This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32002R2179
Commission Regulation (EC) No 2179/2002 of 6 December 2002 on special conditions for the granting of private storage aid for pigmeat
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2179/2002 tas-6 ta’ Diċembru 2002 fuq kundizzjonijiet speċjali għall-għoti ta’ għajnuna għall-ħażna privata għal-laħam tal-majjal
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2179/2002 tas-6 ta’ Diċembru 2002 fuq kundizzjonijiet speċjali għall-għoti ta’ għajnuna għall-ħażna privata għal-laħam tal-majjal
ĠU L 331, 7.12.2002, p. 11–12
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 11/12/2010
Official Journal L 331 , 07/12/2002 P. 0011 - 0012
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2179/2002 tas-6 ta’ Diċembru 2002 fuq kundizzjonijiet speċjali għall-għoti ta’ għajnuna għall-ħażna privata għal-laħam tal-majjal IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2759/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tal-majjal [1], kif ġie l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru. 1365/2000 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 4(6) u l-Artikolu 5(4) tiegħu, Billi: (1) Miżuri ta’ intervent jistgħu jittieħdu għal-laħam tal-majjal jekk, fis-swieq rapreżentattivi tal-Komunità, il-prezz medju għall-karkassi tal-majjali hu ta’ inqas minn 103 % tal-prezz bażiku u aktarx li jibqa’ taħt dak il-livell. (2) Il-prezzijiet tas-suq waqgħu taħt dak il-livell u, minħabba tendenzi staġunali u ċikliċi, din is-sitwazzjoni tista’ tippersisti. (3) Miżuri ta’ intervent għandhom jittieħdu. Dawn jistgħu jkunu limitati għall-għoti ta’ għajnuna għall-ħażna privata skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru. 3444/90 tas-27 ta’ Novembru 1990 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-għoti ta’ għajnuna għall-ħażna privata għal-laħam tal-majjal [3], kif ġie emendat bir-Regolament (KE) Nru. 3533/93 [4]. (4) Skond l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2763/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 li jistabbilixxi regoli ġenerali għall-għoti ta’ għajnuna għall-ħażna privata għal-laħam tal-majjal [5], il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tnaqqas jew testendi l-perjodu tal-ħażna. L-ammonti ta’ għajnuna għal perjodi speċifiċi ta’ ħażna, kif ukoll l-ammonti li għandhom jiżdiedu jew jitnaqqsu fl-eventwalità li l-Kummissjoni tadotta deċiżjoni bħal din għandhom ikunu ffissati. (5) Sabiex tiffaċilita xogħol amministrattiv u ta’ kontroll li għandu x’jaqsam mall-konklużjoni tal-kuntratti, kwantitajiet minimi għandhom ikunu ffissati. (6) Is-sigurtà għandha tkun iffissata f’livell li jassigura li dawk li jaħżnu jwettqu l-obbligazzjonijiet kuntrattwali tagħhom. (7) Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Laħam tal-Majjal. ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. Mid-9 ta’ Diċembru 2002, l-applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-ħażna privata jistgħu jiddaħħlu skond ir-Regolament (KEE) Nru. 3444/90. Il-lista tal-prodotti eliġibbli għall-għajnuna u l-ammonti rilevanti huma ppreżentati fl-Anness. 2. Jekk il-Kummissjoni testendi jew tnaqqas il-perjodu tal-ħażna, l-ammont ta’ għajnuna għandu jkun aġġustat kif mitlub miċ-ċirkustanzi. Iż-żidiet jew tnaqqis kull xahar u kull ġurnata huma ppreżentati fil-kolonni 6 u 7 ta’ l-Anness. Artikolu 2 Il-kwantitajiet minimi għal kull kuntratt u kull prodott għandhom ikunu: (a) 10 tunnellati għall-prodotti mingħajr għadam; (b) 15-il tunnellata għal prodotti oħra. Artikolu 3 Is-sigurtà għandha tkun 20 % ta’ l-ammonti ta’ għajnuna preżentati fl-Anness. Artikolu 4 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-6 ta’ Diċembru 2002. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 282, ta’ l-1.11.1975, p. 1. [2] ĠU L 156, tad-29.6.2000, p. 5. [3] ĠU L 333, tat-30.11.1990, p. 22. [4] ĠU L 321, tat-23.12.1993, p. 9. [5] ĠU L 282, ta’ l-1.11.1975, p. 19. -------------------------------------------------- L-ANNESS (EUR/tunnellati) | Kodiċi CN | Prodotti li għalihom qed tingħata l-għajnuna | Ammont ta' għajnuna għal perjodu ta' ħażna ta' | Żieda jew tnaqqis | 3 xhur | 4 xhur | 5 xhur | Kull xahar | Kull ġurnata | 1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 | 7 | ex0203 | Laħam tal-majjal domestiku, frisk jew imkessaħ: | | | | | | ex02031110 | Nofs karkassa mingħajr is-saqajn ta' quddiem, id-denb, il-kliewi, il-ġilda l-irqiqa u s-sinsla tad-dahar | 278 | 315 | 352 | 37 | 1,24 | ex02031211 | Prieżet | 337 | 379 | 421 | 42 | 1,41 | ex02031219 | Spallejn | 337 | 379 | 421 | 42 | 1,41 | ex02031911 | In-naħat ta' quddiem bejn l-għonq u d-dahar jew żaqq | 337 | 379 | 421 | 42 | 1,41 | ex02031913 | Ġenbejn, bit-tarf ta' l-għonq jew mingħajru, jew it-truf ta' l-għonq separatament, ġenbejn bin-naħa l-wiesgħa tagħhom jew mingħajrha | 337 | 379 | 421 | 42 | 1,41 | ex02031915 | Żaqq, sħiħa jew imqattgħa b'qatgħa rettangolari | 164 | 197 | 230 | 33 | 1,09 | ex02031955 | Żaqq, sħiħa jew imqattgħa b'qatgħa rettangolari, mingħajr ġilda u kustilji | 164 | 197 | 230 | 33 | 1,09 | ex02031955 | Saqajn, spallejn, in-naħat ta' quddiem bejn l-għonq u d-dahar jew żaqq, ġenbejn bit-tarf ta' l-għonq jew mingħajru, jew it-truf ta' l-għonq separatament, ġenbejn bin-naħa l-wiesgħa jew mingħajrha, mingħajr għadam | 337 | 379 | 421 | 42 | 1,41 | ex02031955 | Qatgħat li jikkorrispondu għan-naħa tan-nofs, bil-ġilda u x-xaħam jew mingħajrhom, mingħajr għadam | 255 | 290 | 325 | 35 | 1,17 | ex02031959 | Qatgħat li jikkorrispondu għan-naħa tan-nofs, bil-ġilda u x-xaħam jew mingħajrhom, bl-għadma | 255 | 290 | 325 | 35 | 1,17 | --------------------------------------------------