EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002R2301

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Num. 2301/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/105/KE fir-rigward tad-definizzjoni ta’ kwantitajiet żgħar ta’ żrieragħ

ĠU L 348, 21.12.2002, p. 75–77 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/2301/oj

32002R2301



Official Journal L 348 , 21/12/2002 P. 0075 - 0077


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Num. 2301/2002

tal-20 ta’ Diċembru 2002

li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/105/KE fir-rigward tad-definizzjoni ta’ kwantitajiet żgħar ta’ żrieragħ

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 1999/105/KE tat-22 ta’ Diċembru 1999 dwar il-bejgħ ta’ materjal forestali riproduttiv [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 14(4) tagħha,

Billi:

(1) Skond id-Direttiva 1999/105/KE it-tikketta tal-fornitur jew dokument iridu jinkludu tagħrif dwar il-perċentwali tal-ġelbin u n-numru ta’ żrieragħ li jinbtu tal-materjal riproduttiv. Madankollu, dawn il-kundizzjonijiet ma japplikawx għal kwantitajiet żgħar ta’ żrieragħ.

(2) Għandhom għalhekk jiġu determinati l-limiti bażiċi li jirreferu għal kwantitajiet żgħar.

(3) Il-miżuri li hemm maħsuba f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar Żrieragħ u Materjal tat-Tnissil għall-Biedja, Ortikultura u Xjenza li tistudja t-Taħwil ta’ Siġar f’Foresta,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-finijiet ta’ l-Artikolu 14 tad-Direttiva 1999/105/KE kwantità ta’ żrieragħ għandha tiġi kunsidrata bħala żgħira jekk ma teċċedix l-ammonti speċifikati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għal kull speċi.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2003.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-20 ta’ Diċembru 2002.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 11, tal-15.1.2000, p. 17.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Kwantitajiet Żgħar

| Ammont (fi grammi) |

KONIFERI

Abies alba Mill. | 1200 |

Abies cephalonica Loud. | 1800 |

Abies grandis Lindl. | 500 |

Abies pinsapo Boiss. | 1600 |

Cedrus atlantica Carr. | 2000 |

Cedrus libani A. Richard | 2000 |

Larix decidua Mill. | 170 |

Larix x eurolepis Henry | 160 |

Larix kaempferi Carr. | 100 |

Larix sibirica Ledeb. | 100 |

Picea abies Karst. | 200 |

Picea sitchensis Carr. | 60 |

Pinus brutia Ten. | 500 |

Pinus canariensis C. Smith | 300 |

Pinus cembra Linne | 7000 |

Pinus contorta Loud. | 90 |

Pinus halepensis Mill. | 500 |

Pinus leucodermis Antoine | 600 |

Pinus nigra Arnold | 500 |

Pinus pinaster Air. | 1200 |

Pinus pinea L. | 10000 |

Pinus radiata D. Don | 800 |

Pinus sylvestris L. | 200 |

Pseudotsuga menzielsi Franco | 300 |

WERAQ WESGĦIN

Acer platanoides L. | 3500 |

Acer pseudoplatanus L. | 3000 |

Alnus glutinosa Gaertn. | 40 |

Alnus incana Moench. | 20 |

Betula pendula Roth | 50 |

Betula pubescens Ehrh. | 50 |

Carpinus betulus L. | 2500 |

Castanea sativa Mill. | 45000 |

Fagus sylvatica L. | 6000 |

Fraxinus angustifolia Vahl. | 2000 |

Fraxinus excelsior L. | 2000 |

Populus spp | 20 |

Prunus avium L. | 4500 |

Quercus cerris L. | 40000 |

Quercus ilex L. | 40000 |

Quercus petraea Liebl. | 40000 |

Quercus pubescens Willd. | 40000 |

Quercus robur L. | 40000 |

Quercus rubra L. | 40000 |

Quercus suber L. | 40000 |

Robinia pseudoacacia L. | 500 |

Tilia cordata Mill. | 900 |

Tilia platyphyllos Scop. | 2500 |

--------------------------------------------------

Top