Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002R2348

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2348/2002 tad-9 ta' Diċembru 2002 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi, għall-perijodu mill-1 ta' Ġunju 2002 sal-31 ta' Mejju 2005, il-possibiltajiet ta' sajd u l-kontribut finanzjarju pprovdut bil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Príncipe fuq is-sajd 'il barra mill-kosta ta' São Tomé u Príncipe

    ĠU L 351, 28.12.2002, p. 12–23 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/05/2005

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/2348/oj

    Related international agreement

    32002R2348



    Official Journal L 351 , 28/12/2002 P. 0012 - 0023


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2348/2002

    tad-9 ta' Diċembru 2002

    dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi, għall-perijodu mill-1 ta' Ġunju 2002 sal-31 ta' Mejju 2005, il-possibiltajiet ta' sajd u l-kontribut finanzjarju pprovdut bil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Príncipe fuq is-sajd 'il barra mill-kosta ta' São Tomé u Príncipe

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37, f'konġunzjoni ma' l-Artikolu 300(2) u l-ewwel sottoparagrafu ta' l-Artikolu 300(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

    Billi:

    (1) Skond il-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Príncipe fuq is-sajd 'il barra mill-kosta ta' São Tomé [2], il-Komunità u r-Repubblika Demokratika ta' São Tomé żammew negozjati bil-għan li jistabbilixxu l-emendi jew l-addizzjonijiet li għandhom isiru mal-Ftehim fl-aħħar tal-perijodu ta' applikazzjoni tal-Protokoll.

    (2) B'riżultat ta' dawn in-negozjati, Protokoll ġdid li jistabbilixxi l-possibilitajiet ta' sajd u l-kontribut finanzjarju pprovdut fil-Ftehim t'hawn fuq għall-perijodu mill-1 ta' Ġunju 2002 sal-31 ta' Mejju 2005 kien iffirmat fl-14 ta' Frar 2002.

    (3) Hu fl-interess tal-Komunità li tapprova l-imsemmi Protokoll.

    (4) Għandhom ikunu definiti l-allokazzjoni tal-possibilitajiet ta' sajd fost l-Istati Membri kif ukoll l-obbligi ta' notifika tal-qbid,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Hu hawnhekk approvat, f'isem il-Komunità, il-Protokoll li jistabbilixxi, għall-perijodu mill-1 ta' Ġunju 2002 sal-31 ta' Mejju 2005, l-opportunitajiet ta' sajd u l-kontribut finanzjarju pprovdut fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Príncipe fuq is-sajd 'il barra mill-kosta ta' São Tomé u Príncipe.

    It-test tal-Protokoll hu mehmuż mar-Regolament preżenti.

    Artikolu 2

    Il-possibiltajiet ta' sajd stabbiliti fil-Protokoll għandhom jiġu allokati fost l-Istati Membri kif ġej:

    —tartarun bil-friża għas-sajd tat-tonn: | Franza: 18 |

    Spanja: 18 |

    —bastiment għas-sajd tat-tuna bil-qlugħ u l-ħbula: | Il-Portugall: 2 |

    —lixki tat-troll: | Spanja: 20 |

    Il-Portugall: 5 |

    —sajd sperimentali tal-granċf'ibħra fondi (mill-1 ta' Ġunju 2002 sal-31ta' Mejju 2003 biss) | Spanja: 2 bastimenti b'inqas minn 250 GRT |

    Il-Portugall: bastiment wieħed b'inqas minn 250 GRT |

    Jekk l-applikazzjonijiet għal-liċenzi minn dawn l-Istati Membri ma jkoprux il-possibiltajiet ta' sajd kollha ffissati mill-Protokoll, il-Kummissjoni tista' tieħu f'konsiderazzjoni applikazzjonijiet għal-liċenzi minn kwalunkwe Stat Membru ieħor.

    Artikolu 3

    L-Istati Membri li l-bastimenti tagħhom jistadu skond dan il-Protokoll għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet ta' kull qabda maqbuda fiż-żona ta' sajd tas-São Tomé u Príncipe skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 500/2001 [3].

    Artikolu 4

    Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat illi jaħtar il-persuni mogħtija l-poter li jiffirmaw il-Protokoll sabiex jorbot lill-Komunità.

    Artikolu 5

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurrnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fid-9 ta' Diċembru 2002.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    H. C. Schmidt

    [1] ĠU C 262 E, tad-29.10.2002.

    [2] ĠU L 54, tal-25.02.1984, p. 2.

    [3] ĠU L 73, tal-15.03.2001, p. 8.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    Protokoll

    li jistabbilixxi, għall-perijodu mill-1 ta' Ġunju 2002 sal-31 ta' Mejju 2005, il-possibiltajiet ta' sajd u l-kontribut finanzjarju pprovduti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Príncipe fuq is-sajd 'il barra mill-kosta ta' São Tomé u Príncipe

    Artikolu 1

    Mill-1 ta' Ġunju 2002 u għal perjodu ta' tliet snin, opportunitajiet ta' sajd, skond l-Artikolu 2 tal-Ftehim għandhom ikunu kif ġej:

    —tartarun bil-friża għas-sajd tat-tonn: | 36 bastiment |

    —bastiment għas-sajd tat-tonn bil-qlugħ u l-ħbula: | 2 bastimenti |

    —bastimenti li jistadu bil-lixki tat-troll: | 25 bastiment |

    Għal bastimenti li jipprattikaw is-sajd għal granċ f'ibħra fondi hu previst perijodu ta' sajd ta' esperiment ta' 12-il xahar li jibda mid-data ta' l-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll (l-1 ta' Ġunju 2002 sal-31 ta' Mejju 2003). Matul dan il-perijodu ta' 12-il xahar, tliet bastimenti inferjuri għal 250 GRT jistgħu jistadu simultanjament fiż-żona ekonomika esklussiva (EEZ) ta' São Tomé u Príncipe.

    Artikolu 2

    Il-kontribut finanzjarju msemmi fl-Artikolu 6 tal-Ftehim għandu jkun fiss għal:

    925000 EUR fl-ewwel sena, li jinkludu 555000 EUR bħala kumpens finanzjarju u 370000 EUR għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 4 ta' dan il-Protokoll. Il-Komunità għandha tipprovdi wkoll finanzjament ta' 50000 EUR, fl-, għal studju ta' evalwazzjoni fuq l-istat tal-granċ f'ibewwel senaħra fondi,

    637500 EUR fit-tieni sena, li jinkludu 382500 EUR bħala kumpens finanzjarju u 255000 EUR għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 4 ta' dan il-Protokoll,

    637500 EUR fit-tielet sena, li jinkludu 382500 EUR bħala kumpens finanzjarju u 255000 EUR għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 4 ta' dan il-Protokoll,

    għas-sajd tat-tonn, il-kontribut finanzjarju għandu jkopri 8500 tunnellata annwali ta' qbid fl-ibħra ta' São Tomé u Príncipe. Jekk it-tonn li jinqabad kull sena mill-bastimenti tal-Komunità fiż-żona ekonomika esklussiva ta' São Tomé u Príncipe jaqbeż dan il-kwantitattiv, l-ammont imsemmi hawn fuq għandu jiżdied proporzjonalment bir-rata ta' 75 EUR għal kull tunnellata addizzjonali,

    il-kumpens finanzjarju annwali għandu jitħallas sa' mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2002, u mhux aktar tard mill-31 ta' Mejju 2003 u 2004. L-użu tiegħu għandu jkun ir-responsabbiltà esklussiva tal-Gvern tar-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Príncipe. Għandu jitħallas lit-Teżor Pubbliku ta' São Tomé u Príncipe.

    Artikolu 3

    Iż-żewġ partijiet, waqt li jiltaqgħu fil-qafas tal-Kumitat Konġunt imsemmi fl-Artikolu 8 tal-Ftehim, għandhom jikkonsultaw fuq il-bażi tar-riżultati tas-sajd ta' esperiment imsemmi hawn fuq u fid-dawl ta' l-aħjar parir xjentifiku disponibbli biex jiġu nklużi, meta approprjat, livelli sostenibbli ta' possibilitajiet ta' sajd għal bastimenti li jistadu għal granċ f'ibħra fondi u u l-kontribut finanzjarju applikabbli mit-tieni sena ta' l-applikazzjoni tal-Protokoll. Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom iseħħu qabel it-tmiem ta' l-ewwel sena.

    Artikolu 4

    1. Il-miżuri stabbiliti hawn taħt għandhom ikunu ffinanzjati mill-kontribut finanzjarju għall-ewwel sena, sa' l-ammont ta' 370000 EUR kull sena, analizzat kif ġej:

    (a) finanzjament tal-programmi xjentifiċi u tekniċi biex jippromwovu ftehim aħjar ta' sajd u ta' riżorsi ħajjin fiż-żona ta' sajd fis-São Tomé u Príncipe: 50000 EUR;

    (b) żjieda fis-sorveljanza, l-ispezzjoni u l-kontrolli fiż-żoni tas-sajd: 50000 EUR;

    (ċ) appoġġ istituzzjonali lid-dipartiment amministrattiv responsabbli għas-sajd: 50000 EUR;

    (d) boroż ta' studju u korsijiet għal taħriġ prattiku fid-diversi oqsma xjentifiċi, tekniċi u ekonomiċi li għandhom x'jaqsmu mas-sajd: 40000 EUR;

    (e) kontribut ta' São Tomé u Príncipe għall-organizzazzjonijiet internazzjonali ta' sajd u għall-ispejjeż tad-delegati ta' São Tomé u Príncipe li jipparteċipaw f'lagħat internazzjonali dwar sajd: 35000 EUR;

    (f) għajnuna għal sajd artiġjanat: 145000 EUR.

    2. Il-miżuri stabbiliti hawn taħt għandhom ikunu ffinanzjati mill-kontribut finanzjarju għat-tieni u t-tielet sena, sa' l-ammont ta' 255000 EUR kull sena, imqassam kif ġej:

    (a) finanzjament tal-programmi xjentifiċi u tekniċi biex jippromwovu ftehim aħjar ta' sajd u ta' riżorsi ħajjin fiż-żona ta' sajd fis-São Tomé u Príncipe: 40000 EUR;

    (b) żjieda fis-sorveljanza, l-ispezzjoni u l-kontrolli fiż-żoni tas-sajd: 40000 EUR;

    (ċ) appoġġ istituzzjonali lid-dipartiment amministrattiv responsabbli għas-sajd: 40000;

    (d)) boroż ta' studju u korsijiet għal taħriġ prattiku fid-diversi oqsma xjentifiċi, tekniċi u ekonomiċi li għandhom x'jaqsmu mas-sajd: 30000 EUR;

    (e) kontribut ta' São Tomé u Príncipe għall-organizzazzjonijiet internazzjonali ta' sajd u għall-ispejjeż tad-delegati ta' São Tomé u Príncipe li jipparteċipaw f'lagħat internazzjonali dwar sajd: 35000 EUR;

    (f) għajnuna għal sajd artiġjanat: 70000 EUR.

    Il-miżuri u l-ammonti annwali allokati għal dan għandhom ikunu deċiżi mill-Ministru responsabbli mis-Sajd tas-São Tomé u Príncipe, li għandu jinforma lill-Kummissjoni b'dan.

    L-ammonti annwali, bl-eċċezzjoni ta' dawk imsemmija f'(d) u f'(e), għandhom jitħallsu, sa' mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2002, mill-31 ta' Mejju 2003 u mill-31 ta' Mejju 2004, f'kont indikat mill-Ministru responsabbli għas-sajd ta' São Tomé u Príncipe u użati skond it-termini ta' Protokoll li għandu jkun innegozjat mat-Teżor Pubbliku skond il-pjan annwali tagħhom ta' utilizzazzjoni. L-ammonti msemmija f'(d) u f'(e) għandhom jitħallsu hekk kif jintużaw.

    Il-Ministru responsabbli mis-Sajd ta' São Tomé u Príncipe għandu jgħaddi lid-Delegazzjoni tal-Kummissjoni responsabbli mis-São Tomé u Príncipe, mhux aktar tard minn tliet xhur mill-ġurnata anniversarja tal-Protokoll, rapport annwali dettaljat dwar l-implimentazzjoni ta' dawn il-miżuri u r-riżultati miksuba. Il-Kummissjoni tirriserva d-dritt li titlob lill-Ministru responsabbli mis-Sajd ta' São Tomé u Príncipe informazzjoni addizzjonali dwar dawn ir-riżultati u, wara konsultazzjoni ma' l-awtoritajiet ta' São Tomé u Príncipe fil-qafas ta' laqgħat tal-Kumitat Konġunt imsemmi fl-Artikolu 8 tal-Ftehim, biex jirrevedi l-ħlasijiet ikkonċernati fid-dawl ta' l-implimentazzjoni attwali tal-miżuri.

    Artikolu 5

    Jekk il-Komunità tonqos milli tagħmel il-ħlasijiet imsemmija fl-Artikoli 2 u 4, l-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll tista' tiġi sospiża.

    Artikolu 6

    Għandha tinżamm laqgħa xjentifika annwali konġunta biex tivvaluta perjodikalment fil-Kumitat Konġunt l-istat tar-riżorsi tal-granċ. Skond dan l-istat, il-possibiltajiet ta' sajd stabbiliti fl-Artikolu 1 ta' dan il-Protokoll u l-kontribut finanzjarju stabbiliti fl-Artikolu 2 jistgħu jiġu aġġustati wara ftehim bejn iż-żewġ partijiet li jiltaqgħu fil-qafas tal-Kumitat Konġunt.

    Artikolu 7

    Jekk tibdil fondamentali f'ċirkostanzi jimpedixxu sajd fiż-żona ekonomika esklussiva tas-São Tomé u Príncipe, il-Komunità Ewropea, jekk possibli, wara konsultazzjoni minn qabel bejn iż-żewġ partijiet fil-Kumitat Konġunt, tista' tissospendi l-ħlas tal-kontribut finanzjarju.

    Ħlas tal-kontribut finanzjarju għandu jerġa' jibda meta s-sitwazzjoni tirritorna għan-normal u wara li ż-żewġ partijiet ikkonsultaw lil xulxin fil-Kumitat Konġunt u kkonfermaw li s-sitwazzjoni x'aktarx tħalli r-ritorn għan-normal ta' l-attivitajiet ta' sajd.

    Artikolu 8

    L-Anness tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Demokratika tas-São Tomé u Príncipe dwar is-sajd ’il barra mill-kosta ta' São Tomé u Príncipe hu hawnhekk imħassar u mibdul bl-Anness ma' dan il-Protokoll.

    Artikolu 9

    Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-firma tiegħu.

    Għandu japplika mill-1 ta' Ġunju 2002.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    KONDIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW IS-SAJD MILL-BASTIMENTI TAL-KOMUNITÀ FIŻ-ŻONA TA' SAJD TAS-SÃO TOMÉ U PRÍNCIPE

    1. Applikazzjoni għal, u ħruġ ta', liċenzi

    Il-proċedura għall-applikazzjonijiet għal, u ħruġ ta', liċenzi msemmija fl-Artikolu 4 tal-Ftehim għandha tkun kif ġej.

    L-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità għandhom jippreżentaw lill-Ministru responsabbli għas-sajd ta' São Tomé u Príncipe, permezz tad-Delegazzjoni tal-Kummissjoni responsabbli għal São Tomé u Príncipe, applikazzjoni għal kull bastiment li jixtieq li jistad skond il-Ftehim, minn ta' l-inqas 20 ġurnata qabel id-data tal-bidu tal-perijodu ta' validità mitlub.

    L-applikazzjonijiet għandhom isiru fuq il-forom ipprovduti għal dak l-iskop mill-Gvern tar-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Príncipe, liema mudell hu mehmuż (L-Anness 1).

    Il-liċenzi għandhom jinħarġu mill-awtoritajiet ta' São Tomé u Príncipe, fi żmien 20 ġurnata mit-talba għal applikazzjoni, lis-sidien tal-bastimenti jew lir-rappreżentanti tagħhom permezz tad-Delegazzjoni tal-Kummissjoni responsabbli għal São Tomé u Príncipe.

    Il-liċenzi għandhom jinħarġu għal bastimenti speċifiċi u m'humiex trasferibbli. Madankollu, fuq talba tal-Kummissjoni, liċenza ta' bastiment tista', u fejn forza maġġuri hi determinata, għandha, tkun mibdula b'liċenza ġdida għal bastiment ieħor li l-karatteristiċi tiegħu huma simili għal dawk ta' l-ewwel bastiment. Is-sid ta' l-ewwel bastiment għandu jirritorna l-liċenza mħassra lill-Ministeru responsabbli għas-sajd ta' São Tomé u Príncipe permezz tad-Delegazzjoni tal-Kummissjoni responsabbli għal São Tomé u Príncipe.

    Il-liċenza l-ġdida għandha tindika:

    - id-data tal-ħruġ,

    - il-fatt li qed tibdel il-liċenza tal-bastiment ta' qabel għall-perijodu ta' validità li fadal.

    F'dan il-każ, m'għandu jsir l-ebda ħlas ta' darba ġdid kif stabbilit fil-punti 2 u 4.

    Il-liċenza għandha tinżamm abbord kull ħin. Madankollu, fuq riċevuta ta' notifika ta' ħlas bil-quddiem mibgħuta lill-awtoritajiet ta' São Tomé u Príncipe mill-Kummissjoni, il-bastiment għandu jiddaħħal f'lista ta' bastimenti awtorizzati biex jistadu, li għandha tintbagħat lill-awtoritajiet ta' São Tomé u Príncipe responsabbli mill-kontroll ta' sajd. Kopja ta' l-imsemmija liċenza tista' tinkiseb permezz ta' fax sakemm tasal il-liċenza nnifisha; dik il-kopja għandha tinżamm abbord.

    2. Disposizzjonijiet applikabbli għal tartaruni għas-sajd tat-tonn, bastimenti għas-sajd tat-tonn bil-qlugħ u l-ħbula, lixki tat-troll

    Il-liċenzi għandhom ikunu validi għal sena. Għandhom ikunu mġedda.

    Il-miżati provduti fl-Artikolu 4 tal-Ftehim huma stabbiliti għal 25 EUR għal kull tunnellata maqbuda fiż-żona ta' sajd ta' São Tomé u Príncipe.

    L-awtoritajiet kompetenti ta' São Tomé u Príncipe għandhom jikkomunikaw ir-regoli dettaljati għal ħlas tal-miżati, b'mod partikolari l-kontijiet bankarji u l-muniti li se jintużaw.

    Il-liċenzi għandhom jinħarġu wara l-ħlas fil-kont indikat mill-Ministru responsabbli għas-sajd ta' São Tomé u Príncipe biex jintuża skond it-termini ta' protokoll li se jkun innegozjat mat-Teżorier Pubbliku dwar ħlas ta' darba ta' 3750 EUR kull sena għal kull tartarun għas-sajd tat-tonn, 625 EUR kull sena għal kull bastiment għas-sajd tat-tonn bil-qlugħ u l-ħbula, 1375 EUR kull sena għal kull lixka tat-troll, ekwivalenti għall-miżati għal:

    - 150 tunnellata tonn maqbuda kull sena fil-każ ta' tartaruni għas-sajd tat-tonn,

    - 25 tunnellata tonn maqbuda kull sena fil-każ ta' bastimenti għas-sajd tat-tonn bil-qlugħ u l-ħbula,

    - 55 tunnellata tonn maqbuda kull sena fil-każ ta' lixki tat-troll.

    3. Dikjarazzjoni ta' qabda u dikjarazzjoni ta' miżati dovuti mis-sidien tat-tartaruni għas-sajd tat-tonn, tal-bastimenti għas-sajd tat-tonn bil-qlugħ u l-ħbula, u tal-lixki tat-troll

    Il-bastimenti għandhom iżommu abbord ġurnal ta' sajd, skond il-mudell ICCAT muri fl-Anness 2, għal kull perijodu ta'sajd mqatta' fl-ibħra ta' São Tomé u Príncipe. Għandu jimtela anke meta ma ssir l-ebda qabda.

    Il-kliem "Barra miż-EEZ ta' São Tomé u Príncipe" għandhom jiddaħħlu fil-ġurnal t'abbord imsemmi hawn fuq għall-perijodu li matulu l-istess bastimenti m'humiex fl-ibħra ta' São Tomé u Príncipe.

    Il-formoli, li għandhom ikunu leġġibbli u ffirmati mill-kaptani jew mir-rappreżentanti tagħhom, għandhom jintbagħtu fi żmien 45 ġurnata mit-tmiem ta' l-attivitajiet ta' sajd fiż-żona ekonomika esklussiva ta' São Tomé u Príncipe lill-Ministru responsabbli għas-sajd ta' São Tomé u Príncipe permezz tad-Delegazzjoni tal-Kummissjoni responssabbli għal São Tomé u Príncipe, u kemm jista' jkun malajr, għal ipproċessar, lill-Istitut de Recherche pour le Développement (IRD), lill-Istituto Espãnol de Oceanographía (IEO) jew lill-Istituto Português de Investigação Marítima (IPIMAR).

    Jekk dawn id-disposizzjonijiet ma jiġux imħarsa, il-Ministru responsabbli għas-sajd ta' São Tomé u Príncipe jirriserva d-dritt li jissospendi l-liċenza tal-bastiment li kkommetta l-offiża sakemm dawn il-formalitajiet jiġu mħarsa u li japplika l-penalitajiet imsemmija fil-liġi nazzjonali. F'każijiet bħal dawn, id-Delegazzjoni tal-Kummissjoni responsabbli mis-São Tomé u Príncipe għandha tkun informata mingħajr dewmien.

    L-Istati Membri għandhom jinformaw liill-Kummissjoni qabel il-31 ta' Lulju kull sena dwar it-tunnellati maqbuda matul is-sena ta' qabel, ikkonfermati mill-istituzzjonijiet xjentifiċi. Fuq dawn il-figuri, il-Kummissjoni għandha teffettwa l-prospett ta' miżati dovuti għas-sena ta' sajd, u li mbagħad tibagħtu lill-Ministeru responsabbli mis-Sajd ta' São Tomé u Príncipe.

    Is-sidien tal-bastimenti għandhom jirċievu n-notifika tal-prospett effettwat mill-Kummissjoni sa' mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru, u għandhom ikollhom 30 ġurnata żmien biex jilħqu l-obbligi finanzjarji tagħhom. Dan il-ħlas għandu jsir mis-sidien tal-bastimenti f'kont indikat mill-Ministru responsabbli għas-Sajd ta' São Tomé u Príncipe biex jintuża skond it-termini ta' Protokoll li se jkun innegozjat mat-Teżor Pubbliku. F'każijiet fejn l-ammont imħallas fir-rigward ta' attivitajiet ta' sajd attwali hu anqas mill-obbligu bil-quddiem, is-sidien tal-bastimenti ma jistgħux jieħdu lura l-bilanċ.

    4. Disposizzjonijiet applikabbli għal bastimenti li jipprattikaw is-sajd tal-granċ f'ibħra fondi

    (a) Il-liċenzi maħruġa lill-bastimenti li jipprattikaw is-sajd tal-granċ f'ibħra fondi għandhom ikunu validi għal tliet xhur. Dawn jistgħu jiġġeddu.

    (b) Il-miżati għal kull kwart tas-sena għandhom ikunu ta' 42 EUR kull GRT għal kull bastiment.

    5. Prospett ta' qabda mis-sidien tal-bastimenti li jipprattikaw is-sajd tal-granċ f'ibħra fondi

    Bastimenti li jipprattikaw is-sajd tal-granċ f'ibħra fondi awtorizzati biex jistadu fiż-żona ekonomika esklussiva ta' São Tomé u Príncipe skond il-Ftehim għandhom jgħarrfu lill-Ministru responsabbli mis-Sajd ta' São Tomé u Príncipe bl-istatistiċi tal-qabda tagħhom permez tad-Delegazzjoni tal-Kummissjoni responsabbli għal São Tomé u Príncipe billi jużaw il-formola mogħtija fl-Anness 3. Dawn id-dikjarazzjonijiet għandhom jingħataw kull xahar u għandhom jiġu kkomunikati minn ta' l-inqas kull kwart ta' sena.

    6. Spezzjoni u kontroll

    Il-bastimenti tal-Komunità li jistadu fiż-żona ta' sajd ta' São Tomé u Príncipe għandhom jippermettu u jiffaċilitaw it-tlugħ abbord u t-twettiq tal-kompiti ta' kull uffiċjal ta' São Tomé u Príncipe responsabbli għall-ispezzjoni u għall-kontroll ta' attivitajiet ta' sajd. Dawn l-uffiċjali m'għandhomx jibqgħu abbord aktar miż-żmien meħtieġ biex jivverifikaw il-qbid permezz ta' kampjunaġġ u biex iwettqu kull spezzjoni oħra li tirrelata ma' attivitajiet ta' sajd.

    7. Osservaturi

    Fuq talba ta' l-awtoritajiet ta' São Tomé u Príncipe, it-tartaruni għas-sajd tat-tonn u l-lixki tat-troll għandhom itellgħu osservatur abbord li għandu jkun ittratat bħala uffiċjali. Il-bastimenti li jipprattikaw is-sajd tal-granċ f'ibħra fondi għandhom sistematikament itellgħu osservatur abbord. L-osservatur għandu jingħata l-istess trattament ta' uffiċjal. Id-dewma taż-żmien abbord ta' l-osservatur għandu jkun iffissat mill-awtoritajiet ta' São Tomé u Príncipe imma, bħala regola ġenerali, m'għandhiex tabqeż iż-żmien meħtieġ biex jitwettqu l-kompiti tiegħu. La darba jkun abbord, l-osservatur għandu:

    - josserva l-attivitajiet ta' sajd tal-bastimenti,

    - jivverifika l-pożizzjoni tal-bastimenti mqabbda biex jaħdmu f'attivitajiet ta' sajd,

    - jipproċedi għat-teħid ta' kampjuni bijoloġiċi fil-kuntest ta' programmi xjentifiċi,

    - jinnota t-tagħmir ta' sajd użat,

    - jivverifika d-dati ta' qbid relattivi għaż-żona ta' São Tomé u Príncipe li jidhru fil-ġurnal t'abbord.

    Waqt li jkun abbord, l-osservatur għandu:

    - jadotta l-miżuri kollha xierqa biex ikun żgurat li l-kondizzjonijiet ta' l-imbark tiegħu, u l-preżenza tiegħu abbord ma jinterrompux jew ma jfixklux l-attivitajiet ta' sajd,

    - jirrispetta l-materjal u t-tagħmir abbord u l-konfidenzjalità tad-dokumenti kollha li jappartienu għall-istess bastiment,

    - iħejji rapport ta' attività li għandu jingħata lill-awtoritajiet kompetenti ta' São Tomé u Príncipe b'kopja lid-Delegazzjoni tal-Kummissjoni responsabbli għal São Tomé u Príncipe. Għal bastimenti li jipprattikaw sajd għal granċ f'ibħra fondi, dan ir-rapport għandu jinkludi prospett proviżorju tal-qbidt effettwati fiż-żona ekonomika esklussiva u mdaħħla fil-ġurnal t'abbord. Dan il-prospett proviżorju għandu jingħata qabel ma tinħareġ il-liċenza għal perijodu sussegwenti.

    Il-kondizzjonijiet ta' l-imbark tiegħu, li la għandhom jinterrompu lanqas ifixklu l-attivitajiet ta' sajd, għandhom jiġu stabbiliti bejn sid il-bastiment jew l-aġent tiegħu u l-awtoritajiet ta' São Tomé u Príncipe.

    Is-sid tal-bastiment għandu, permezz ta' l-aġent tiegħu, jagħmel ħlas ta' 10 EUR lill-Gvern ta' São Tomé u Príncipe għal kull ġurnata mqatta' mill-osservaturi abbord tartarun għas-sajd tat-tonn, bastiment li jistad bil-lixka tat-troll jew bastiment li jipprattika sajd għal granċ f'ibħra fondi bħala kontribuzzjoni għall-ispejjeż ta' l-osservatur abbord.

    Jekk is-sid tal-bastiment ma jistax itella' abbord osservatur u jniżżlu f'port ta' São Tomé u Príncipe stabbilit bi qbil komuni ma' l-awtoritajiet tal-pajjiż, is-sid tal-bastiment għandu jġorr l-ispejjeż ta' li jtella' abbord osservatur u jniżżlu fuq l-art.

    Jekk l-osservatur ma jkunx preżenti fil-ħin u l-post miftiehem matul it-tnax-il siegħa wara l-ħin miftiehem, is-sid tal-bastiment se jinħall awtomatikament mill-obbligu tiegħu li jieħu osservatur abbord.

    Is-salarju u l-kontribuzzjonijiet soċjali ta' l-osservatur għandhom jinġarru mill-awtoritajiet kompetenti ta' São Tomé u Príncipe.

    8. Żoni ta' sajd

    It-tartaruni għas-sajd tat-tonn u l-lixki tat-troll imniżżla fl-Artikolu 1 tal-Protokoll għandhom ikunu awtorizzati biex jaħdmu l-attivitajiet ta' sajd tagħhom f'ibħra 'l barra mit-12-il mil nawtiku mill-kosta ta' kull gżira.

    Il-bastimenti li jipprattikaw is-sajd tal-granċ f'ibħra fondi mniżżla fl-Artikolu 1 tal-Protokoll għandhom ikunu awtorizzati biex jaħdmu l-attivitajiet ta' sajd tagħhom fl-ibħra mill-isobata 650.

    Hi pprojbita, mingħajr eċċezzjoni, kull attività ta' sajd fiż-żona destinata għal esplojtazzjoni konġunta mis-São Tomé u Príncipe u n-Niġerja, delimitata mill-koordinati mniżżla fl-Anness 4.

    9. Dħul fiż-żona u ħruġ minnha

    Il-bastimenti għandhom jgħarrfu lir-radju-stazzjon kostali u lill-Ministru responsabbli għas-Sajd ta' São Tomé u Príncipe dwar l-intenzjoni tagħhom li jidħlu fiż-, jew jitilqu miż-, żona ta' sajd ta' São Tomé u Príncipe minn ta' l-inqas 24 siegħa bil-quddiem (permezz tat-telefon + 239-12-22091, fax +239-12-22828, jew e-mail dpescas1@cstome.net).

    Meta jinnotifikaw it-tluq tagħhom, il-bastimenti kollha għandhom jinnotifikaw ukoll l-istima tal-qbid tagħhom maqbud matul il-perijodu mqatta' fiż-żona ta' sajd ta' São Tomé u Príncipe. Din l-informazzjoni għandha tiġi kkomunikata preferibbilment permezz ta' fax jew, għal bastimenti li m'għandhomx fax, permezz tar-radju.

    Bastiment li jinstab jistad mingħajr ma nforma lill-Ministru responsabbli għas-Sajd ta' São Tomé u Príncipe se jiġi meqjus bħala bastiment mingħajr liċenza.

    Il-bastimenti se jkunu nformati dwar in-numri tal-fax u tat-telefon u dwar l-indirizz ta' l-e-mail meta tinħareġ il-liċenza tas-sajd.

    Il-Ministru responsabbli għas-Sajd ta' São Tomé u Príncipe u s-sidien tal-bastimenti għandhom iżommu kopja tal-komunikazzjonijiet permezz tal-fax jew tar-reġistrazzjoni tal-komunikazzjonijiet bir-radju sakemm iż-żewġ partijiet jaqblu dwar il-prospetti finali ta' miżati dovuti kif imsemmija fil-punt 3.

    10. Qabdiet sekondarji ta' ħut

    It-tartaruni għas-sajd tat-tonn għandhom ipoġġu kull qabda eventwali tagħhom disponibbli għad-Direttorat (Directorate) tas-Sajd ta' São Tomé u Príncipe, li se jkun responsabbli mill-ġbir u mill-landing tagħhom.

    11. Imbarkaġġ ta' baħrin

    Fuq talba ta' l-awtoritajiet ta' São Tomé u Príncipe, il-flotta tat-tartarun għas-sajd tat-tonn għandha ttella' abbord sitt baħrin minn São Tomé u Príncipe għad-dewma ta' l-istaġun tas-sajd. L-ebda bastiment jista' jtella' abbord aktar minn baħri wieħed.

    Il-kondizzjonijiet ta' l-impieg u r-rimunerazzjoni għandhom ikunu ffissati bi ftehim reċiproku bejn is-sidien tal-bastimenti u r-rappreżentanti tal-baħrin.

    Jekk il-flotta tat-tartaruni għas-sajd tat-tonn ma ttellax sitt baħrin, is-sidien tal-bastimenti se jkunu obbligati li jħallsu kumpens għall-baħri li ma ttellax abbord, liema livell se jkun iffissat miż-żewġ partijiet u se jikkorrespondi għad-dewma ta' l-istaġun tas-sajd.

    Dik is-somma għandha tintuża għat-taħriġ tal-baħrin/sajjieda ta' São Tomé u Príncipe u għandha titħallas f'kont speċifikat mill-Ministru responsabbli għas-Sajd ta' São Tomé u Príncipe.

    12. Standards

    Għas-sajd tat-tonn għandhom japplikaw l-istandards internazzjonali kif rakkomandati mill-ICCAT.

    13. Użu ta' servizzi

    Il-bastimenti tal-Komunità għandhom, meta hu possibli, jiksbu l-provvisti u s-servizzi li huma jeħtieġu fil-portijiet ta' São Tomé u Príncipe.

    14. Proċeduri fil-każ ta' imbark

    (a) Trasmissjoni ta' informazzjoni

    Fi żmien 48 siegħa, il-Ministru responsabbli għas-Sajd ta' São Tomé u Príncipe għanduu jinforma lid-Delegazzjoni tal-Kummissjoni responsabbli għal São Tomé u Príncipe u lill-Istat ta' bandiera, dwar l-imbark ta' kull bastiment ta' sajd tal-Komunità li qed jistad skond il-ftehim ta' Sajd fiż-żona ta' sajd ta' São Tomé u Príncipe u għandu jittrasmetti rapport qasir taċ-ċirkustanzi u tar-raġunijiet li wasslu għal dan l-imbark. Id-Delegazzjoni tal-Kummissjoni responsabbli għal São Tomé u Príncipe u l-Istat ta' bandiera għandhom jinżammu informati dwar kull proċedura mibdija u dwar il-penalitajiet imposti.

    (b) Ftehim dwar imbark

    Skond il-liġi dwar is-sajd u r-regolamenti relevanti, il-ksur jista' jiġi solvut:

    - jew bi ftehim bonarju, f'liema każ l-ammont tal-multa għandu jkun iddeterminat skond il-leġislazzjoni ta' São Tomé u Príncipe li tistabbilixxi l-figuri minimi u massimi,

    - jew permezz ta' proċeduri ġudizzjarji, jekk l-ebda ftehim bonarju ma kien possibli, skond il-liġi ta' São Tomé u Príncipe.

    (ċ) Il-bastiment għandu jkun rilaxxat u l-membri ta' l-ekwipaġġ tiegħu awtorizzati biex iħallu l-port:

    - jew hekk kif l-obbligi imposti mill-proċedura bi ftehim bonarju tlestew fuq preżentazzjoni ta' l-irċevuta ta' soluzzjoni, jew

    - fuq preżentazzjoni ta' prova li ġiet iddepożitata sigurtà bankarja, sakemm jitlestew il-proċeduri ġudizzjarji.

    15. Proċeduri f'każ ta' penalitajiet

    Id-Delegazzjoni tal-Kummissjoni responsabbli għal São Tomé u Príncipe għandha tkun informata b'kull applikazzjoni ta' penalitajiet li jinvolvu bastiment ta' sajd li jtella' l-bandiera ta' Stat Membru tal-Komunità li qed jistad skond il-Ftehim ta' Sajd bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u s-São Tomé u Príncipe u għandhom jirċievu rapport qasir dwar iċ-ċirkustanzi u r-raġunijiet li wasslu għal dawn il-penalitajiet.

    --------------------------------------------------

    Top