/263 laqgħat l-iskema ta' ċertifikazzjoni ta' żvilupp tal-Kimberley Process u għamlu sejħa lill-partijiet interessati sabiex jipparteċipaw f'dik l-iskema.

    (8) Implimentazzjoni ta' l-iskema ta' ċertifikazzjoni tinħtieġ li l-importazzjoni u l-esportazzjoni tad-djamanti mhux maħduma fi jew minn territorji tal-Komunità jkunu suġġetti għall-iskema ta' ċertifikazzjoni, li tinkludi l-ħruġ taċ-ċertifikati relevanti mill-parteċipanti fl-iskema.

    (9) Kull Stat Membru jista' jinnomina l-awtorità jew awtoritajiet responsabbli għall-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet relevanti ta' dan ir-regolament fit-territorji tagħhom u jistgħu jillimitaw in-numru ta' l-awtoritajiet.

    (10) Il-validità taċ-ċertifikati għall-importazzjoni tad-djamanti mhux maħduma għandhom jiġu vverifikati sew mill-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità.

    (11) Konformità ma' dan ir-Regolament ma għandhiex tfisser li hi ekwivalenti jew tikkostitwixxi alternattiva oħra mal-ħtiġiet ta' konformità previsti mil-leġislazzjoni tal-Komunità.

    (12) Sabiex titkabbar l-effettività ta' l-iskema ta' ċertifikazzjoni, ma għandux jitħalla skansar jew tenttativ ta' skansar mill-iskema. Hekk ukoll, fornituri ta' servizzi relatati direttament jew anċillari għandhom jeżerċitaw il-ħila tagħhom kif imiss sabiex jistabbilixxu li d-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jiġu applikati kif għandu jkun.

    (13) Ċertifikati ta' esportazzjoni ta' djamanti mhux maħduma għandhom jinħarġu biss u validati fejn hemm xhieda konklużiva li dawk id-djamanti ġew impurtati taħt ċertifikat.

    (14) Ċirkostanzi jistgħu jiġġustifikaw li l-awtorità kompetenti tal-parteċipant importatur għandha tibgħat lill-awtortià kompetenti tal-parteċipant esportatur konfermazzjoni tal-merkanzija importata tad-djamanti mhux maħduma.

    (15) Sistema ta' garanziji u ta' industrija awtoregolata tat-tip proposta mir-rappreżentanti ta' l-industrija tad-djamanti mhux maħduma fil-Kimberley Process tista' tħaffef id-disposizzjoni ta' din ix-xhieda konklużiva.

    (16) Għandhom isiru disposizzjonijiet sabiex iħallu l-esportazzjoni ta' djamanti mhux maħduma impurtati qabel l-applikazzjoni tal-kontrolli speċifiċi ta' importazzjoni previsti permezz ta' dan ir-Regolament.

    (17) Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi s-sanzjonijiet applikabbli fil-każ ta' ksur ta' dan ir-Regolament.

    (18) Id-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li jikkonċernaw l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' djamanti mhux maħduma ma għandux jgħodd għad-djamanti mhux maħduma li jgħaddu mill-Komunità waqt l-esportazzjoni għall-Parteċipant ieħor.

    (19) Għall-għanijiet sabiex tiġi implimentata l-iskema ta' ċertifikazzjoni, il-Komunità għandha tkun parteċipanta fl-iskema ta' ċertifikazzjoni fil-Kimberley Process. Hi għandha tkun rappreżentata mill-Kummissjoni fil-laqgħat tal-parteċipanti dwar l-iskema ta' ċertifikazzjoni tal-Kimberley Process.

    (20) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE ta' 28 ta' Ġunju li niżlet il-proċeduri għall-eżerċizzju ta' poteri ta' implimentazzjoni mitfugħa fuq il-Kummissjoni [2].

    (21) Għandu jinħoloq forum sabiex il-Kummissjoni u l-Istati Membri jkunu jistgħu jeżaminaw mistoqsijiet li jikkonċernaw l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

    (22) Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu, iżda d-disposizzjonijiet fuq il-kontroll ta' importazzjoni u esportazzjoni għandhom jkunu sospiżi sakemm ikun hemm qbil fuq id-data tal-Kimberley Process sabiex iseħħu fl-istess ħin l-implimentazzjonijiet tal-kontroll ta' importazzjoni u esportazzjoni mill-parteċipanti kollha,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    KAPITOLU I

    IS-SUĠĠETT U DEFINIZZJONIJIET

    Artikolu 1

    Dan ir-Regolament jistabbilixxi sistema ta' ċertifikazzjoni tal-Komunità u tal-kontrolli ta' importazzjoni u esportazzjoni għad-djamanti mhux maħduma għall-għanijiet ta' implimentazzjoni ta' l-iskema ta' ċertifikazzjoni tal-Kimberley Process.

    Għall-għanijiet ta' l-iskema ta' ċertifikazzjoni, il-Komunità għandha tiġi kkunsidrata bħala entità waħda mingħajr fruntieri interni.

    Dan ir-Regolament ma jippreġudikax jew jibdel xi disposizzjonijiet li huma fis-seħħ li jirrelataw mal-formalitajiet prattiċi u kontrolli.

    Artikolu 2

    Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (a) "Kimberley Process" tfisser il-forum fejn fihom il-parteċipanti fasslu skema ta' ċertifikazzjoni internazzjonali għad-djamanti mhux maħduma;

    (b) "Skema ta' ċertifikazzjoni tal-Kimberley Process" (hawnhekk iżjed 'il quddiem "Skema ta' ċertifikazzjoni tal-KP") tfisser l-iskema negozzjata ta' ċertifikazzjoni internazzjonali mill-Kimberley Process kif imniżżla fl-Anness I;

    (ċ) "Parteċipanti" tfisser parteċipanti fl-iskema ta' ċertifikazzjoni tal-KP imniżżla fl-Anness II;

    (d) "ċertifikat" tfisser dokumnet maħruġ u konfermat kif għandu jkun mill-awtorità kompetenti ta' parteċipant li tiddentifika merkanzija ta' djamanti mhux maħduma bħala waħda li żammet mal-ħtiġiet ta' l-iskema ta' ċertifikazzjoni tal-KP;

    (e) "awtorità kompetenti" tfisser l-awtorità nominata mill-parteċipant biex toħroġ, tikkonvalida jew tivverifika ċ-ċertifikati;

    (f) "Awtorità tal-Komunità" tfisser awtorità kompetenti nominata minn Stat Membru u mniżżla fl-Anness III;

    (g) "Ċertifikat tal-Komunità" tfisser ċertifikat li jikkorrispondi mal-kampjun fl-Anness IV u maħruġ minn xi Awtorità tal-Komunità;

    (h) "kunflitt tad-djamanti" tfisser djamanti mhux maħduma kif imfissra taħt l-Iskema ta' Ċertifikazzjoni tal-KP;

    (i) "djamant mhux maħdum" tfisser djamant li mhux maħdum jew sempliċiment maqtugħ, mifruq biċċa biċċa jew mhux irfinut u jaqa' taħt Sistema Armonizzata ta' Deskrizzjoni u Coding tal-Merkanzija 710210, 710221 u 710231(hawnhekk iżjed 'il quddiem "HS code");

    (j) "importazzjoni" tfisser id-dħul jew l-introduzzjoni materjali ta' oġett f'kull parti tat-territorju ġeografiku tal-parteċipant;

    (k) "esportazzjoni" tfisser il-ħruġ fiżiku jew it-teħid 'il barra minn kuill parti tat-territorju ġeografiku tal-parteċipant;

    (l) "merkanzija" tfisser pakkett wieħed jew aktar;

    (m) "pakkett" tfisser djamant wieħed jew aktar ippakkjati flimkien;

    (n) "pakkett ta' oriġini mħallta" tfisser pakkett li jkollu djamanti mhux maħduma minn żewġ pajjiżi ta' oriġini jew aktar:

    (o) "Territorju tal-Komunità" tfisser it-territorji ta' l-Istati Membri għal-liema t-Trattat huwa applikabbli, taħt il-kondizzjonijiet imniżżlin f'dak it-Trattat;

    (p) "Ħażna ċertifikata" tfisser ħażna ta' djamanti mhux maħduma għal-liema dan ir-Regolament jgħodd u għal-liema lokalità, volum u valur, u tibdiliet fiha, ġew sottometti għas-supervissjoni effettiva ta' xi Stat Membru;

    (q) "Transitu doganali" tfisser transitu kif provdut permezz ta' l-Artikoli 91 sa 97 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 29 13/92 ta' 12 ta' Orrubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità [3].

    KAPITOLU II

    REĠIM TA' IMPORTAZZJONI

    Artikolu 3

    L-importazzjoni ta' djamanti mhux maħduma fil-Komunità għandhom ikunu projbiti kemm-il darba l-kondizzjonijiet li ġejjin kollha huma sodisfatti:

    (a) id-djamanti mhux maħduma huma akkompanjati b'ċertifikat ikkonfermat minn awtorità kompetenti tal-parteċipant;

    (b) id-djamanti mhux maħduma ikunu ġewwa kontejer li jiflaħ għal kontra t-tbagħbis, u s-siġilli applikati waqt l-esportazzjoni minn dak il-parteċipant mhumiex miksura;

    (ċ) iċ-ċertifikat għandu jidentifika ċar il-kunsinna li jkun qed jirreferi għaliha.

    Artikolu 4

    1. Kontenituri u ċ-ċertifikati li jikkorrispondu għalihom għandhom ikunu ntavolati għall-verifikazzjoni, flimkien u mill-aktar fis possibli, lill-awtorità tal-Komunità jew ta' l-Istat Membru fejn ikunu importati jew f'dak l-Istat Membru għal fejn ikunu destinati, kif ikun hemm indikat fid-dokumenti ta' akkompanjament.

    2. F'każijiet fejn id-djamanti mhux maħduma huma importati fi Stat Membru fejn mhemmx awtorità tal-Komunità, għandhom ikunu intavolati lill-awtorità tal-Komunità kompetenti f'dak l-Istat Membru għal fejn huma destinati. Jekk ma teżistix awtorità tal-Komunità kompetenti la fl-Istat Membru ta' l-importazzjoni l-anqas fl-Istat Membru ta' destinazzjoni għandhom ikunu ntavolati f'Awtorità tal-Komunità kompetenti ta' Stat Membru ieħor.

    3. L-Istat Membru fejn id-djamanti mhux maħduma huma importati għandhom jiżguraw is-sottmissjoni tagħhom lill-awtortià tal-Komunità kompetenti kif previst fil-paragrafi 1 u 2. Jistgħu jingħataw transiti doganali għaldaqshekk Jekk jingħata dan it-transitu doganali, il-verifikazzjoni prevista permezz ta' dan l-Artikolu għandha tiġi sospiża sal-wassla għand xi awtortià kompetenti tal-Komunità.

    4. L-importatur għandu jkun responsabbli għall-moviment kif suppost tad-djamanti mhux maħduma u l-ispejjeż tagħhom.

    5. L-awtorità tal-Komunità għandha tagħżel wieħed mill-metodi li ġejjin sabiex tivverifika li l-kontenut tal-kontenitur jaqbel mal-partikolarijiet taċ-ċertifikat li jikkorispondu għalih:

    (a) għandha tiftaħ kull kontenitur bil-ħsieb li tagħmel din il-verifikazzjoni; jew

    (b) għandha tidentifika l-kontenituri li ser jinfetħu bil-ħsieb li tagħmel din il-verifikazzjoni fuq il-bażi ta' analizzar tar-riskju jew sistema ekwivalenti li tagħti dik il-konsiderazzjoni mistħoqqa lill-merkanzija tad-djamanti mhux maħduma.

    6. L-awtortià tal-Komunità għandha tlesti l-verifikazzjoni mingħajr dewmien.

    Artikolu 5

    1. Jekk Awtorità tal-Komunutà tistabbilixxi li l-kondizzjonijiet fl-Artikolu huma:

    (a) imwettqa, hija għandha tikkonferma dan fuq iċ-ċertifikat oriġinali u tforni l-importatur b'kopja awtentika ta' dak iċ-ċertifikat ikkonfermat u li ma tkunx tista' tkun iffalsifikata. Din il-proċedura ta' konfermazzjoni għandha sseħħ fiż-żmien 10 ijiem ta' xogħol mis-sottomissjoni taċ-ċertifikat;

    (b) mhumiex imwettqa, hija għandha ż-żomm il-merkanzija.

    2. Jekk awtorità tal-Komunità issib li n-nuqqas ta' twettiq tal-kondizzjonijiet ma sarx b'xi konsapevolezza jew intenzjoni jew hu riżultat ta' xi azzjoni ta' xi awtorità oħra fl-eżerċizzju tal-qadi tad-dmirijietha, hi tista' tipproċedi bil-konfermazzjoni u r-rilaxx tal-merkanzija, wara li jittieħdu dawk il-miżuri meħtieġa ta' rimedji sabiex ikun żgur li jintlaħqu l-kondizzjonijiet.

    3. L-awtorità tal-Komunità għandha, fiż-żmien xahar, tinforma lill-Kummissjoni u l-awtortià kompetenti dwar xi nuqqas fit-twettiq tal-kondizzjonijiet tal-parteċipant li intenzjonalment ħarġitlu jew ivalidatlu ċ-ċertifikat għall-merkanzija.

    Artikolu 6

    1. Sad-data ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikoli li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 29(3), Stat Membru jista' jiċċertifika l-ħażniet tad-djamanti mhux maħduma li ġew impurtati jew qegħdin preżenti fit-territorju tal-Komunità qabel dik id-data. Wara dik id-data, djamanti mhux maħduma minn ħażniet iċċertifikati għandhom jiġu kkunsidrati li wettqu l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3.

    2. Fil-każijiet l-oħra kollha, awtorità tal-Komunità tista' toħroġ konfermazzjoni li hi tikkonsidra li djamanti mhux maħduma wettqu l-kondizzjonijiet ta' l-Artikolu 3, jekk hi stabbilit li dawk id-djamanti kienu preżenti legalment fil-Komunità f'dik id-data u baqgħu hemm preżenti.

    Artikolu 7

    Minkejja d-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 3, 4 u 5, awtorità tal-Komunità tiata' tħalli importazzjoni ta' djamanti mhux maħduma jekk l-importatur iforni xhieda konklużiva li dawk id-djamanti kienu destinati għall-importazzjoni fil-Komunità u kienu esportati f'5 ijiem ta' xogħol jew anqas qabel id-data ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikoli li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 29(3).

    F'dawn il-każijiet, l-awtorità tal-Komunità konċernata għandha toħroġ l-importatur konfermazzjoni ta' importazzjoni legali, b'effett li dawk id-djamanti għandhom jiġu kkunsidrati li wettqu l-kondizzjonijiet ta' l-Artikolu 3.

    Artikolu 8

    1. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-parteċipanti fuq arranġamenti prattiċi biex jipprovdu lill-awtorità kompetenti tal-parteċipant esportatur li ikkonvalida xi ċertifikat bil-konfermazzjoni ta' importazzjoni fit-territorju tal-Komunità.

    2. Fuq il-bażi ta' dawn il-konsultazzjonijiet il-Kummissjoni għandha, skond il-proċeduri mniżżla fl-Artikolu 22(2), tistabbilixxi regoli ta' gwidi għal din il-konfermazzjoni.

    Artikolu 9

    Il-Kummissjoni għandha tforni lill-awtoritajiet tal-Komunità kampjuni awtentiċi taċ-ċertifikati tal-parteċipanti, l-ismijiet u d-dettalji l-oħra relevanti tal-parteċipanti li joħorġu u/jew awtoritajiet validi, kampjuni awtentikati ta' timbri jew firem li jikkonfermaw li ċ-ċertifikat ħareġ legalment jew ivvalidat u kull informazzjoni oħra relevanti li wieħed jirċievi bir-rispett għaċ-ċertifikati.

    Artikolu 10

    1. Awtoritajiet tal-Komunità għandhom ifornu lill-Kummissjoni b'rapport kull xahar fuq iċ-ċertifikati kollha li tressqu għall-verifika taħt l-Artikolu 4.

    Għal kull ċertifikat dan ir-rapport għandu jniżżel ta' l-anqas:

    (a) In-numru uniku taċ-ċertifikat,

    (b) l-isem ta' l-awtoritajiet li joħorġu u jikkonvalidaw,

    (ċ) id-data tal-ħruġ u tal-validità,

    (d) id-data ta' l-għeluq tal-validità,

    (e) il-pajjiż tal-provinċja,

    (f) il-pajjiż ta' l-oriġini jekk magħruf,

    (g) il-kodiċijiet tal-HS,

    (h) il-piż tal-karat,

    (i) il-valur,

    (j) l-awtorità ta' verifika tal-Komunità,

    (k) id-data ta' verifikazzjoni.

    Il-Kummissjoni tista', skond il-proċeduri li hemm imniżżla fl-Artikolu 22(2), li jiddeterminaw il-format ta' dan ir-rapport sabiex tffaċilita l-kontroll ta' tħadim ta' l-iskema taċ-ċertifikazzjoni.

    2. L-awtorità tal-Komunità għandha jżomm iċ-ċertifikati oriġinali previst taħt l-Artikolu 3(a) imressqa għall-verifikazzjoni għall-anqas għal tliet snin. Għandha tipprovdi lill-Kummissjoni jew persuni jew korpi magħżula mill-Kummissjoni għall-aċċess ta' dawn iċ-ċertifikati oriġinali partikolarment bil-għan għat-tweġib tal-mistoqsijiet imqajjma fil-qafas ta' l-iskema ta' ċertifikazzjoni tal-KP.

    KAPITOLU III

    REĠIM TA' ESPORTAZZJONI

    Artikolu 11

    L-esportazzjoni mill-Komunità ta' djamanti mhux maħduma għandha tkun projbita sakemm dawn iż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin jitwettqu:

    (a) id-djamanti mhux maħduma huma akkumpanjati b'ċertifikat tal-Komunità li jikkorispondi għalihom maħruġ u validat minn awtorità tal-Komunità,

    (b) id-djamanti mhux maħduma ikunu ġewwa kontenitur issiġillat skond l-Artikolu 12 u li jiflaħ għal kontra t-tbagħbis.

    Artikolu 12

    1. L-awtorità tal-Komunità tista' toħroġ ċertifikat tal-Komunità għall-esportatur meta tistabbilixxi li:

    (a) l-esportatur iprovda xhieda konklużiva li d-djamanti mhux maħduma għal-liema ċertifikat hemm talba kienu impurtati legalment skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 3;

    (b) it-tagħrif l-ieħor mitlub fuq iċ-ċertifikat huwa korrett;

    (ċ) id-djamanti mhux maħduma huma effettivament destinati għall-wassla fit-territorju tal-parteċipant, u

    (d) id-djamanti mhux maħduma iridu jinġarru f'kontenitur li jiflaħ għal kontra t-tbagħbis.

    2. Awtorità tal-Komunità ma għandhiex tikkonvalida ċertifikat tal-Komunità sakemm hi tivverifika li l-kontenut tal-kontenitur jaqbel mal-partikolarijiet ta' fuq iċ-ċertifikat li jikkorispondi għalihom u li l-kontenitur li jiflaħ għal kontra t-tbagħbis u jkollu d-djamanti mhux maħduma sussegwentement gie ssiġillat fuq ir-responsabbilità ta' dik l-awtorità.

    3. Awtorità tal-Komunità għandha tagħżel wieħed mill-metodi li ġejjin sabiex tivverifika li l-kontenut ta' kontenitur jaqbel mal-partikolaritajiet ta' fuq iċ-ċertifikat tiegħu:

    (a) tivverifika l-kontenut ta' kull kontenitur; jew

    (b) tiddentifika l-kontenituri, li l-kontenut tagħhom għandu jkun ivverifikat, fuq il-bażi li jkun analizzat ir-riskju jew sistema ekwivalenti li tagħti konsiderazzjoni denja tal-merkanzija ta' djamanti mhux maħduma.

    4. L-awtorità tal-Komunità għandha tforni lill-esportatur b'kopja awtentika li tkun tiflaħ għal kontra l-falsifikazzjoni taċ-ċertifikat tal-Komunità li hi validat. L-esportatur għandu jżomm aċċessibli kull kopja għall-anqas għal tliet snin.

    5. Iċ-ċertifikat tal-Komunità għandu jkun validu għall-esportazzjoni għal mhux aktar minn xahrejn mid-data tal-ħruġ. Jekk id-djamanti mhux maħduma mhux esportati matul dan iż-żmien, iċ-ċertifikat tal-Komunità għandu jintradd lura lill-awtortià tal-Komunità li ħarġitu.

    Artikolu 13

    Jekk l-esportatur huwa membru ta' organizzazzjoni ta' djamanti mniżżla fl-Anness V, l-awtorità tal-Komunità tista' taċċetta bħala xhieda konklużiva tal-importazzjoni legali fil-Komunità dikjarazzjoni ffirmata mill-esportatur għaldaqshekk. Din id-dikjarazzjoni għandha jkollha għall-anqas it-tagħrif li jingħata fil-fattura taħt l-Artikolu 17(2)(a)(ii).

    Artikolu 14

    1. Jekk awtorità tal-Komunità tistabbilixxi li xi merkanzija ta' djamanti mhux maħduma, li għalihom ċertifikat tal-Komunità huwa meħtieġ, ma jissodisfax il-kondizzjonijiet ta' l-Artikoli 11,12, jew 13, dik l-awtorità għandha jżomm il-merkanzija.

    2. Jekk awtorità tal-Komunità issib li n-nuqqas li l-kondizzjonijiet ma ġewx sodisfatti ma twettqux b'konsapevolezza jew intenzjonalment jew xi riżultat ta' azzjoni minn awtortià oħra fit-twettiq tad-doveri tagħha, tista' tirrilaxxa l-merkanzija u tmexxi bil-ħruġ u l-ikkonvalidazzjoni taċ-ċertifikat tal-Komunità, wara li jkunu ttieħdu l-miżuri u r-rimedji meħtieġa sabiex ikun żgur li jintlaħqu l-kondizzjonijiet.

    3. L-awtorità tal-Komunità għandha, fiż-żmien xahar, tinforma lill-Kummissjoni u l-awtortià kompetenti ta' xi nuqqas fit-twettiq tal-kondizzjonijiet tal-parteċipant li intenzjonalment ħarġitlu jew ivvalidatlu ċ-ċertifikat għall-merkanzija.

    Artikolu 15

    1. L-awtoritajiet tal-komunità għandhom ifornu lill-Kummissjoni b'rapport kull xahar dwar iċ-ċertifikati tal-Komunità kollha li nħarġu jew li ġew validati minnhom.

    Dan ir-rapport għal kull ċertifikat għall-anqas għandu jniżżel:

    (a) in-numru uniku taċ-ċertifikat,

    (b) l-isem ta' l-awtoritajiet li joħorġu u jikkonvalidaw,

    (ċ) id-data tal-ħruġ u tal-validità,

    (d) id-data ta' l-għeluq tal-validità,

    (e) il-pajjiż tal-provinċja,

    (f) il-pajjiż ta' oriġini, fejn magħruf,

    (g) il-kodiċijiet tal-HS,

    (h) il-valur u l-piż tal-karat.

    Skond il-proċedura li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 22(2), il-Kummissjoni tista' tiddetermina l-format tar-rapport sabiex tiffaċilita l-kontroll ta' tħadim ta' l-iskema ta' ċertifikazzjoni.

    2. L-awtoritajiet tal-Komunità għandhom iżommu għall-anqas sa tliet snin il-kopji awtentiki previsti taħt l-Artikolu 12(4) kif ukoll kull tagħrif ieħor imwassal minn esportatur sabiex jiġġustifika l-ħruġ u l-validità taċ-ċertifiakt tal-Komunità.

    Għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni jew persuni jew korpi nominati mill-Kummissjoni bl-aċċess għal dawk il-kopji awtentiki u dan it-tagħrif, partikolarment bil-ħsieb li jitwieġbu l-mistoqsijiet imqajma fil-qafas ta' l-iskema taċ-ċertifiakzzjoni tal-KP

    Artikolu 16

    1. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-parteċipanti dwar arranġamenti prattiċi sabiex ikollhom konfermazzjoni ta' l-importazzjoni ta' djamanti mhux maħduma esportati mill-Komunità koperti b'ċertifikat validat mill-awtorità tal-Komunità.

    2. Fuq il-bażi ta' dawn il-konsultazzjonijiet il-Kummissjoni għandha, skond il-proċeduri li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 22(2), tfassal linji ta' gwida għal din il-konfermazzjoni.

    KAPITOLU IV

    INDUSTRIJA AWTOREGOLATA

    Artikolu 17

    1. Organizzazzjonijiet li jirrapreżentaw in-negozjanti tad-djamanti mhux maħduma li stabbilixxew sistema ta' garanziji u industrija auotregolata għall-għanijiet biex jimplimentaw l-Iskema ta' Ċertifikazzjoni tal-KP jistgħu japplikaw lill-Kummissjoni direttament jew permezz ta' l-Awtorità kompetenti tal-Komunità sabiex jitniżżlu fl-Anness V.

    2. Meta organizzazzjoni tapplika biex titniżżel għandha:

    (a) tforni xhieda konklużiva li r-regoli u r-regolamenti adottati fejn il-membri tagħha li jinnegozzjaw fid-djamanti mhux maħduma, kemm persuni naturali jew legali, jintrabtu li, mhux aktar tard mid-data ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikoli li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 29(3):

    (i) jbiegħu biss djamanti mixtrija minn sorsi leġittimi li huma konformi mad-disposizzjonijiet relevanti tar-Risoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti u ta' l-Iskema taċ-Ċertifikazzjoni tal-Kimberley Process u jagħtu garanzija bil-miktub fuq il-fattura li takkumpanja kull bejgħ tad-djamanti mhux maħduma li, fuq il-bażi ta' l-għarfien tagħhom personali u/jew garanziji bil-miktub fornuti mill-fornitur ta' dawn id-djamanti mhux maħduma, id-djamanti mhux maħduma mibjugħa għaldaqstant mhumiex kunflitt tad-djamanti;

    (ii) jaraw li kull bejgħ tad-djamanti mhux maħduma hu akkumpanjat minn fattura li jkollha fiha l-garanzija msemmija ffirmata li mingħajr dubju ta' xejn tiddentifika lill-bejjiegħ u x-xerrej u l-uffiċini reġistrati tagħhom, li jkollhom in-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT tal-bejjiegħ, fejn meħtieġ, il-kwantità/piż u l-kwalifikazzjoni ta' l-oġġetti mibjugħa, il-valur ta' l-operazzjoni u d-data ta' meta ntbagħat;

    (iii) ma jixtrux djamanti mhux maħduma minn għand xi ħadd suspettat jew sorsi mhux magħrufa li jissupplixxu u/jew djamanti mhux maħduma li ġejjin minn parteċipanti li mhumiex fl-iskema ta' ċertifikazzjoni tal-KP;

    (iv) ma jixtrux minn għand sors li wara li jkun għadda proċeduri regolari jkun instab li kiser il-liġijiet jew regolamenti tal-pajjiż li jikkonċernaw in-negozju tal-kunflitt tad-djamanti;

    (v) ma jixtrux djamanti mhux maħduma minn xi reġjun li huwa suġġett għal xi nota ta' avviż minn awtorità governattiva jew ta' l-iskema ta' ċertifikazzjoni tal-KP li l-kunflitt tad-djamanti qed joħorġu minn, jew qegħdin għall-bejgħ, f'dak ir-reġjun;

    (vi) mingħajr ma jafu jixtru, jbiegħu, jew jgħinu lill-oħrajn fix-xiri jew il-bejgħ ta' kunflitt ta' djamanti;

    (vii) jiżguraw li l-ħaddiema kollha li jbiegħu jew jixtru djamanti mhux maħduma fil-kummerċ tad-djamanti huma magħrfa sew bir-reżoluzzjonijiet tal-kummerċ u regolamenti tal-gvern li jirrestrinġu l-kummerċ fil-kunflitt tad-djamanti;

    (viii) joħolqu u jżomm għall-anqas għall-tliet snin reġistrazzjonijiet ta' fatturi mibgħuta mill-fornituri u maħruġa lill-klijenti;

    (ix) jagħtu istruzzjonijiet lill-awditur indipendenti sabiex jiċċertifika li dawn ir-reġistrazzjonijiet inħolqu u nżammu kif suppost u l-anqas identifika xi operazzjoni li naqset li tħares ir-regoli msemmija fil-(i) sa (viii) jew kull operazzjoni li naqset milli tħares dawn ir-regoli ġiet rapurtata lill-awtorità kompetenti tal-Komunità;

    u

    (b) tforni xhieda konlużiva li adottat regoli u regolamenti li jobbligaw lill-organizzazzjoni:

    (i) tkeċċi kull membru, li wara l-proċess denju ta' inkjesta mill-organizzazzjoni stess jinstab, li serjament kiser ir-regoli msemmija ta' hawn fuq; u

    (ii) tippubblika t-tkeċċija ta' dak il-membru u tinnotifika lill-Kummissjoni b'dan;

    (iii) tagħmel magħruf lill-membri kollha tagħha l-liġijiet tal-pajjiż u ta' l-iskema ta' ċertifikazzjoni tal-KP, regolamenti u linji ta' gwida li jirrigwardaw il-kunflitt tad-djamanti u l-ismijiet ta' persuni naturali jew legali misjuba ħatja, wara proċess legali vinkolanti, li kissru dawn il-liġijiet jew regolamenti;

    u

    (ċ) tforni lill-Kummissjoni u l-awtorità tal-Komunità kompetenti bil-lista lesta tal-membri kollha tagħha li jinnegozjaw fid-djamanti mhux maħduma, magħduda ismijiet sħaħ, indirizzi, post, u tagħrif ieħor li jgħin biex ma jkunx hemm żbalji fl-identitajiet.

    3. Organizzazzjonijiet koperti b'dan l-Artikolu għandhom minnufih jinnotifikaw lill-Kummissjoni u l-awtorità tal-Komunità ta' l-Istat Membru fejn huma residenti jew stabbilixxew it-tibdil kollu fl-isħubija tagħhom wara l-applikazzjoni biex jitniżżlu.

    4. Skond il-proċedura riferuta fl-Artikolu 22(2), il-Kummissjoni għandha tniżżel fl-Anness V kull organizzazzjoni li twettaq il-ħtiġiet ta' dan l-artikolu. Għandha tinnotifika l-awtoritajiet kollha tal-Komunità bl-ismijiet u l-partikolarajiet relevanti oħra tal-membri ta' l-organizzazzjonijiet imniżżla u kull tibdil li jsir fihom.

    5. (a) Organizzazzjoni mniżżla jew membru tagħha għandu jforni lill-awtorità relevanti tal-Komunità bl-aċċess għal kull tagħrif li jista' jkun meħtieġ sabiex tiġi stmata kif suppost l-funzjoni tas-sistema ta' garranziji u l-industrija awtoregolata. Meta ċ-ċirkustanzi jiġġustifikaw, li l-awtorità tal-Komunità tista' tinħtieġ żidiet oħra ta' garanziji li organizzazzjoni kapaċi jżomm sistema kredibbli.

    (b) L-awtorità tal-Komunità kompetenti għandha tirraporta l-istima tagħha lill-Kummissjoni fuq bażi annwali.

    6. Jekk, matul l-osservazzjonijiet tal-funzjoni kif suppost tas-sistema, awtorità tal-Komunità fi Stat Membru tikseb tagħrif ta' min jorbot fuqu, li organizzazzjoi mniżżla koperta b'dan l-Artikolu u stabbilita jew hija residenti f'dak l-Istat Membru, jew membru tagħha stabbilixxa ruħu jew hu residenti f'dak l-Istat Membru, qed jikser id-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu, hija għandha twettaq l-istħarriġ tagħha fil-każ sabiex tivverifika jekk effettivament tkissrux id-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu.

    7. (a) Jekk il-Kummissjoni għandha tagħrif ta' min joqgħod fuqu li organizzazzjoni mniżżla jew membru tagħha qed jikser id-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu, hija għandha titlob stima tas-sitwazzjoni mill-Awtorità tal-Komunità ta' l-Istat Membru fejn l-organizzazzjoni jew membru tagħha hu residenti jew stabbilit. Fuq din it-talba, l-awtorità relevanti tal-Komunità għandha minnufih tistħarreġ il-każ u għandha tgħarraf kif imiss lill-Kummissjoni b'dak li tkun sabet.

    (b) Jekk il-Kummissjoni, fuq il-bażi tar-rapporti, stimi jew tagħrif ieħor relevanti, tasal għall-konklużżjoni li s-sistema ta' garranziji u l-industrija auto regolata ma tiffunzjonax kif suppost, u l-kwistjoni ma tkunx ġiet indirizzata kif xieraq, il-Kummissjoni għandha tieħu dawk il-miżuri meħtieġa skond il-proċeduri li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 22(2).

    8. Jekk inkjesta twassal għall-konklużjoni li organizzazzjoni qed tikser id-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu, l-awtroità tal-Komunità ta' Stat Membru fejn l-organizzazzjoni hija residenti jew stabbilita tinnotifika lill-Kummissjoni tagħha mingħajr dewmien. F'dan il-każ, il-Kummissjoni, skond il-proċedura li hemme referenza għalihom fl-Artikolu 22(2), għandha tieħu l-miżuri xierqa bil-għan biex tneħħi dik l-organizzazzjoni mil-lista ta'l-Anness V.

    9. Jekk organizzazzjoni mniżżla jew wieħed jew aktar mill-membri tagħha huma stabbiliti jew residenti fi Stat Membru li ma innominax awtorità tal-Komunità għall-għanijiet ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tkun l-Awtorità tal-Komunità għal dik l-organizzazzjoni jew ta' dawk il-membri.

    10. Organizzazzjonijiet jew membri tagħhom koperti permezz ta' dan l-Artikolu li jaħdmu fit-territorju ta' parteċipant ieħor li ma tkunx il-Kummissjoni għandhom ikunu jkunsidrati li ħarsu d-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu jekk iżommu mar-regoli u r-regolamenti li dan il-parteċipant niżżel sabiex jimplimenta l-Iskema taċ-Ċertifikazzjoni tal-Kimberley Process.

    KAPITOLU V

    TRANSITU

    Artikolu 18

    L-Artikoli 4, 11, 12, u 14 ma għandhomx jgħoddu għad-djamanti mhux maħduma li jidħlu fit-territorju tal-Komunità għall-għanijiet biss ta' transitu għall-parteċipant li ma tkunx il-Komunità, bil-kondizzjoni li la l-kontenitur oriġinali fejn ikunu qedgħin jinġarru d-djamanti mhux maħduma u l-anqas iċ-ċertifikat oriġinali ta' akkumpanjament maħruġ mill-awtortià kompetenti ta' parteċipant ma jkunu mbagħbsa fid-dħul u l-ħruġ mit-territorju tal-Komunità u l-għan ta' transitu jkun jaqbel ċar maċ-ċertifikat ta' akkumpanjament.

    KAPITOLU VI

    DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

    Artikolu 19

    1. L-Istati Membri jistgħu jinnominaw waħda jew aktar awtoritajiet fit-territorju tagħhom bħala awtortià tal-Komunità u jistgħu jingħatawlhom kompiti differenti.

    2. L-Istati Membri li jinnominaw awtorità tal-Komunità għandhom ifornu lill-Kummissjoni b'dik l-informazzjoni li turi li l-awtoritajiet tal-Komunità nominati minnhom huma affidabbli, u li jwettqu l-kompiti meħtieġa ta' dan ir-Regolament fil-ħin, b'effiċjenza u kif suppost.

    3. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw in-numri ta' punti meta l-formalitajiet previsti f'dan ir-Regolamnet jistgħu jitlestew. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'dan. Ibbażat fuq it-tagħrif previst taħt il-paragrafi 1 u2 u skond il-proċedura li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 22(2), il-Kummissjoni għandha żżomm fl-Anness III il-lista ta' l-awtoritajiet tal-Komunità, il-lokazzjonijiet tagħhom u l-kompiti fdati lilhom.

    4. L-awtoritajiet tal-Komunità jistgħu jsaqsu operatur ta' l-ekonomija biex iħallas il-miżata għall-produzzjoni, il-ħruġ u/jew jagħmel legalment validu ċertifikat u għall-spezzjoni fiżika skond l-Artikoli 4 u 14. Taħt l-ebda ċirkostanza ma għandu l-ammont ta' dik il-miżata jaqbeż il-ħlasijiet li dik l-awtorità kompetenti tkun nefqet għall-operazzjoni konċernata.. L-ebda imposti jew dazji simili ma għandhom jitħallsu fir-rigward ta' dawn l-operazzjonijiet.

    5. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-għażla tagħhom taħt l-Artikoli 4(5) u 12(3) jew ta' għażliet oħra li jiġu wara.

    6. Il-Kummissjoni tista' temenda l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikati tal-Komunità bil-ħsieb li ttejjeb is-sigurtà, l-ipproċessar u t-tħaddim tagħha, għall-għanijiet ta' l-iskema taċ-ċertifikazzjoni tal-KP.

    Artikolu 20

    Fuq il-bażi tat-tagħrif relevanti mill-Presidenza tal-Kimberley Process u/jew il-parteċipanti, il-Kummissjoni tista' temenda l-lista tal-parteċipanti u l-awtoritajiet kompetenti li huma nnominaw sabiex joħorġu u jikkonvalidaw iċ-ċertifikati tagħhom fl-Anness II.

    Artikolu 21

    1. Il-Komunità għandha tkun partċipanta fl-iskema taċ-ċertifikazzjoni tal-Process tal-Kimberley.

    2. Il-Kummissjoni, li tirrappreżenta l-Komunità fl-iskema taċ-ċertifikazzjoni tal-Kimberley Process, għandha timmira biex tiżgura l-aqwa implimentazzjoni ta' l-iskema taċ-ċertifikazzjoni tal-KP, partikolarment bis-saħħa tal-koperazzjoni bejn il-parteċipanti. Għal dan ir-rigward, il-Kummissjoni għandha, partikolarment, tiskmabja l-informazzjoni mal-parteċipanti dwar il-kummerċ internazzjonali tad-djamanti mhux maħduma u, fejn xieraq, tikopera fil-kontroll ta' l-attivitajiet u biex issib ftehim fuq it-tilwim li jista' jinqala'.

    Artikolu 22

    1. Waqt il-prestazzjoni tad-dmirijiet tagħha taħt l-Artikoli 8, 10, 15, 16, 17 u 19, il-Kummissjoni għandha tkuna mgħejjuna minn Kumitat (hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ "il-Kumitat").

    2. Fejn hemm referenza għal dan il-paragrafu, għandhom jġħoddu l-Artikoli minn 4 sa 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

    Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni Nru 1999/468/KE għandu jkun ta' għaxart ijiem ta' xogħol.

    3. Il-Kumitat għandu jistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri tiegħu.

    Artikolu 23

    Il-Kumitat li jagħmel referenza għalih l-Artikolu 22 jista' jeżamina kull mistoqsija li tikkonċerna l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dawn il-mistoqsijiet jistgħu jitqajjmu jew mill-President jew mir-rappreżentant ta' l-Istat Membru.

    Artikolu 24

    1. Kull persuna naturali jew legali li jfornu servizzi diretti jew indiretti relatati ma' l-attivitajiet koperti bl-Artikoli 3, 4, 6, 7, 11, 12, 13, 17 u 18 għandha teżerċita l-ħila tagħha kif imiss sabiex tistabbilixxi li l-attivitajiet li hi tforni servizz għalihom iżommu mad-disposizzjonjijet ta' dan ir-Regolament.

    2. Il-parteċipazzjoni, bil-konsapovolezza u intenzjonata, fl-attivitajiet, fejn l-ħsieb jew l-effett huma, direttament jew indirettament, sabiex jinħelsu mid-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu pprojbiti.

    3. Il-Kummissjoni għandha tkun notifikata b'kull informazzjoni li tissuġġerixxi li d-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolamnet qegħdin, jew kienu qegħdin, skansati.

    Artikolu 25

    Tagħrif fornut skond dan ir-Regolament għandu jintuża biss għall-għan li jkun inġabar għalih.

    Tagħrif li mix-xejra tiegħu huwa wieħed konfidenzali jew li kien fornut fuq bażi konfidenzali għandu jkun kopert bl-obbligazzjoni tas-sigriet professjonali. Ma għandux jinkixef mill-Kummissjoni mingħajr il-permess ta' dik il-persuna li fornitu. Madankollu komunikazzjoni ta' informazzjoni bħal din għandha titħalla meta l-Kummissjoni hija obbligata jew awtorizzata biex tagħmel hekk, partikolarment b'konnessjonijiet ma' proċeduri legali. Din il-komunikazzjoni għandha tieħu qies l-interessi legali tal-persuna konċernata li s-sigrieti kummerċjali tiegħu jew tagħha ma għandhomx jinkixfu.

    Dan l-Artikolu ma għandux itellef mill-kxif ta' informazzjoni ġenerali mill-Kummissjoni. Dan il-kxif ma għandux jitħalla jekk dan huwa inkompatibbli ma' l-għan oriġinali ta' din l-informazzjoni.

    Fil-każ ta' ksur tal-konfidenzalità, minn ħoloq din l-informazzjoni għandu jkun jista' iħassarha, ma jagħtix kasha, jew jikkoreġiha, skond il-każ.

    Artikolu 26

    Tħaris ta' dan ir-Regolament ma jfissirx li kull persuna naturali jew legali ma għandhiex tħares bis-sħiħ jew parti, ma' xi obbligazzjoni oħra taħt xi liġi oħra tal-Komunità jew nazzjonali.

    Artikolu 27

    Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi s-sanzjonijiet li għandhom ikunu imposti meta jinkisru d-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Dawn is-sanzjonijiet għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi u għandhom ikunu kapaċi li ma jħallux lil dawk responsabbli ta' xi ksur milli jieħdu xi benefiċċju ekonomiku mill-azzjonijiet tagħhom.

    Sakemm l-adozzjoni għadha pendenti, meta meħtieġ, xi leġislazzjoni minn din in-naħa, is-sanzjonijiet li għandhom ikunu imposti meta d-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jinkisru għandhom, meta relevanti, ikunu dawk determinati mill-Istat Membru sabiex jingħata effett lill-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 303/2002.

    Artikolu 28

    Dan ir-Regolament għandu jgħodd:

    (a) fit-territorju tal-Komunità, jinkludi l-ispazju ta' l-ajru tagħha, abbord kull inġenji ta' l-ajru jew kull bastiment fil-ġurisdizzjoni ta' l-Istat Membru;

    (b) għal kull persuna ta' nazzjonalità ta' wieħed mill-Istati Membri, u għal kull persuna legali, entità, jew korporazzjoni jew korp kostitwit taħt xi liġi ta' Stat Membru.

    Artikolu 29

    1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    2. Il-Kummissjoni għandha tirraporta kull sena jew meta meħtieġ kull żmien ieħor lill-Kunsill fuq l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u l-ħtieġa għar-reviżjoni jew it-tħassir tar-Regolament.

    3. L-applikazzjoni ta' l-Artikoli 3, 4, 5, 10, 11, 12, 13, 14, 15 u 18 għandha tkun sospiża sakemm il-Kunsill jiddeċiedi li japplika dawn l-Artikoli fuq il-bażi ta' proposta mill-Kummissjoni.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fl-20 ta' Diċembru 2002.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    L. Espersen

    [1] ĠU L 47, tad-19.2.2002, p. 8.

    [2] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

    [3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1. Regolament kif kien l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2700/2000 (ĠU L 311, tat-12.12.2000, p. 17).

    --------------------------------------------------

    ANNESS I

    SKEMA TA' ĊERTIFIKAZZJONI TAL-KIMBERLEY PROCESS

    PREAMBOLU

    PARTEĊIPANTI,

    - JIRRIKONOXXU li l-kummerċ fil-kunflitt tad-djamanti huwa ta' materja serja u interess internazzjonali, li jista' jkun marbut direttament maż-żieda tal-kunflitt bl-armi, l-attivitajiet tal-movimenti tar-ribelli bil-għan li jdgħajju jew jwaqqgħu gvernijiet leġittimi, u t-traffikar illegali u żieda fl-armamenti, speċjalment fl-armi żgħar u armi ħfief;

    - JIRRIKONOXXU AKTAR l-impatt devastanti tal-kunflitti sostnuti mill-kummerċ tal-kunflitt tad-djamanti dwar il-paċi, is-saħħa u s-sigurtà tal-popli fil-pajjiżi affettwati u l-ksur sistematiku u gravi tad-drittijiet tal-bniedem li twettqu f'dawn il-kunflitti;

    - JINNUTAW l-impatt negattiv ta' dawn il-kunflitti dwar l-istabbilità reġjonali u l-obbligazzjonijiet mitfugħa fuq l-istati bil-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti li jirrigwardaw il-ħarsien tal-paċi u s-sigurtà internazzjonali;

    - IŻOMMU F'MOĦĦHOM li hemm bżonn azzjoni urġenti internazzjonali biex ma tħallix il-kunflitt tad-djamanti milli jaffettwa negattivament il-kummerċ tad-djamanti leġittimi, li huwa ta' kontribuzzjoni siewja għall-ekonomija ta' ħafna stati li jipproduċu, jipproċessaw, jesportaw u jimportaw, speċjalment stati li qegħdin jiżviluppaw;

    - JIFTAKRU fir-Riżoluzzjonijiet kollha relevenati tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti taħt il-Kapitolu VII tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, magħdudin id-dsiposizzjonijiet relevanti tar-Rizoluzzjonijiet 1173 (1998), 1295 (2000), 1306 (2000), u 1343 (2001), u li jiddeterminaw il-kontribuzzjoni u jsostnu l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti f'dawn ir-Riżoluzzjonijiet;

    - JAGĦTU IMPORTANZA lir-Riżoluzzjoni ta' l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti 55/56 (2000) dwar ir-rabta li hemm bejn il-kummerċ fil-kunflitt tad-djamanti u l-għajnuna li jagħti fil-kunflitt ta' l-armi, fejn sejjħet lill-komunità internazzjonali sabiex malajr kemm jista' jkun u bl-għaqal kollu tagħti konsiderazzjoni għall-ħolqien ta' miżuri effettivi u prammatiki sabiex jindirizzaw dan il-problema;

    - JAGĦTU IMPORTANZA WKOLL lir-rakkomandazzjoni tar-Riżoluzzjoni ta' l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti 55/56 li l-komunità internazzjonali żviluppat proposti dettaljati għall-skema sempliċi u taħdem ta' ċertifikazzjoni internazzjonali għad-djamanti mhux maħduma ibbażata primarjament fuq skemi ta' ċertifikazzjoni nazzjonali u fuq qbil għal standards minimi internazzjonali;

    - JIFTAKRU li l-Kimberley Process, li kien stabbilit biex isib soluzzjoni għall-problema internazzjonali tal-kunflitt tad-djamanti, kien jinkludi stake holders konċernati, stati l-aktar dwak li jipproduċu, jesportaw, u jimpurtaw, l-industrija tad-djamanti u s-soċjetà ċivili;

    - KONVINTI li l-opportunità li għandu l-kunflitt tad-djamanti, fejn jilgħab parti fl-għajnuna tal-kunflitt ta' l-armi, tista' bis-serjetà titnaqqas billi tiddaħħal skema ta' ċertifikazzjoni għad-djamanti mhux maħduma imfassla biex twarrab il-kunflitt tad-djamanti mill-kummerċ leġittimu;

    - JIFTAKRU li l-Kimberley Process ikkonsidra li skema internazzjonali ta' ċertifikazzjoni għad-djamanti mhux maħduma, ibbażata fuq liġijiet u prattiċi nazzjonali u jilħqu l-istandards minimi internazzjonali miftiehma, tkun l-aqwa sistema effettiva sabiex tindirizza l-problema tal-kunflitt tad-djamanti;

    - JIRRIKONOXXU l-inizjattivi importanti li ttieħdu sabiex tkun indirizzata dan il-problema, partikolarment mill-gvernijiet ta' Angola, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, Guinea u Sierra Leone u b'pajjiżi oħra l-aktar dawk li jipproduċu, jesportaw, u jimpurtaw, kif ukoll bl-industrija tad-djamanti, partikolarment mill-Kunsill tad-Dinja tad-Djamanti, u mis-soċjetà ċivili;

    - JILQGĦU inizjattivi volontarji autoregolati mħabbra mill-industrija tad-djamanti u jirrikonoxxu sistema volontarja awtoregolata li tikkontribwixxi sabiex tassigura sistema effettiva ta' kontroll intern tad-djamanti mhux maħduma ibbażata fuq l-iskema internazzjonali ta' ċertifikazzjoni għad-djamanti mhux maħduma;

    - JIRRIKONOXXU li s-sistema internazzjonali ta' ċertifikazzjoni għad-djamanti mhux maħduma tista' tkun biss kredibbli jekk il-Parteċipanti kollha jistabbilixxu sistemi interni ta' kontroll imfassla biex ineħħu l-preżenza ta' kunflitt tad-djamanti mill-katina ta' produzzjoni, esportazzjoni u importazzjoni ta' djamanti mhux maħduma fit-territorji tagħhom, fil-waqt li jieħdu qies tad-differenzi fil-metodi ta' produzzjoni u prattiċi tal-kummerċ kif ukoll differenzi fil-kontrolli instituzzjonali tagħhom jistgħu jiħtieġu approwċ differenti biex jintlaħqu l-istandards minimi;

    - JIRRIKONOXXU AKTAR li l-iskema internazzjonali ta' ċertifikazzjoni għad-djamanti mhux maħduma għandha tkun konsistenti mal-liġi internazzjonali li tirregola l-kummerċ internazzjonali;

    - JIRRIKONOXXU li s-sovranità ta' l-istat għandha tkun rispettata bis-sħiħ u għandhomm jinżammu sodi l-prinċipji ta' l-ugwaljanza, benefiċċji reċiproki u konsnesus,

    IRRAKKOMANDAW ID-DISPOSIZZJONIJIET LI ĠEJJIN:

    TAQSIMA I Definizzjonijiet

    Għall-għanijiet ta' l-iskema internazzjonali ta' ċertifikazzjoni għad-djamanti mhux maħduma (hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejħa "L-Iskema ta' ċertifikazzjoni") jgħoddu d-definizzjonijiet li ġejjin:

    KUNFLITT TAD-DJAMANTI tfisser djamanti mhux maħduma użati mill-moviment tar-ribelli jew l-alleati tagħhom sabiex jiffinanzjaw kunflitt immirat biex idgħajjef gvernijiet leġittimi, bħalma ma huma mfissra fir-riżoluzzjonijiet relevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSC) sakemm jibqgħu fis-seħħ, jew f'riżoluzzjonijiet oħra simili tal-UNSC li jistgħu jkunu adottati fil-futur, u bħalma ingħad u rikonoxxut fl-Assemblea Ġenerali ta' Nazzjonijiet Uniti (UNGA) ir-Riżoluzzjoni 55/56, jew f'riżoluzzjonijiet oħra simili ta' l-UNGA li jistgħu jkunu adottati fil-futur;

    PAJJIŻ TA' ORIĠINI tfisser pajjiż fejn merkanzija ta' djamanti mhux maħduma tħaffret jew inħarġet;

    PAJJIŻ TA' PROVENJENZA tfisser l-aħħar Parteċipant minn fejn kienet esportata merkanzija ta' djamanti mhux maħduma, kif reġistrata fuq id-dokumentazzjoni ta' importazzjoni;

    DJAMANT tfisser minerali naturali li jkollu essenzalment karbon safi kristallizat fis-sistema isometrika, b'ebusija fuq il-Mohs (barxa) skala ta' 10, gravità speċifika ta' bejn wieħed u ieħor 3.52 u indiċi rifrattiv ta' 2.42;

    ESPORTAZZJONI tfisser il-ħruġ/teħid 'il barra materjali ta' oġett minn kull parti tat-territorju ġeografiku ta' kull Parteċipant;

    AWTORITÀ TA' L-ESPORTAZZJONI tfisser l-awtorità(ijiet) jew korp(korpi) nominati minn Parteċipant minn liema territorju l-merkanzija tad-djamanti mhux maħduma qiegħda titlaq, u li huma awtorizzati li jikkonfermaw iċ-Ċertifikat tal-Kimberley Process;

    ŻONA ĦIELSA TAL-KUMMERĊ tfisser parti mit-territiroju tal-Parteċipant fejn id-dħul ta' oġġetti, sa fejn jikkonċerna taxxi u dazji ta' importazzjoni, huma meqjusa li qegħdin barra mit-territorju tad-dwana;

    IMPORTAZZJONI tfisser id-dħul/l-introduzzjoni materjali ta' oġett f'xi parti tat-territorju ġeografiku ta' Parteċipant;

    AWTORITÀ TA' IMPORTAZZJONI tfisser l-awtorità(ijiet) jew korp(i) nominati permezz ta' Parteċipant f'liema territorju merkanzija tad-djamanti mhux maħduma hija importata sabiex twettaq il-formalitajiet ta' l-importazzjoni kollha u partikolarment il-verifikazzjoni ta' l-akkumpanjament taċ-Ċertifikati tal-Kimberley Process;

    ĊERTIFIKAT TAL-KIMBERLEY PROCESS tfisser dokument li jiflaħ għal kontra l-falsifikazzjoni b'format partikolari li jiddentifika l-merkanzija tad-djamanti mhux maħduma li huma konformi mal-ħtiġiet ta' l-Iskema ta' Ċertifikazzjoni;

    OSSERVATUR tfisser rappreżentant tas-soċjetà ċivili, l-industrija tad-djamanti, organizzazzjonijiet internazzjonali u gvernijiet li mhumiex parteċipanti mistiedna biex jieħdu sehem fil-laqgħat Plenarji;

    PAKKETT tfisser wieħed jew aktar djamanti li huma ppakkjati flimkien u li mhumiex individwalizzati;

    PAKKETT TA' ORIĠINI MĦALLTA tfisser pakkett li jkollu djamanti mhux maħduma minn żewġ pajjiżi ta' oriġini jew aktar, imħallta flimkien;

    PARTEĊIPANT tfisser stat jew organizzazzjoni ta' integrazzjoni ekonomika reġjonali għall-liema l-Iskema ta' Ċertifikazzjoni hi effettiva;

    ORGANIZZAZZJONI TA' INTEGRAZZJONI EKONOMIKA REĠJONALI tfisser organizzazzjoni magħmula minn stati sovrani li trasferrew il-kompetenza tagħhom lil dik l-organizzazzjoni dwar materji regolati mill-Iskema ta' Ċertifikazzjoni;

    DJAMANTI MHUX MAĦDUMA tfisser djamanti mhux maħduma jew sempliċiment maqtugħin, mifruqin f'biċċiet jew mhux irfinut u jaqgħu taħt Sistema Relevanti Armonizzata ta' Deskrizzjoni u Coding tal-Merkanzija 71021000, 71022100 u 71023100;

    MERKANZIJA tfisser pakkett wieħed jew aktar li huma fiżikament importati jew esportati;

    TRANSIT tfisser il-passaġġ fiżiku minn naħa għal oħra tat-territorju tal-Parteċipant jew li mhux Parteċipant, bil jew mingħajr trasbord, magazzinaġġ jew bdil fil-metodu tat-trasport, meta dan il-passaġġ huwa biċċa biss mill-vjaġġ kollu li jibda u jintemm lil hinn mill-fruntieri tal-Parteċipant jew mhux Parteċipant mil-liema territorju l-merkanzija tgħaddi minn naħa għal oħra;

    TAQSIMA II IĊ-ĊERTIFIKAT TAL-KIMBERLEY PROCESS

    Kull Parteċipant għandu jiżgura li:

    (a) Ċertifikat tal-Kimberley Process (hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ iċ-Ċertifikat) li jakkumpanja kull merkanzija tad-djamanti mhux maħduma fl-esportazzjoni;

    (b) il-proċess dwar il-ħruġ taċ-Ċertifikati jilħaq l-istandards minimi tal-Kimberley Process kif imniżżla fit-Taqsima IV;

    (ċ) Ċertifikati jilħqu l-ħtiġet minimi mniżżla fl-Anness I. Kemm-il darba jintlaħqu dawn il-ħtiġeit, Parteċipanti jistgħu fid-deskrizzjoni tagħhom jistabbilixxu karatteristiċi adizzjonali għaċ-Ċertifikati tagħhom, per eżempju l-forma tagħhom, data adizzjonali jew elementi ta' sigurtà;

    (d) jinnotifika l-Parteċipanti l-oħra kollha permezz tal-Presidenza bil-karatteristiċi taċ-ċertifikati tiegħu bħalma huma speċifikati fl-Anness I, għall-għanijiet ta' validazzjoni.

    TAQSIMA III Impennji dwar il-kummerċ internazzjonali tad-djamanti mhux maħduma

    Kull Parteċipant għandu:

    (a) dwar il-merkanziji tad-djamanti mhux maħduma li huma esportati għall-Parteċipant, jeħtieġ li kull merkanzija hija akkumpanjata minn Ċertifikat validat kif suppost;

    (b) dwar il-merkanziji tad-djamanti mhux maħduma importati minn Parteċipant:

    - jeħtieġ Ċertifikat validat kif suppost;

    - jiżgura li jibgħat malajr il-konfermazzjoni ta' l-irċevuta lill-Awtorità ta' l-Esportazzjoni relevanti. Il-konfermazzjoni għall-anqas għandha tirreferi għan-numru taċ-ċertifikat, in-numri ta' pakketti, il-piż tal-karat, u d-dettalji ta' l-importatur u l-esportatur;

    - jeħtieġ li l-oriġinal taċ-Ċertifikat ikun aċċessibli għall-perjodu ta' mhux anqas minn tliet snin;

    (ċ) jiżgura li l-ebda merkanzija ta' djamanti mhux maħduma hija importata minn jew esportata lil min mhux Parteċipant;

    (d) jirrikonoxxi li Parteċipanti minn liema territorju jgħaddi t-transit tal-merkanzija mhumiex meħtieġa li jilħqu l-ħtiġiet tal-paragrafi (a) u (b) ta' hawn fuq, u tat-Taqsima II (a) sakemm l-awtoritajiet nominati tal-Parteċipant minn liema territorju tgħaddi l-merkanzija, jiżguraw li l-merkanzija titlaq it-territorju tagħhom fl-istess stat bħalma daħlet fit–territorju tagħhom (i.e. mhux miftuħa u mhux imbagħbsa).

    TAQSIMA IV Kontrolli Interni

    Impennji mill-Parteċipanti

    Kull Parteċipant għandu:

    (a) jistabbilixxi sistema ta' kontrolli interni mfassla sabiex ineħħu l-preżenza tal-kunflitt tad-djamanti minn merkanziji tad-djamanti mhux maħduma impurtati fit-territorju u esportati mit-territorju tiegħu;

    (b) jinnomina Awtorità(jiet) ta' Importazzjoni u Esportazzjoni;

    (ċ) jiżgura li d-djamanti mhux maħduma huma importati u esportati f'kontenituri li jifilħu għal kontra t-tbagħbis;

    (d) kif meħtieġ, jemendaw jew jgħaddu liġijiet xierqa jew regolamenti sabiex jimplimentaw u jinfurzaw l-Iskema ta' Ċertifikazzjoni u jżommu penalitajiet disswassivi u proporzjonati għal min jikksirhom;

    (e) jiġbru u jżommu data uffiċċjali relevanti tal-produzzjoni, importazzjoni u esportazzjoni, u jqabblu u jiskambjaw din id-data skond id-disposizzjonijiet tat-Taqsima V;

    (f) meta jistabbilixxu sistema interna ta' kontroll, għandhom jieħdu qies, meta xieraq, għażliet u rakommandazzjonijiet oħra għall-kontrolli interni kif elaborati fl-Anness II.

    Prinċipji ta' l-Industrija Awtoregolata

    Parteċipanti għandhom jifhmu li s-sistema volontarja ta' industrija awtoregolata, kif hemm referenza għaliha fil-Preambolu ta' dan id-Dokument, tipprovdi għal sistema ta' garanziji msaħħa permezz tal-verifikazzjonijiet ta' awdituri indipendenti ta' kumpanniji individwali u sostnuti minn penalitajiet interni mwaqqfa minn industrija, sabiex tgħin biex tiffaċilita t-traċċar kollu ta' l-operazzjonijiet tad-djamanti mhux maħduma mill-awtoritajiet tal-gvern.

    TAQSIMA V Koperazzjoni u trasparenza

    Parteċipanti għandhom:

    (a) ifornu lil xulxin permezz tal-Presidenza informazzjoni li tiddentifika l-awtoritajiet nominati tagħhom jew korpi responsabbli sabiex jimplimentaw id-disposizzjonijiet ta' din l-Iskema ta' Ċertifikazzjoni. Kull Parteċipant għandu jagħti lill-Parteċipanti oħra permezz tal-Presidenza informazzjoni, preferibilment fil-format elettroniku, dwar il-liġijiet relevanti tiegħ, regolamenti, regoli, proċeduri u prattiċitajiet, u jaġġorna dik l-informazzjoni kif meħtieġ. Din għandha tinkludi sinopsi bl-Ingliż tal-kontenut essenzjali ta' din l-informazzjoni;

    (b) jiġbru u jqiegħdu għad-disposizzjoni tal-Parteċipanti l-oħra kollha permezz tal-Presidenza d-data ta' l-istatistika skond il-prinċipji mniżżla fl-Anness III;

    (ċ) jiskambjaw fuq bażi regolari esperjenzi u informazzjoni relevanti oħra, li jinkludu autovalutazzjoni sabiex jaslu għall-aqwa prattiċitajiet f'ċirkostanzi differenti;

    (d) jikkonsidraw favorevolment talbiet minn Parteċipanti oħra għall-għajnuna sabiex titjieb aktar il-funzjoni ta' l-iskema taċ-Ċertifikazzjoni fit-territorji tagħhom;

    (e) jinformaw Parteċipant ieħor permezz tal-Presidenza jekk huma jikkonsidraw li l-liġijiet, regolamenti, regoli, proċeduri u prattiċitajiet tal-Parteċipant l-ieħor ma jassigurawx fl-esportazzjoni tal-Parteċipant l-ieħor in-nuqqas tal-kunflitt tad-djamanti;

    (f) jikoperaw mal-Parteċipanti l-oħra dwar it-tenttaiv biex isolvu problemi li jistgħu jqumu minn ċirkostanzi mhux intenzjonati u li jistgħu jwasslu għan-nuqqas tat-twettiq tal-ħtiġiet minimi dwar il-ħruġ u l-aċċettazzjoni taċ-Ċertifikati, u jinformaw lill-Parteċipanti l-oħra dwar ir-realtà tal-problemi u s-soluzzjonijiet misjuba;

    (g) jinkoraġġixxu, permezz ta' l-awtoritajiet relevanti tagħhom, aktar koperazzjoni bejn aġenziji responsabbli mill-infurzar tal-liġijiet u bejn l-aġenziji tad-dwana tal-Parteċipanti.

    IT-TAQSIMA VI Materji Amministrattivi

    LAQGĦAT

    1. Parteċipanti u osservaturi jiltaqgħu Plenarjament kull sena, u f'okkażjonijiet oħra meta l-Parteċipanti jaraw li nqalgħet il-ħtieġa, sabiex jiddiskutu l-effetività ta' l-Iskema taċ-Ċertifikazzjoni.

    2. Parteċipanti għandhom għal dawn il-laqgħat jadottaw ir-Regoli ta' Proċedura fl-ewwel laqgħa Plenarja.

    3. Il-laqgħat għandhom isiru f'dak il-pajjiż fejn il-Presidenza hi allokata, sakemm Parteċipanti jew organizzazzjoni internazzjonali joffru biex jospitaw il-laqgħa huma u tintlaqa' din l-istedina. Il-pajjiż ospitant għandu jiffaċilita l-formalitajiet tad-dħul għal dawk li jattendu dawn il-laqgħat.

    4. Fl-aħħar ta' kull laqgħa Plenarja, tinħatar il-Presdenza sabiex tippresiedi l-laqgħat Plenarji kollha, tal-gruppi ta' xogħol ad hoc u tal-korpi sussidjarji oħra, li setgħu jkunu twaqqfu sat-tmiem tal-laqgħa Plenarja annwali li tkun imiss.

    5. Parteċipanti għandhom jilħqu d-deċiżjonijiet permezz ta' konsensus. Il-Presidenza għandha twettaq konsultazzjonijiet, jekk jidher li hu impossibbli li jintlaħaq konsensus.

    APPOĠĠ AMMINISTRATTIV

    6. Għall-aħjar amministrazzjoni ta' l-Iskema taċ-Ċertifikazzjoni, ikun meħtieġ appoġġ amministrattiv. Il-modi u l-funzjonijiet ta' dak l-appoġġ għandhom jkunu mitħaddta fl-ewwel laqgħa Plenarja, fejn wara jiġu approvati mill-Assemblea Ġenerali tan-NU.

    7. Appoġġ amministrattiv jista' jinkludi l-funzjonijiet li ġejjin:

    (a) iservi bħala strument ta' komunikazzjoni, qsim ta' informazzjoni u konsultazzjoni bejn il-Parteċipanti rigward materji previsti f'dan id-Dokument.;

    (b) iżomm u jagħmel disponibbli għall-użu tal-Parteċipanti kollha ġabra ta' dawk il-liġijiet, regolamenti, regoli, proċeduri, prattiċi u statistiki notifikati skond it-Taqsima V;

    (ċ) iħejji dokumenti u jforni appoġġ amministrattiv għal-laqgħat Plenari u tal-gruppi ta' xogħol;

    (d) jieħu taħt idejh dawk ir-responsabbilitajiet adizzjonali mogħtija, mil-laqgħat Plenari, jew minn kull grupp ta' xogħol delegat permezz tal-laqgħat Plenarji.

    PARTEĊIPAZZJONI

    8. Parteċipazzjoni fl-Iskema taċ-Ċertifikazzjoni hija miftuħa fuq bażi globali, u mhux diskriminatorja għal dawk l-Applikanti kollha li huma lesti u kapaċi jwettqu l-ħtiġiet ta' dik l-Iskema.

    9. Kull applikant li jixtieq jieħu sehem fl-Isekma ta' Ċertifikazzjoni għandu jinforma bl-interss tiegħu lill-Presidenza permezz ta' notifika li għandha tgħaddi mill-kanali diplomatiċi. Din in-notifikazzjoni għandha tinkludi dak li hemm imniżżel fil-paragrafu (a) tat-Taqsima V u għandha titqassam lill-Parteċipanti kollha fi żmien xahar.

    10. Parteċipanti li beħsiebhom jistiednu rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, l-industrija tad-djamanti, gvernijiet li mhumiex parteċipanti u organizzazzjonijiet internazzjonali biex jieħdu sehem bħala Osservaturi fil-laqgħat Plenari.

    MIŻURI TAL-PARTEĊIPANTI

    11. Parteċipanti qabel il-laqgħat Plenari annwali tal-Kimberley Process, iridu jħejju u jagħmlu disponibbli għall-Parteċipanti l-oħra, l-informazzjoni kif imsemmija fil-paragrafu (a) tat-Taqsima V fejn isemmu essenzalment kif il-ħtiġiet ta' l-Iskema taċ-Ċertifikazzjoni qegħdin ikunu implimentati fil-ġurisdizzjonijiet rispettivi tagħhom.

    12. L-agenda tal-laqgħat annwali Plenari għandha tinkludi parti fejn l-informazzjoni kif stipulata fil-paragrafu (a) tat-Taqsima V hija riveduta u l-Parteċipanti jistgħu jfornu dettalji oħra tas-sistemi rispettivi tagħhom fuq talba tal-Plenari.

    13. Meta aktar kjarifikazzjoni hija meħtieġa, Parteċipanti fil-laqgħat Plenari, fuq rakommandazzjoni tal-Presidenza, jistgħu jidentifikaw u jiddeċiedu sabiex itwettqu miżuri adizzjoanli ta' verifikazzjoni. Dawn il-miżuri jridu jkunu implimentati skond l-applikazzjoni tal-liġi nazzjonali u internazzjonali. Dawn jistgħu jinkludu, imma ma hemmx għalfejn ikunu limitati ġħall-miżuri bħal:

    (a) talbiet għall-inforamzzjoni adizzjoanli u kjarifikazzjonijiet mill-Parteċipanti;

    (b) reviżjoni ta' missjonijiet minn Parteċipanti oħra jew rappreżentanti tagħhom meta hemm indikazzjonijiet ta' min joqgħod fuqhom ta' nuqqas sinjifikanti tal-ħarsien ta' l-Iskema ta' Ċertifikazzjoni.

    14. Reviżjoni tal-missjonijiet għandhom jitwettqu f'manjiera analitika, esperta u imparzjali bil-kunsens tal-Parteċipant konċernat. Id-daqs, komposizzjoni, termini ta' referenza u l-perjodu taż-żmien ta' dawn il-missjonijiet għandhom ikunu jbażati fuq iċ-ċirkostanzi u stabbilitti mill-Presidenza bil-kunsens tal-Parteċipant konċernat u bil-konsultazzjoni tal-Parteċipanti kollha.

    15. Rapport fuq ir-riżultati dwar il-ħarsien tal-miżuri ta' verifikazzjoni għandu jintbagħat lill-Presidenza u lill-Parteċipant konċernat fi żmien tlett ġimgħat minn mindu titlesta l-missjoni. Kull kumment minn dak il-Parteċipant kif ukoll ir-rapport, għandhom jintbagħtu fuq il-website uffiċjali ta l-Iskema ta' Ċertifikazzjoni f'dik it-taqsima li l-aċċess għaliha huwa ristrett mhux aktar tard minn tlett ġimgħat wara li jkun intbagħat ir-rapport lill-Parteċipant konċernat. Parteċipanti u osservaturi għandhom jagħmlu kull sforz sabiex josservaw konfidenzalità stretta rigward il-kwistjoni u d-diskussjonijiet relatati ma' kwistjonijiet ta' konformità.

    KONFORMITÀ U PREVENZJONI TAL-KONTROVERSJI

    16. Meta tqum xi kwistjoni rigward il-kompetenza jew xi kwistjoni oħra rigward l-implimentazzjoni ta' l-Iskema taċ-Ċertifikazzjoni, kull Parteċipant konċernat jista' jinforma lill-Presidenza, li mingħajr dewmien jinforma lill-Parteċipanti kollha dwar din il-kwistjoni u jidħol fi djalogu sabiex jara kif ser jindirizzaha. Parteċipanti u osservaturi għandhom jagħmlu kull sforz sabiex josservaw strettamnet il-konfidenzalità rigward il-kwistjoni u d-diskussjonijiet relatati ma' kwistjonijiet ta' konformità.

    MODIFIKAZZJONIJIET

    17. Dan id-dokument jista' jkun modifikat bil-kunsens tal-Parteċipanti.

    18. Il-Parteċipanti kollha jistgħu jipproponu xi modifikazzjonijiet. Dawn il-proposti għandhom jintbagħtu bil-miktub lill-Presidenza, ta' l-anqas disgħin ġurnata qabel il-laqgħa Plenari li jkun imiss, kemm-il darba ma jkunx hemm xi ftehim mod ieħor.

    19. Il-Presidenza għandha ddawwar mingħajr dewmien mal-Parteċipanti u l-Osservaturi kollha kull modifikazzjoni proposta u tpoġġiha fuq l-aġenda tal-laqgħa Plenari li jkun imiss.

    MEKKANIŻMU TA' REVIŻJONI

    20. Il-Parteċipanti għandhom il-ħsieb li l-Iskema ta' Ċertifikazzjoni għandha tkun suġġetta minn żmien għal ieħor għar-reviżjoni, sabiex iħallu l-Parteċipanti jwettqu analiżi profonda ta' l-elementi kollha li jinstabu fl-iskema. Ir-reviżjoni għandha tinkludi wkoll il-konsiderazzjoni tal-ħtiġiet kontinwi ta' din is-sistema, fid-dawl tal-perċezzjoni tal-Parteċipanti u ta' l-organizzazzjonijiet internazzjonali, u partikolarment tan-Nazzjonijiet Uniti, minħabba t-theddid kontinwu li ħolqu l-kunflitt tad-djamanti f'dak iż-żmien. L-ewwel reviżjoni bħal din għandha titwettaq mhux aktar tard minn tliet snin wara d-data effettiva minn meta tibda l-Iskema taċ-Ċertifikazzjoni. Il-laqgħa ta' reviżjoni għandha normalment taħbat mal-laqgħa Plenari ta' kull sena, kemm-il darba ma jkunx hemm ftehim mod ieħor.

    ID-DĦUL TA' L-IMPLIMENTAZZJONI TA' L-ISKEMA

    21. L-Iskema ta' Ċertifikazzjoni għandha tkun stabbilitta fil-Laqgħat Ministerjali ta' l-Iskema taċ-Ċertifikazzjoni tal-Kimberley Process għad-Djamanti mhux maħduma fl-Interlaken tal-5 ta' Novembru 2002.

    --------------------------------------------------

    Anness I sa ANNESS I

    ĊERTIFIKATI

    A Il-ħtiġiet minimi għaċ-Ċertifikati

    Ċertifikat għandu jilħaq il-ħtiġiet minimi li ġejjin:

    - Kull Ċertifikat għandu jkollu t-Titolu "Iċ-Ċertifikat tal-Kimberley Process" u l-prospett li ġej: "Id-djamanti mhux maħduma f'din il-merkanzija kienu ttratati skond id-disposizzjonijiet ta' l-Iskema taċ-Ċertifikazzjoni tal-Kimberley Proċessar għad-djamanti mhux maħduma"

    - Il-pajjiż ta' oriġini għall-merkanzija ta' paketti ta' oriġini (i.e. mill-istess) mhux imħallta

    - Iċ-Ċertifikati jistgħu jinħarġu f'kull lingwa, iżda għandu jkun hemm inkorporata traduzzjoni bl-Ingliż

    - Numerazzjoni Unika mal-kodiċi tal-pajjiż ta' l-Alpha 2, skond l-ISO 3166-1

    - Jifilħu għal kontra t-tbagħbis u l-falsifikazzjoni

    - Data tal-ħruġ

    - Data ta' l-għeluq

    - L-awtorità tal-ħruġ

    - Identifikazzjonijiet ta' l-esportatur u l-importatur

    - Karat piż/massa

    - Valur fil-US$

    - Numru ta' pakketti fil-merkanzija

    - Sistema Relevanti Armonizzata ta' Deskrizzjoni u Coding tal-Merkanzija

    B. Elementi Fakultattivi taċ-Ċertifikat

    Ċertifikat jista' jinkludi l-elementi fakultattivi li ġejjin:

    - Karatteristiċi taċ-Ċertifikat (per eżempju bħal-forma, data adizzjonali jew elementi ta' sigurtà)

    - Karatteristiċi ta' kwalità tad-djamanti mhux maħduma fil-merkanzija

    — Irċevuta ta' rakkommandazzjoni tal-konfermazzjoni ta' l-importazzjoni għandu jkollha l-elementi li ġejjin:

    Pajjiż ta' destinazzjoni

    Identifikazzjoni ta' l-importatur

    Karat/piz u valur fl-US$

    Sistema Relevanti Armonizzata ta' Deskrizzjoni u Coding tal-Merkanzija

    Data ta' l-irċevuta mill-Awtortià ta' Importazzjoni

    Awtentikazzjoni mill-Awtorità ta' Importazzjoni

    C. Proċeduri Fakultattivi

    Djamanti mhux maħduma jistgħu jintbagħtu bil-baħar f'boroż tas-sigurtà trasparenti.

    In-numru uniku taċ-Ċertifikat jista' jirrepeti ruħu fuq il-kontenitur.

    --------------------------------------------------

    L-Anness II sa L-ANNESS I

    RAKKOMMANDAZZJONIJIET KIF PREVISTI FIT-TQASIMA IV, PARAGRAFU (F)

    Rakkommandazzjonijiet Ġenerali

    1. Parteċipanti jistgħu jaħtru koodinatur(i) uffiċċjali sabiex jieħu l-inkarigu għall-implimentazzjoni ta' l-Iskema taċ-Ċertifikazzjoni.

    2. Parteċipanti jistgħu jikkunsidraw l-utilità li jikkumplimnetaw u/jew ikabbru l-kollezzjoni u l-pubblikazzjoni ta' l-istatistiki identifikati fl-Anness III ibbażati fuq il-kontenut taċ-Ċertifikati tal-Kimberley Process.

    3. Parteċipanti huma mħeġġa li jżommu l-informazzjoni u d-data meħtieġa mit-Taqsima V f'database kompjuterizzata.

    4. Parteċipanti huma mħeġġa sabiex jibagħtu u jirċievu messaġġi elettroniċi sabiex jagħtu appoġġ lill-Iskema ta' Ċertifikazzjoni.

    5. Parteċipanti li jipproduċu djamanti u li għandhom gruppi ta' ribelli suspettati li jħaffru għad-djamanti fit-territorji tagħhom huma mħeġġa li jidentifikaw il-wesgħat ta' l-attività tat-tħaffir tad-djamanti u jfornu dan it-tagħrif lill-Parteċipanti l-oħra kollha. Din l-informazzjoni għandha tkun aġġornata fuq bażi regolari.

    6. Parteċipanti huma mħeġġa li jagħmlu magħrufa lill-Parteċipanti l-oħra kollha permezz tal-Presidenza l-ismijijet ta' individwi u kumpanniji li weħħlu dwar ksur ta' attivatjiet relevanti ma' l-għanijiet ta' l-Iskema taċ-Ċertifikazzjoni.

    7. Parteċipanti huma mħeġġa sabiex jiżguraw li l-flus li bihom inxtraw id-djamanti mhux maħduma jgħaddu kif suppost mill-banek uffiċċjali, akkompanjati minn dokumenti verifikati.

    8. Parteċipanti li jipproduċu d-djamanti għandhom janalizzaw il-produzzjoni tad-djamanti tagħhom taħt it-titoli li ġejjin:

    - Karatteristiċi tad-djamanti prodotti

    - Produzzjoni attwali

    Rakkommandazzjonijiet għall-Kontroll fuq il-Minjieri tad-Djamanti

    9. Parteċipanti huma mħeġġa sabiex jiżguraw li l-minjieri kollha tad-djamanti huma liċenzati u jħallu biss dawk il-minjieri liċenzati għaldaqshekk sabiex iħaffru għad-djamanti.

    10. Parteċipanti huma mħeġġa sabiex jiżguraw li l-kumpanniji prospettivi u ta' tħaffir iżommu standards ta' sigurtà effetivi sabiex jiżguraw li djamanti ta' kunflitt ma jikkontaminawx il-produzzjoni leġittima.

    Rakkommandazzjonijiet għall-Parteċipanti bi Tħaffir tad-Djamanti

    11. Il-ħaddiema fil-mini tad-djamanti kollha sew artiġjanati u informali għandhom ikunu liċenzati u dawk il-persuni biss li huma liċenzati għaldaqshekk jistgħu jitħallew iħaffru għad-djamanti.

    12. Ir-reġistrazzjonijiet tal-liċenzi għandhom ikollhom l-informazzjoni minima li ġejja: isem, indirizz, nazzjonalità u/jew l-istat tar-residenza u ż-żona awtorizzata għall-attività tat-tħaffir tad-djamanti.

    Rakkommandazzjonijiet għax-Xerrejja, Bejjiegħa, u Esportaturi

    13. Ix-xerrejja, bejjiegħa, esportaturi, aġenti u l-kurjers tal-kumpanniji kollha li huma mdaħħlin fil-ġarr tad-djamanti mhux maħduma għandhom ikunu reġistrati u liċenzati minn kull awtorità relevanti tal-Parteċipant.

    14. Ir-reġistrazzjonijiet tal-liċenzi għandhom ikollhom l-informazzjoni minima li ġejja: isem, indirizz, nazzjonalità u/jew l-istat tar-residenza.

    15. Il-bejjiegħa, ix-xerrejja u l-esportaturi kollha tad-djamanti mhux maħduma għandhom ikunu meħtieġa bil-liġi sabiex iżommu għall-ħames snin it-tagħrif tax-xiri, il-bejgħ u l-esportazzjoni ta' kuljum, iniżżlu l-isem tal-klijenti kemm xerrejja kif ukoll bejjiegħa, in-numru tal-liċenza tagħhom u l-ammont u l-valur tad-djamanti mibjugħin, esportati jew mixtrija.

    16. L-informazzjoni tal-paragrafu 14 ta' hawn fuq għandha tiddaħħal f'database kompjuterizzata, sabiex tagħmel eħffef il-preżentazzjoni ta' l-informazzjoni dettaljata dwar l-attivitajiet individwali tal-bejjiegħa u tax-xerrejja tad-djamanti mhux maħduma.

    Rakkommandazzjonijiet dwar il-Process ta' l-Esportazzjoni

    17. Esportatur għandu jissottometti merkanzija ta' djamanti mhux maħduma lill-Awtorità relevanti ta' l-Esportazzjoni.

    18. L-Awtorità ta' l-Esportazzjoni hija mħeġġa, li qabel ma tikkonvalida Ċertifikat, esportatur jeħtieġ li jforni dikjarazzjoni li d-djamanti mhux maħduma li qegħdin jkunu esportati m'humiex djamanti ta' kunflitt.

    19. Djamanti mhux maħduma għandhom ikunu ssiġillati ġo kontenitur li jiflaħ għal kontra t-tbagħbis flimkien ma' Ċertifikat jew kopja awtentika kif suppost. L-Awtorità ta' l-Esportazzjoni għandha tibgħat messaġġ dettaljat permezz ta' e-mail lill-Awtorità relevanti ta' l-Importazzjoni li jkollu fih informazzjoni fuq il-piż tal-karat, valur, il-pajjiż ta' oriġini jew provinċja, l-importatur u n-numru tas-serje taċ-Ċertifikat.

    20. L-Awtorità ta' l-Esportazzjoni għandha tirreġistra d-dettalji kollha tal-merkanzija tad-djamanti mhux maħduma f'database kompjuterizzata.

    Rakkommandazzjonijiet dwar il-Process ta' l-Importazzjoni

    21. L-Awtorità ta' l-Importazzjoni għandha tirċievi messaġġ permezz ta' e-mail, jew qabel jew mal-wasla tal-merkanzija. Il-messaġġ għandu jkollu dettalji bħall-piż tal-karat, valur, pajjiż ta' oriġini jew provinċja, esportatur jew in-numru tas-serje taċ-Ċertifikat.

    22. L-Awtorità ta' l-Importazzjoni għandha tispezzjona l-merkanzija tad-djamanti mhux maħduma sabiex tivverifika li s-siġilli tal-kontenitur ma tbagħbsux u l-esportazzjoni twettqet skond l-Iskema taċ-Ċertifikazzjoni.

    23. L-Awtorità ta' l-Importazzjoni għandha tiftaħ u tispezzjona l-kontenut tal-merkanzija sabiex tivverifika d-dettalji dikjarati fuq iċ-Ċertifikat.

    24. L-Awtorità ta' l-Importazzjoni fejn hu xieraq u meta mitluba, għandha tibgħat lura l-islippa jew il-kupun tal-konfermazzjoni ta' l-importazzjoni lill-Awtorità relevanti ta' l-Esportazzjoni.

    25. L-Awtorità ta' l-Importazzjoni għandha tirreġistra d-dettalji kollha tal-merkanzija tad-djamanti mhux maħduma f'database kompjuterizzata.

    Rakkommandazzjonijiet dwar il-Merkanziji għal u minn Żoni Hielsa ta' Kummerċ

    26. Merkanziji tad-djamanti mhux maħduma għal u minn żoni ħielsa ta' kummerċ għandhom ikunu proċessati mill-awtoritajiet nominati.

    --------------------------------------------------

    ANNESS III sa ANNESS I

    STATISTIKA

    Jirrikonoxxu li data mqabbla u ta' min joqgħod fuqha dwar il-produzzjoni u l-kummerċ internazzjonali tad-djamanti mhux maħduma hija għodda essenzjali għall-implimentazzjoni effettiva ta' l-Iskema taċ-Ċertifikazzjoni, u partikolarment għall-identifikazzjonijiet ta' xi rregolaritajiet jew anomaliji li jindikaw li djamanti ta' kunflitt qegħdin isibu ruħhom fil-kummerċ leġittimu, Parteċipanti waqt li jagħtu kas il-ħtieġa li tkun protetta informazzjoni kummerċjali sensittiva, jagħtu appoġġ qawwi lill-prinċipji li ġejjin:

    (a) iżommu u jppubblikaw fi żmien xahrejn tal-perjodu ta' referenza u permezz ta' format standard, l-istatistika meħuda komplessivament ta' l-importazzjoni u l-esportazzjoni tad-djamanti mhux maħduma għal kull tliet xhur tas-sena, kif ukoll in-numri taċ-ċertifikati validati għall-esportazzjoni, u ta' merkanziji importati akkumpanjati biċ- ċertifikati;

    (b) iżommu u jippubblikaw statistika dwar l-esportazzjoni u importazzjoni, fejn hu possibbli permezz tal-pajjiż ta' oriġini jew provinċja; bil-piż tal-karat u l-valur: u taħt il-klassifikazzjonijiet tas-Sistema Relevanti Armonizzata ta' Deskrizzjoni u Coding tal-Merkanzija (HS) 710210 ; 710221; 710231;

    (ċ) iżommu u jippubblikaw fuq bażi ta' nofs sena u fiż-żmien xahrejn tal-perjodu ta' referenza ta' l-istatistiki dwar il-produzzjoni tad-djamanti mhux maħduma permezz tal-piż tal-karat u l-vlaur. Fil-każ li Parteċipant ma jkunx jista' jippubblika dawn l-istatistiċi għandu jinforma mill-ewwel b'dan lill-Presidenza;

    (d) jiġbru u jippubblikaw dawn l-istatistiċi billi l-ewwel joqogħdu fuq proċessi nazzjonali eżistensi u metodoloġiji;

    (e) jagħmlu dawn l-istatistiċi disponibbli lill-korpi intergovernattivi jew lill-mekkaniżmu ieħor adattat identifikat mill-Parteċipanti għal (1) ġbir u pubblikazzjoni fuq bażi ta' tliet xhur fis-sena dwar l-esportazzjoni u importazzjoni, u (2) fuq bażi ta' kull nofs sena dwar il-produzzjoni. Dawn l-istatistiċi għandhom ikunu disponibbli għall-analiżi mill-partijiet interessati u mill-Parteċipanti, kollettivament u individwalment, skond it-termini ta' referenza kif jistgħu jkunu stabbilitti mill-Parteċipanti;

    (f) jikkonsidraw fil-laqgħat annwali Plenari informazzjoni statistika li tolqot il-kummerċ internazzjonali fi u l-produzzjoni tad-djamanti mhux maħduma, bil-ħsieb li jindirizzaw kwistjonijiet relatati, u appoġġ effettiv għall-implimetazzjoni ta' l-Iskema ta' Ċertifikazzjoni.

    --------------------------------------------------

    ANNESS II

    Lista tal-parteċipanti fl-iskema ta' ċertifikazzjoni tal-Kimberley Process u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom nominati kif suppost kif imniżżla fl-Artikoli 2, 3, 5, 8, 9, 12, 17, 18, 19 u 20

    --------------------------------------------------

    ANNESS III

    Lista ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri u l-kompetenzi tagħhom kif imniżżla fl-Artikoli 2 u 19

    --------------------------------------------------

    ANNESS IV

    Ċertifikat tal-Komunità kif imniżżel fl-Artikolu 2

    Iċ-Ċertifikat tal-Komunità mniżżel fl-Artikolu 2 għandu jkollu l-elementi li ġejjin. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-Ċertifikati li joħorġu għandhom ikunu identiċi. Minħabba f'hekk għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni kampjuni ta' ċertifikati li ser joħorġu.

    L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli li jkollhom iċ-Ċertifikat tal-KE stampat. Iċ-Ċertifikati tal-KE jistgħu jkunu stampati minn stampaturi nominati mill-Istat Membru fejn huma stabbilitti. Fl-aħħar każ, referenza tal-ħatra mill-Istat Membru għandha tidher fuq kull Ċertifikat tal-KE. Kull Ċertifikat tal-KE għandu jkollu indikazzjoni ta' l-isem ta' l-istampatur u l-indirizz jew marka minn fejn jista' jiġi ddentifikat l-istampatur. L-istampatur għandu jkun Stampatur ta' l-Għola Sigurtà tal-Flus tal-Bank. L-istampatur għandu jipprovdi referenzi xierqa minn klijenti governali u kummerċjali.

    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tagħmel disponibbli kampjuni taċ-Ċertifikati oriġinali tal-KE għall-awtoritajiet tal-KE.

    Materjal

    - Qisien: A4 (210 mm x 297 mm);

    - Filigran b'fibri viżibbli (Ewropew blu) u inviżibbli (isfar/aħdar) taħt id-dawl ta' l-UV;

    - Karta ta' Sigurtà: Il-fibri viżibbli huma kkuluriti li jaqblu "Ewropew Blu";

    - UV mhux ċar (l-elementi fid-dokument għandhom joħorġu ċari meta jitqiegħdu taħt id-dawl tal-lampa Ultra-violet);

    - 100 g/m2 karta.

    Stampar

    - Sfond sfumat bħall-qawsalla (sensittiv għas-solvent) (tifsira ta' kulur: pantone blu-roża);

    - L-effett tal-"qawsalla" għandu sfond ta' sigurtà li ma jidhirx meta jkun ikkupjat.

    - Il-linka użata għandha tkun "solvent sensitiv" sabiex tipproteġi d-dokument kontra kimiċi użati sabiex ibidlu xi kitba, bħall-bliċ.

    - 1 L-isfond sfumat ikkulurit (permanenti u li jirreżisit għad-dawl);

    - Jiżguraw li t-tieni "Qawsalla" hija stampata sabiex ma tħallix iċ-Ċertifikati jiġrilhom xi ħsara fid-dawl tax-xemx.

    - Xogħol inviżibbli ta' l-UV (l-istilel tal-Bandiera ta' l-UE);

    - L-istampatur ta'sigurtà għandu japplika il-piż eżatt tal-linka sabiex jiżgura li l-elementi ta' l-UV jibqgħu inviżibbli fid-dawl normali.

    - Bandiera ta' l-UE: Stampat b' kulur tad-deheb u l-Ewropew blu:

    - Xifer Intalljat;

    - Linka intalljata li tista' tintmess hija element importanti fid-dokumnet.

    - Stampar ta' linja żgħira ħafna li taqra "Ċertifikat tal-Kimberley Process";

    - Xbiha moħbija: KP;

    - Element tal-MELT li jaqra "KPCS";

    - Id-dokumnet irid jinkorpora fih elementi ta' antikopja ("Medallion") fl-isfond ta' liniji fini ta' l-istampar.

    Numerazzjoni

    - Kull Ċertifikat tal-KE għandu jkollu numru tas-serje uniku, wara l-kodiċi: KE.

    - Il-Kummissjoni għandha tagħti n-numri tas-serje lil dawk l-Istati Membri li beħsiebhom joħorġu ċ-Ċertifikati tal-KE.

    - Għandu jkun hemm żewġ tipi ta' numri li jaqblu – viżibbli u inviżibbli:

    - L-ewwel = 6 ċifri sekwenzali, darba fuq il-partijiet kollha tad-dokument, stampat bl-iswed (li jidhru ħodor taħt id-dawl UV)

    - L-istampatur għandu jerfa' ir-responabilità kollha għan-numerazzjoni taċ-ċertifikati kollha.

    - L-istampatur għandu jżomm ukoll database ta' kull numerazzjoni.

    - In-numri tan-naħa tal-lemin u tax-xellug għandhom ikunu f'linja orizzontali.

    - It-tieni = 6 ċifri sekwenzali ta' numri stampati inviżibbli (li jaqblu ma hawn fuq) li jidhru ħomor taħt id-dawl UV (ikunu f'linja vertikali man-numri viżibbli ta' fuq).

    Ilsien

    L-Ingliż u, fejn relevanti, l-ilsien jew l-ilsna ta' l-Istati Membri konċernati.

    It-tqassim u l-konklużjoni

    Elementi obbligatorji

    Slott imtaqba f'pożizzjoni 1, imqatta' f'waħdiet f'qisien ta' A4. 1 ta' 70 mm mix-xifer tal-Lemin

    (a) in-naħa tax-xellug:

    +++++ TIFF +++++

    (b) in-naħa tal-lemin:

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    ANNEX V

    Lista ta' l-organizzazzjonijiet tad-djamanti li jimplementaw is-sistema ta' garanziji u industrija awtoregolata msemmijin fl-Artikoli 13 u 17

    --------------------------------------------------

    Top