Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002R2238

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2238/2002 tas-16 ta’ Dicembru 2002 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2799/1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 dwar l-għoti ta’ għajnuna għall-ħalib xkumat u t-trab tal-ħalib xkumat maħsub għall-għalf ta’ l-annimali u l-bejgħ ta’ tali trab ta’ ħalib xkumat

    ĠU L 341, 17.12.2002, p. 11–11 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 04/12/2003; Impliċitament imħassar minn 32003R2132

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/2238/oj

    32002R2238



    Official Journal L 341 , 17/12/2002 P. 0011 - 0011


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2238/2002

    tas-16 ta’ Dicembru 2002

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2799/1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 dwar l-għoti ta’ għajnuna għall-ħalib xkumat u t-trab tal-ħalib xkumat maħsub għall-għalf ta’ l-annimali u l-bejgħ ta’ tali trab ta’ ħalib xkumat

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-ħalib u l-prodotti tal-ħalib [1], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 509/2002 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,

    Billi:

    (1) Skond l-Artikolu 26 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2799/1999 [3], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1932/2002 [4], aġenziji ta’ intervent organizzaw stedina miftuħa għal offerti biex it-trab tal-ħalib xkumat jittieħed għall-ħażna qabel l-1 ta’ April 2002.

    (2) Minħabba l-kwantità li għadha disponibbli u s-sitwazzjoni tas-suq, dik id-data għandha tkun emendata għall-1 ta’ Mejju 2002.

    (3) Il-miżuri maħsuba f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Tmexxija għall-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    L-Artikolu 1

    Fl-Artikolu 26(2) tar-Regolament (KE) Nru 2799/1999, "l-1 ta’ April 2002" huwa hawnhekk sostitwit minn "l-1 ta’ Mejju 2002".

    L-Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-17 ta’ Diċembru 2002.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fis-16 ta’ Diċembru 2002.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 48.

    [2] ĠU L 79, tat-22.3.2002, p. 15.

    [3] ĠU L 340, tal-31.12.1999, p. 3.

    [4] ĠU L 295, tat-30.10.2002, p. 8.

    --------------------------------------------------

    Top